Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545612
aħbarijiet IL-ĦADD 28 TA' ĠUNJU 2026 • illum 04 L-EWROPA TAĦT ASSEDJU TA' SĦANA IŻDA F'MALTA GĦADHA MA KKARGATX It-temperaturi għoljin fil-Gżejjer Maltin dil-ġimgħa kienu kkawżati minn sistema persistenti ta' pressjoni għolja li qed tiddomina ċ-Ċentru tal-Mediterran, iżda minkejja s-sħana intensa, l-Uffiċċju Meteoroloġiku jgħid li s' issa din għadha ma tistax titqies bħala mewġa ta' sħana JAELLE BORG Waqt li l-mewġa tas-sħana f 'partijiet tal-Ewrope dil-ġimgħa waslet saħansitra għal numru ta'mwiet, l-ogħla temperatura rreġistrata matul din il-ġimgħa kienet ta' 33.8°C, irreġistrata l-Erbgħa 24 ta' Ġunju. It-tbassir jindika li t-temperaturi se jibqgħu għoljin fil-jiem li ġejjin u jistgħu jitilgħu sa 34°C sal-aħħar tal-ġimgħa. F'kummenti lil din il-gazzetta, kelliem għall-Uffiċċju Meteoroloġi- ku tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta spjega li l-kundizzjoni- jiet meteoroloġiċi huma marbuta ma' sistema ta' pressjoni għolja li ilha tippersisti fuq iċ-Ċentru tal-Mediterran, u li qed tkompli ġġib magħha temp stabbli, xemxi u temperaturi ogħla min-normal għal dan iż-żmien tas-sena. Minkejja li ħafna qed jiddeskrivu dawn il-ġranet bħala mewġa ta' sħana, l-Uffiċċju Meteoroloġiku saħaq li xjentifikament dan għadu mhux il-każ. Spjega li, biex perjodu ta' temp sħun jiġi ddikjarat bħala mewġa ta' sħana, l-ogħla temperatura trid taqbeż it-temperatura mas- sima medja tax-xahar b'mill-in- qas 5°C għal tlett ijiem konsekut- tivi. Peress li t-temperatura mas- sima medja għal Ġunju hija ta' 28.8°C, it-temperaturi kellhom jaqbżu 33.8°C għal tlett ijiem kon- sekuttivi sabiex jiġu sodisfatti dawn il-kriterji. Sal-lum, dan għadu ma seħħx. Din il-ġimgħa li għaddiet se tidħol fl-istorja klimatika Ewropea bħala waħda mill-aktar ġimgħat sħan li qatt ġew irreġistrati f 'ħafna partijiet tal-kontinent. Minn Franza u Spanja sal-Ġermanja u anke f 'partijiet tal-Iskandinavja, temperaturi eċċezzjonalment għol- jin qed jikkawżaw tħassib dejjem akbar fost ix-xjentisti, l-awtoritajiet tas-saħħa u l-gvernijiet Ewropej. Filwaqt li mewġiet ta' sħana fis-sajf mhumiex xi ħaġa ġdida, dak li qed jagħmel l-avveniment ta' din is-sena differenti huwa l-firxa ġe- ografika tiegħu, l-intensità tiegħu, u l-fatt li s-sħana kkargat aktar kmieni mis-soltu. F'ħafna pajjiżi, temperaturi li normalment kienu jkunu misten- nija f 'nofs Lulju jew f 'Awwissu qed jiġu osservati diġà fl-aħħar ġimgħat ta' Ġunju. Dan mhux biss qed jaffettwa l-kumdità tan-nies, iżda qed joħloq sfidi serji għas-saħħa pubblika, l-enerġija, l-agrikoltura u l-ekonomija. Malta fil-qalba tal-Mediterran li qed jisħon Għalkemm il-Maltin huma mdorrija bi sjuf sħan, ħafna osservaturi nnutaw li l-intensità tas-sħana qed tibda tinħass aktar kmieni kull sena. Sa it għexieren ta' snin ilu, temperaturi ta' 35°C kienu ġen- eralment assoċjati ma' Lulju jew Awwissu. Illum, qed narawhom f 'Ġunju. Din mhijiex biss kwistjoni ta' rekord wieħed jew tnejn. Hija parti minn xejra fit-tul li turi li l-klima Mediterranja qed tinbidel. Meta mqabbel mas-snin riċenti, Ġunju tal-2026 qed jirriżulta aktar sħun minn dak tal-2023 u tal-2024 f 'Malta, iżda għadu inqas sħun minn Ġunju tal-2022, li sa issa jibqa' l-aktar Ġunju sħun fir-re- kords tal-Uffiċċju Meteoroloġiku. Skont id-data pprovduta mill-Uffiċċju Meteoroloġiku, it-temperatura massima medja matul Ġunju kienet ta' 31.0°C fl-2021, 32.5°C fl-2022, 28.5°C fl-2023, 30.5°C fl-2024 u 31.5°C fl-2025. Minkejja li l-2022 jibqa' l-aktar Ġunju sħun bħala medja, ir-rekord assolut tal-ogħla temperatura li qatt ġiet irreġistrata matul dan ix-xahar għadu f 'idejn Ġunju tal-2021, meta t-termometru laħaq il-41.5°C. Huwa ċar li l-Mediterran qed jisħon aktar malajr mill-medja globali. It-temperatura tal-wiċċ tal-baħar madwar il-gżejjer Maltin kienet ogħla min-normal matul ix-xhur li għaddew, u dan għandu effett dirett fuq kif tinħass is-sħana. Meta l-baħar ikun aktar sħun, iljieli li tradizzjonalment kienu joffru serħan mis-sħana jibqgħu relatti- vament sħan. Dan ifisser li l-ġisem tal-bniedem ikollu inqas ħin biex jirkupra mill-istress termali tal-ġurnata. Ix-xjentisti ilhom iwissu li l-Mediterran huwa wieħed mill-ak- tar reġjuni vulnerabbli fid-dinja għall-bidla fil-klima. Fil-fatt, ħafna studji jiddeskrivu r-reġjun bħala "climate change hotspot", jiġifieri żona fejn l-effetti tat-tisħin globali qed jidhru aktar malajr u b'mod aktar intens minn ħafna postijiet oħra. X'qed jikkawża din il-mewġa ta' sħana? Biex nimu dak li qed jiġri, irridu nħarsu lejn l-atmosfera fuq skala Ewropea. Matul din il-ġimgħa, sistema qa- wwija ta' pressjoni għolja stabbiliet ruħha fuq partijiet kbar tal-Ewropa tal-Punent u ċ-ċentru tal-konti- nent. Din is-sistema, magħrufa bħala "heat dome" jew "koppla tas-sħana", taġixxi bħallikieku qed tqiegħed għatu fuq il-kontinent. L-arja taħt din il-koppla tinżel bil-mod lejn wiċċ id-dinja. Meta l-arja tinżel, tissaħħan aktar. Fl-istess ħin, is-sistema timblokka l-wasla ta' fronti kesħin mill-Atlan- tiku li normalment iġibu tempera-

