Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545724
aħbarijiet IL-ĦADD 5 TA' LULJU 2026 • illum 04 IL-ĠURI TA' YORGEN FENECH JAELLE BORG Kważi disa' snin wara l-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia permezz ta' karozza-bomba fil-Bidnija fis-16 ta' Ottubru 2017, beda l-ġuri ta' Yorgen Fenech, li qed jiġi akkużat li kien il- moħħ wara l-assassinju. Fenech qed jaffaċċja żewġ akkużi ewlenin. L-ewwel waħda hija dik ta' kompliċità fl-omiċidju volontarju ta' Daphne Caruana Galizia, fejn il-prosekuzzjoni tallega li kien hu li ordna u ffinanzja l-qtil permezz ta' Melvin Theuma, li allegatament qabbad lill-aħwa George u Alfred Degiorgio flimkien ma' Vincent Muscat biex iwettqu d-delitt. It-tieni akkuża hija dik ta' assoċ- jazzjoni kriminali bil-għan li jitwettaq l-omiċidju. Il-ġuri għandu jiddeċiedi jekk il-prosekuzzjoni rnexx- ilhiex tipprova, lil hinn minn dubju raġonevoli, li Fenech kien kompliċi fil-qtil u li aġixxa bl-intenzjoni meħtieġa mil-liġi. Tul il-proċeduri mistennija jinstemgħu għex- ieren ta' xhieda, recordings sigrieti, evidenza forensika u dokumentazzjoni miġbura matul investigazzjoni li damet snin. L-EWWEL JUM Il-ġurati jingħataw l-ewwel struzzjonijiet L-ewwel jum tal-ġuri beda bil-qari tal-Att ta' Akkuża quddiem il-ġurati, fejn ġew spjegati formalment l-akkużi li qed jaffaċċja Yorgen Fenech. Minnufih wara, l-Imħallef Edwina Grima indirizzat lill-ġurati għall-ewwel darba, u spjegatilhom fid-dettall x'inhu l-irwol tagħhom tul il-ġuri. Hija enfasizzat li huma "l-imħallfin tal-fatti" filwaqt li l-Qorti tiddeċiedi l-punti ta' liġi. Għalhekk il-ġurati għandhom jaslu għall-ver- dett tagħhom biss fuq il- bażi tax-xhieda u l-provi li jitressqu quddiemhom waqt il-ġuri. L-Imħallef wissiethom biex jinjoraw kull informazz- joni li setgħu kisbu dwar il-każ matul is-snin permezz tal-midja jew diskussjonijiet pubbliċi. "Xejn minn barra din il-Qorti mhuwa prova." Hija spjegat ukoll li l-ġurati ma jistgħu jiddiskutu l-każ ma' ħadd, lanqas mal-familjari tagħhom, u li kull diskussjoni tista' ssir biss waqt id-deliber- azzjonijiet. Matul l-indirizz tagħha ġew spjegati wkoll l-irwol tal-ġurati supplenti, ir-regoli dwar apparat elettroniku, u l-fatt li matul il-ġuri l-ġurati għandhom jibqgħu iżolati minn kull informazzjoni esterna. L-Imħallef tat ukoll sp- jegazzjoni dwar kif se jimxu l-proċeduri, mir-rekwiżi- torja tal-prosekuzzjoni, għax-xhieda, il-każ tad-difiża, is-sottomissjonijiet finali u, fl-aħħar nett, id-deliberazz- jonijiet tal-ġurati. Wara dawn l-istruzzjoni- jiet beda formalment il-każ tal-prosekuzzjoni. IT-TIENI JUM Il-prosekuzzjoni tispjega l-każ tagħha Fit-tieni jum, il-prose- kuzzjoni fetħet il-każ tagħha permezz tar-rekwiżitorja tal- Avukat tal-Avukat Ġenerali Anthony Vella. Huwa qal lill-ġurati li waħda mill-aktar mistoqsiji- et importanti li se jkollhom iwieġbu hija jekk Yorgen Fenech allegatament aġixxiex bl-intenzjoni meħtieġa mil- liġi meta ġie ordnat il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Vella spjega l-kunċetti ta' mens rea u actus reus, jiġifieri l-intenzjoni kriminali u l-att li jwassal għat-twettiq tar-reat. Huwa għamel distin- zjoni bejn omiċidju volontar- ju u involontarju, u sostna li meta persuna tqabbad lil oħra biex twettaq qtil, l-element tal-intenzjoni jibqa' jeżisti. Il-prosekutur ħabbar li matul il-ġuri l-ġurati se jisimgħu sigħat ta' record- ings magħmula minn Melvin Theuma, li aktar tard ingħata maħfra presidenzjali u sar ix- xhud ewlieni tal-Istat. Skont il-prosekuzzjoni, dawn ir-recordings kienu nżammu moħbija ġewwa "kaxxa tal-ġelat" u jinkludu diversi konverżazzjonijiet ma' Yorgen Fenech. Vella qal li fost il-kon- verżazzjonijiet hemm waħda fejn Fenech allegatament jgħid dwar Daphne Caruana Galizia: "Persuna bħalha narmiha għal isfel minn hawn." F'recording ieħor, skont il-prosekuzzjoni, isir rif- eriment għall-middleman, b'Theuma jgħid: "Jien il-middleman. Jien qatt ma semmejt ismek magħhom jew mal-Pulizija." Il-ġurati mistennija jisi- mgħu wkoll konverżazz- jonijiet li fihom jiġu diskussi l-allegati ħlasijiet ta' €150,000 u €5,000 addizzjonali lill-aħwa Degiorgio. Il-prosekutur sostna li, minkejja li Fenech ma kienx preżenti fil-Bidnija meta Yorgen Fenech jibda ġuri qtil ta' Daphne Caruana L-Imħallef Edwina Grima, li qed tippresedi l-ġuri, wissiet lil-ġurati biex jinjoraw kull informazzjoni li setgħu kisbu dwar il-każ matul is-snin permezz tal-midja jew diskussjonijiet pubbliċi

