Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545612
aħbarijiet IL-ĦADD 28 TA' ĠUNJU 2026 • illum 06 Dak li beda b'poster fuq noticeboard waqt waqfa qasira mix-xogħol wassal lil Daniela Attard Bezzina biex tikseb Master's fl-Istudji dwar Malta. Illum tgħid li dik id-deċiżjoni mhux biss biddlitilha l-karriera, iżda wkoll il-mod kif tara l-identità Maltija u lilha nnifisha JAELLE BORG "Kollox beda b'belgħa te." B'dan il-kliem bdiet tirrak- konta l-esperjenza tagħha Daniela Attard Bezzina, li aktar kmieni din is-sena ggradwat b'Master's fl-Istudji dwar Malta wara li ddeċidiet li terġa' lura fuq il-bankijiet tal-Università wara li kienet għalqet il-50 sena. Daniela spjegat kif il-kors kien ilu jiġbidilha l-attenzjo- ni għal snin twal. L-imħabba tagħha lejn l-istorja, il-kultura u dak kollu li jagħmel lil Malta dak li hi kienet ilha teżisti, iżda dejjem kien hemm xi raġuni biex il-ħolma tibqa' titwarrab. "Darb'oħra għedt mhux issa, darb'oħra għedt meta jkolli aktar ħin. Dejjem kien hemm xi ħaġa li żżommni lura," qalet. Kollox inbidel ġurnata waħda fuq il-post tax-xogħol tagħha ma' Heritage Malta. "Waqt li mort nagħmel bel- għa te fil-kċina rajt poster fuq in-noticeboard li kien qed jir- reklama l-kors. Dak il-mument staqsejt lili nnifsi jekk kontx se nibqa' nistenna jew nagħmel il-pass. Dakinhar iddeċidejt li napplika." Għalkemm kienet diġà studjat fl-Università snin qabel, Daniela tammetti li l-livell ta' Master's ġab miegħu sfidi ġod- da. Ir-riċerka, il-kitba tat-teżi u l-impenn akkademiku kienu differenti minn dak li kienet imdorrija bih. "Fil-bidu kelli dubji. Kont naħseb jekk kontx se nlaħħaq. Imma l-inkoraġġiment tal-familja, tal-kollegi u ak- tar tard ta' sħabi tal-kors tani l-kuraġġ biex inkompli." Hija tiftakar ukoll l-ewwel lezzjoni bħala waħda li qatt ma tinsa. "Kont wasalt kmieni għax lanqas kont naf eżatt fejn kienet il-klassi. Qgħadt waħdi barra sakemm bdiet il-lezzjoni. Dak- inhar indunajt b'żewġ affarijiet: li kont għamilt l-għażla t-tajba u li quddiemi kien hemm vjaġġ li kien se jibdilli l-mod kif nara lil Malta." Matul it-tliet snin tal-kors, Daniela tgħid li skopriet aspetti tal-pajjiż li qatt ma kienet ħasbet fihom b'dak il-mod. Il-lezzjoni- jiet ħaduha mill-Preistorja sal-istorja moderna, mill-folklor sal-letteratura, mill-ġeografija sal-identità kulturali Maltija. "Qisek titla' fuq tapit maġiku. Kull suġġett jiaħlek tieqa ġdida fuq Malta u aktar ma titgħallem, aktar tħoss il-ħeġġa biex tkompli titgħallem." Naturalment, il-vjaġġ ma kienx nieqes mill-isfidi. Daniela kellha tlaħħaq ma' impjieg full- time, il-ħajja tal-familja, il-lez- zjonijiet, l-assenjamenti u t-teżi. Madankollu, tgħid li l-mod kif huwa organizzat il-kors għenha ħafna. Spjegat li ħafna mil-lezzjonijiet isiru online, fatt li jnaqqas il-ħin mitluf fit-traffi- ku u jippermetti lill-istudenti jistudjaw mill-kumdità ta' darhom. Fil-fatt, l-Istitut tal-Istudji dwar Malta qal li l-maġġoran- za tal-unitajiet jiġu assessjati permezz ta' assenjamenti aktar milli eżamijiet tradizzjonali, fil- waqt li tnejn minn kull tliet lez- zjonijiet fil-ġimgħa jsiru b'mod remot. Skont l-Istitut, dawn l-arranġamenti huma maħsuba biex joffru aktar flessibbiltà, speċjalment għal studenti matu- ri li jkunu qed jaħdmu. Esperjenzi li baqgħu ttimbrati f 'moħħha kienu ż-żjarat edukat- tivi organizzati matul il-kors. Flimkien mal-letturi u sħabha, żaret diversi siti storiċi u kultur- ali madwar Malta u Għawdex, fosthom Selmun, il-Belt Valletta, id-Dwejra u l-Mellieħa, fejn dak li kien jiġi diskuss fil-klassi seta' jitqiegħed fil-kuntest tal-postijiet infushom. "Dawk is-Sibtijiet illum huma fost l-isbaħ memorji li ħadt miegħi minn dan il-kors. Meta tara l-post b'għajnejk, tiem l-istorja b'mod kompletament differenti." Fis-6 ta' Marzu ta' din is-sena, Daniela ggradwat flimkien ma' sħabha, mument li tiddeskrivih bħala wieħed mill-aktar impor- tanti f 'ħajjitha. Tgħid li l-istudji ma arrikke- whiex biss fuq livell personali, iżda għenuha wkoll f 'xogħolha bħala uffiċjal tal-komunikazzjo- ni ma' Heritage Malta. "Illum nifhem ħafna aktar dak li nikteb dwaru kuljum. Napprezza aktar il-wirt tagħna u nħoss li nifhem aħjar l-istorja li sawret l-identità Maltija." Daniela tgħid li llum tħossha persuna differenti minn dik li kienet meta applikat għall-kors. "Meta bdejt kont mimlija dubji. Illum inħares lejn dak li ksibt bi kburija. Mhux biss tgħallimt aktar dwar Malta, imma skoprejt li qatt mhu tard biex tinvesti fik innifsek." Il-Master's fl-Istudji dwar Malta huwa offrut mill-Istitut tal-Istudji dwar Malta fl-Uni- versità ta' Malta u jindirizza firxa wiesgħa ta' suġġetti relatati mal-istorja, il-kultura, il-lingwa u s-soċjetà Maltija. L-Istitut joffri wkoll studji fil-livell ta' dottorat għal dawk li jkunu jixtiequ jkomplu r-riċerka tagħhom f 'oqsma differenti rel- atati ma' Malta, fosthom il-ġur- naliżmu, il-folklor, il-politika, il-gastronomija u temi oħra marbuta mal-identità Maltija. Dawk interessati jistgħu jattendu sessjoni ta' tagħrif online li se ssir nhar il-Ħamis 2 ta' Lulju bejn is-6:00pm u s-7:00pm, filwaqt li l-applikazz- jonijiet għall-kors li jibda f 'Ot- tubru jagħlqu fit-22 ta' Lulju fis-2:00pm. 'Kollox beda b'belgħa te' – Kif deċiżjoni spontanja wasslet lil Daniela tikseb Master's in Maltese Studies "Illum nifhem ħafna aktar dak li nikteb dwaru kuljum. Napprezza aktar il-wirt tagħna u nħoss li nifhem aħjar l-istorja li sawret l-identità Maltija." Daniela Attard Bezzina ggradwat b'Master's fl-Istudji dwar Malta

