MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 28 June 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545612

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 15

07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 28 TA' ĠUNJU 2026 Minn Lourdes għal Stella Maris: Il-vjaġġ li ta l-ħajja lil grotta mibnija mill-istudenti Dak li beda bħala vjaġġ f 'Lourdes issa sar simbolu permanenti ta' fidi fi Stella Maris College. Wara li ġabu magħhom statwa tal-Madonna ta' Lourdes, membri tal-grupp Young Lasallians bnew grotta bl-inizjattiva tagħhom stess – proġett li jirrifletti l-valuri Lasalljani ta' servizz, ħbiberija u impenn lejn il-komunità. JAELLE BORG Dik li llum tidher bħala grotta sempliċi f 'waħda mill-kmamar ta' Stella Maris College għanda warajha storja ta' fidi, ħbiberija u impenn. Il-proġett twieled wara vjaġġ f 'Lourdes f 'Settembru li għadda, iżda l-għeruq tal-grupp innifsu jmorru lura it snin, meta grupp żgħir ta' studenti ddeċieda li jagħti ħajtu lill-valuri Lasalljani anke lil hinn mill-ħin tal-iskola. Il-grupp Young Lasallian beda it wara l-pandemija tal-COV- ID-19 meta tliet studenti offrew li jgħinu fil-bini ta' statwa ta' San Ġwann Battista de La Salle, il-fun- datur tal-Fratelli Lasalljani. Minn dak il-mument 'il quddiem, aktar studenti bdew jingħaqdu mal-iniz- jattiva, li llum tlaħħaq madwar 20 membru. "Għalkemm ħafna jassoċjawna mal-bini tal-istatwi, il-missjoni tagħna mhijiex dik," jgħid l-għalliem tar-reliġjon Antoine Hili. "L-għan ewlieni huwa l-aspett pastorali – li permezz ta' dawn il-proġetti ngħinu lill-istudenti jimu u jgħixu l-fidi Nisranija tagħhom." Vjaġġ li ħalla l-frott Is-sena li għaddiet grupp ta' studenti, flimkien ma' għalliema u saċerdot, żar Lourdes. Kien vjaġġ li, skont Hili, ma kienx biss mument ta' talb iżda wkoll esperjenza li għaqqdet lill-parteċipanti. "Konna nqattgħu l-iljieli nitolbu flimkien quddiem il-Grotta ta' Lourdes u wara naqsmu l-esperjen- zi u l-ħsibijiet tagħna. Sirna kważi bħal aħwa," jgħid. Matul il-vjaġġ xtraw statwa tal-Madonna ta' Lourdes li ġiet im- bierka fil-grotta stess. Malli waslu lura Malta, kienu proprju l-istu- denti li ma kinux marru Lourdes li ssuġġerew li tinbena grotta biex tilqa' l-istatwa. "Ma kinitx idea tal-għalliema. Kienu l-istudenti li ħarġu biha u ħadmu fuqha huma stess," jgħid Hili. Aktar minn proġetti L-għalliema Fiona Zammit Gauci tispjega li kull inizjattiva tal- grupp għandha skop ferm akbar mill-proġett innifsu. "Hawnhekk mhux biss qed nib- nu xi ħaġa b'idejna, iżda qed nibnu wkoll il-valuri tal-istudenti," tgħid. Skontha, il-parteċipazzjoni fil-grupp tgħin biex l-istudenti jiżviluppaw sens ta' responsabbiltà, teamwork, ġenerożità u komunità. "Huma jitgħallmu jaqsmu, jgħinu lil xulxin u jieħdu re- sponsabbiltà vera. Dawn huma l-valuri Lasalljani li rridu naraw- hom jgħixu kuljum." Il-grotta mhijiex l-uniku proġett li wettaq il-grupp. Matul is-snin ħadmu wkoll fuq statwa ta' San Ġwann Battista de La Salle, statwa tad-Duluri u kurċifiss ta' daqs 'life size'. Dawn jintużaw ukoll waqt purċissjonijiet u attivitajiet organ- izzati mill-istudenti stess, li jieħdu ħsieb kollox – mill-organizzazzjoni sal-ġbir ta' fondi. Skola li ssir familja Għall-persuna responsabbli miċ-Chaplaincy, David Portel- li, il-veru suċċess tal-grupp ma jitkejjilx bin-numru ta' proġetti li jwettaq. "L-iktar ħaġa sabiħa hija li tinħoloq familja bejn l-istudenti," jgħid. Peress li ħafna mill-attivitajiet isiru barra l-ħin tal-iskola, kemm l-edukaturi kif ukoll l-istudenti jkollhom l-opportunità jsiru jafu lil xulxin aħjar. "Dawn huma l-mumenti li jibnu relazzjonijiet u jagħmlu l-iskola post fejn l-istudenti jħossuhom milqugħa." Portelli jgħid li l-aktar mumenti li jibqgħu miegħu mhumiex neċes- sarjament il-vjaġġi barra minn Malta, iżda dawk meta student li kien qed isibha diffiċli biex jintegra jirnexxilu jsib postu fil-grupp u jibni ħbiberiji ġodda. "Mhijiex biss grotta" Għall-istudenti stess, il-proġetti għandhom tifsira personali. "Inħossni kburi li nagħmel parti minn dan il-grupp għax huwa grupp sabiħ b'ħafna nies," jgħid Zachary Aquilina, li jiakar bi tbissima purċissjoni fl-iskola meta l-istatwa ta' San Publiju waqgħet u spiċċa biex tfarrak l-iljun ta' mal-istatwa. Min-naħa tiegħu, Jacob Carua- na Duca jgħid li l-proġett li jibqa' l-aktar għal qalbu huwa proprju l-grotta. "Għalija l-grotta hija l-isbaħ proġett għax għandha raġuni wara- jha u mhijiex biss proġett." U forsi proprju f 'dak il-kliem hemm is-sinifikat kollu tal-inizjat- tiva. Għall-istudenti ta' Stella Maris, il-grotta mhijiex sempliċement kostruzzjoni jew dekorazzjoni fl-iskola. Hija tiira ta' esperjenza li għaqqdithom, simbolu tal-fidi li jridu jgħixu kuljum u prova li ż-żgħażagħ jistgħu jibnu ħafna aktar minn ġebel – jistgħu jibnu komunità. L-għalliema Fiona Zammit Gauci u Antoine Hili (fuq il-lemin libsin l-iswed), flimkien ma' David Portelli, responsabbli mic-Chaplaincy (fin-nofs), u l-istudenti Zachary Aquilina (xellug) u Jacob Caruana Duca

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 28 June 2026