Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545612
"Il-kultura u l-arti m'għandhomx ikunu skuża għal propaganda tal-ministri u l-aġenziji tal- gvern" N ammetti magħkom li meta ġimgħa qa- bel l-elezzjoni l-PRO tal-Partit Brian Decelis issuġġerixxa li naqtgħu it mill- ġenn tal-kampanja elettorali u nattendu għal performance ta' "Politically Erect" fit-eatre Next Door tal-Magħtab in-Naxx- ar ma tantx kelli aptitha. Imma morna grupp ta' kan- didati u voluntiera u ħadna fuq kollu … gallarija ppakkjata … u għal xi sagħtejn ma waqafniex nidħqu – sagħtejn ta' divertiment verament ġenwin minn uħud mill-aqwa artisti li jafu kif vera- ment idaħħqu f 'pajjiżna. Issaqsuniex għad-dettalji, għal- iex ħlief li anke jiena kont fil-mira tagħhom għal aktar minn darba, li niakar hu li dawk kienu l-un- iċi sagħtejn fejn kont verament rilassata tul il-kampanja kollha. Għaliex jekk l-arti performatti- va ma taqtgħekx it mir-realtà tal-ħajja xi skop ikun fiha? U jekk ma' dan ikun hemm opportunità li titfa' lenti fuq is-soċjetà wkoll ma tkunx laqtet iż-żewġ għasafar proverbjali b'ġebla waħda? Din l-esperjenza kienet ukoll ripetuta b'"Boċċi, il-Musical" li reġa' ttella' għal staġun ieħor wara s-suċċess li kellu fl-ewwel itin- erarju meta żar diversi klabbijiet tal-boċċi madwar Malta. Din id-darba ttella' fit-teatru ta' Mon- tekristo f 'Ħal Farruġ li l-kontenut tal-musical innifsu kien jikkun- trasta ma' dak li jirrappreżenta sid Montekristo. M'iniex sejra nikxef l-istorja tal-musical għaliex jekk dan ma rajtuhx inħeġġikom tagħmlu dan meta nittama jerġa' jittella għat-tielet darba (jiena nerġa' mmur narah żgur). Imma biex niġġustifika t-titlu ssuġġerit għal dan l-artiklu jkolli nispjega li l-is- torja jdur madwar klabb tal-boċċi li jinsab mhedded minn żvilupp li jieħu postu. Imma dik hija biss il-bażi tan-narrattiva li madwarha jduru elementi ta' dak kollu li huwa ħażin f 'pajjiżna – elementi li jiġu ppreżentati lill-udjenza waħda f 'waħda tant li wara sagħtejn ħriġna minn hemm b'moħħna mifqugħ u bil-mistoqsija: imma veru li dan kollu qiegħed iseħħ f 'pajjiżna?! Fuq nett tal-argumenti hemm dik li r-rebgħa għall-flus saret tisboq kull konsiderazzjoni oħra. X'inhu spazju miuħ jekk hemm ċans li ndawru lira sew minnu? X'valur għandha xi logħba boċċi meta mqabbla ma' xi blokka appartamenti b'erba' (jew jekk tkun taf lil min għandek tkellem, b'ħames sulari)? Bħala mara li laqatni kien is-sottokurrent li minkejja l-av- vanzi kollha li suppost għamilna fl-emanċipazzjoni tagħna, il-mara għadha tiġi kkonsidrata infer- juri għar-raġel. Anke jekk illum insibu ħafna nisa professjonisti f 'oqsma li tradizzjonalment kienu okkupati mill-irġiel (waħda mill-artisti ewlenin fil-musical kienet perit) xorta waħda huwa mistenni li postha huwa d-dar (mal-Hoover) u mhux tilgħab xi logħba boċċi! Sottokurrent ieħor kien dak kif għadna nittrattaw l-immi- granti (nies ta' karnaġġjon skur) – bħala klassi ta' nies inferjuri li huma biss kapaċi biex jaqduna u xejn aktar. Integrazzjoni? Nah, m'għandniex bżonnha. U dan il-musical jirnexxilu jaqleb din in-narrattiva ta' taħt fuq – m'iniex se ngħidilkom kif spiċċa għal- iex mill-ġdid ma rridx nikxef l-istorja. Ippreżentat minn Teatru Malta u Give or Take Productions, "Boċċi, il-Musical" kien jinkludi kast mill-aqwa fosthom il-kan- tawtur Philip Vella u Michela Farrugia li għadha kemm saret famuża sew bħala waħda miż- żewġ protagonisti tal-film miktub u dirett minn Alex Camilleri – Żejtune – li għadu kemm rebaħ żewġ unuri: għall-aħjar kitba fl- 2026 Tribeca Film Festival fi New York u dak tal-udjenza fil-Med- iterranean Film Festival Split fil-Kroazja. Ironikament, il-qerda li jitkellmu dwarha produzzjoni- jiet bħal dawn qiegħda tkun sors ta' unuri għal pajjiżna! F'dan il-kuntest inħoss li għandi nfakkar li l-kultura u l-arti m'għandhomx ikunu skuża għal propaganda tal-ministri u l-aġenziji tal-gvern. Huma l-qalba tal-identità tagħna bħala pajjiż fis-sens wiesa' tagħha, spazju ta' libertà kreattiva u mezz biex is-soċjetà tiem lilha nnifisha. Pajjiż li jinjora lill-artisti u l-kreattivi tiegħu jew li jittratta- hom bħala aċċessorju għall-mar- keting politiku jkun qed iċaħħad lilu nnifsu mill-immaġinazzjoni, mill-kritika u mill-innovazzjoni li tant għandu bżonn. Il-politika kulturali trid tkun ibbażata fuq dawn il-prinċipji wkoll: indip- endenza, ġustizzja, parteċipazz- joni u rispett lejn il-ħaddiema kulturali. L-industriji kreattivi għand- hom ikunu trattati bħala pilastru importanti tal-iżvilupp sostenib- bli ta' Malta, mhux biss bħala settur li jipproduċi divertiment, imma bħala spazju ta' espressjoni, innovazzjoni u ħsieb kritiku. Ħafna artisti Maltin għadhom jaffaċċjaw kundizzjonijiet diffiċli: pagi baxxi, nuqqas ta' fondi adegwati għall-ispejjeż li jaffaċċ- jaw illum il-ġurnata, u nuqqas ta' rispett lejn il-professjoni artistika. Għad hemm mentalità li tqis lill-artist bħala persuna dilettan- ta li qed tipprattika d-delizzju tagħha u mhux xogħol serju. Din il-mentalità trid tinbidel. L-artisti għandhom ikunu rikonoxxuti bħala ħaddiema kulturali li jagħtu kontribut konkret lis-soċjetà u lill-ekonomija. Għalhekk inħeġġiġkom li fost il-pjanijiet li tagħmlu għal divertiment dan is-sajf, inkludu mill-inqas l-attendenza tagħkom għal xi produzzjoni mtellgħa minn artisti Maltin. Mill-bqija nawguralkom sajf mill-aqwa! Pajjiż bla boċċi L-Arena ta' Montekristo saret piċċ tal-Boċċi għall-produzzjoni ta' Boċċi, il-musical 08 aħbarijiet IL-ĦADD 28 TA' ĠUNJU 2026 • illum opinjoni Chairperson ta' ADPD-The Green Party u kunsillera fuq San Pawl il-Baħar SANDRA GAUCI

