Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545724
aħbarijiet IL-ĦADD 5 TA' LULJU 2026 • illum 06 IL-ĠURI TA' YORGEN FENECH Il-ġuri huwa wieħed mill-aktar proċessi importanti fis-sistema tal-ġustizzja kriminali Maltija. Għalkemm kulħadd ikun sema' bih, ħafna għadhom jistaqsu kif jintgħażlu l-ġurati, x'jagħmlu fil-Qorti u kif jaslu għall-verdett. Min huma l-ġurati? Il-ġurati huma ċittadini ordinarji li jintgħażlu biex jisimgħu l-provi f 'każ kriminali serju u, wara li jikkunsidraw l-evidenza kollha, jiddeċiedu jekk l-akkużat huwiex ħati jew le. Huma ma jkunux imħallfin jew avukati. L-irwol tagħhom huwa li jevalwaw il-fatti u l-provi ppreżentati fil-Qorti, filwaqt li l-Imħallef ikun responsabbli li jiggwidahom dwar il-liġi u jmexxi l-proċeduri. Kemm ikun hemm ġurati? F'ġuri kriminali f 'Malta jkun hemm disa' ġurati. Apparti dawn, jinħatru wkoll ġurati supplenti li jsegwu l-proċess kollu. Dawn jidħlu biss jekk xi ġurat ma jkunx jista' jkompli bil-ġuri minħabba mard jew raġuni valida oħra. Kif jintgħażlu? Il-ġurati ma jintgħażlux għal każ partikolari. Kull sena jitħejja reġistru ta' persuni eleġibbli għas-servizz ta' ġurat. Meta jkun se jibda ġuri, isiru estrazzjonijiet b'mod każwali minn dan ir-reġistru. Dawk magħżula jiġu msejħa l-Qorti, fejn jista' jsir skrutinju biex jiġi stabbilit jekk hemmx xi raġuni għaliex m'għandhomx iservu f 'dak il-każ partikolari. Pereżempju, persuna tista' tiġi eskluża jekk tkun taf lill- akkużat, lill-vittma jew lil xi xhud, jew jekk ikun hemm ċirkostanzi li jistgħu jqajmu dubju dwar l-imparzjalità tagħha. X'jisma' l-ġurat waqt il-ġuri? Matul il-ġuri, il-ġurati jisimgħu x-xhieda kollha, jaraw id- dokumenti, il-filmati u kull prova oħra li titressaq quddiem il-Qorti. Huma ma jistgħux jagħmlu riċerka waħedhom, ifittxu informazzjoni fuq l-internet jew jiddiskutu l-każ ma' ħadd barra mill-ġurija. Id-deċiżjoni tagħhom trid tkun ibbażata biss fuq il-provi li jkunu ġew ippreżentati waqt is-seduti. Min jiddeċiedi l-piena? Din hija waħda mill-aktar mistoqsijiet komuni. Il-ġurati ma jiddeċidux il-piena. L-irwol tagħhom jintemm meta jagħtu l-verdett dwar jekk l-akkużat huwiex ħati jew le. Jekk jinstab ħati, ikun l-Imħallef li jiddetermina s-sentenza skont il-liġi, wara li jisma' wkoll is-sottomissjonijiet tal- prosekuzzjoni u tad-difiża. Kif jaslu għall-verdett? Wara li tintemm il-preżentazzjoni tal-provi u l-indirizzi finali tal-prosekuzzjoni u tad-difiża, l-Imħallef jagħti l-istruzzjonijiet legali lill-ġurati. Il-ġurati mbagħad jirtiraw f 'kamra apposta biex jiddiskutu l-każ fil-privat. Dawn id-deliberazzjonijiet huma kompletament sigrieti. Meta jaslu għal deċiżjoni, il-ġurija terġa' tidħol fl-awla u tħabbar il-verdett tagħha fil-Qorti. Għaliex il-ġurija hija importanti? Is-sistema tal-ġurija għandha l-għan li ċittadini ordinarji jipparteċipaw direttament fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja. Dan ifisser li, fil-każijiet kriminali l-aktar serji, il-ħtija jew l-innoċenza tal-akkużat ma tkunx deċiża minn persuna waħda biss, iżda minn grupp ta' membri tal-komunità li jkunu semgħu l-provi kollha u waslu għal verdett b'mod indipendenti. X' inhu ġuri u kif jintgħażlu l-ġurati f 'Malta? IT-TIELET JUM Keith Arnaud jagħti kronoloġija estensiva tal- investigazzjoni It-tielet jum tal-ġuri kien iddominat mix-xhieda twila tal-Eks Kap tal-Iskwadra tal-Omiċidji Keith Arnaud. Fil-bidu tax-xhieda tiegħu, Arnaud qal lill-ġurati li sal- 2018 l-investigazzjoni kienet waslet f 'impass. Minkejja l-arrest tal-allegati eżekuturi u x-xogħol intensiv tal-investi- gaturi, ma kienx hemm aktar żviluppi sostanzjali. Huwa spjega kif l-ew- wel prijorità tal-Pulizija wara l-isplużjoni kienet il-preservazzjoni tax-xena tad-delitt fil-Bidnija u l-ġbir tal-evidenza. Bl-għajnuna tal-FBI, l-in- vestigaturi analizzaw data tat-telekomunikazzjoni li wasslet għall-identifikazzjoni ta' burner phones li kienu qed jikkomunikaw biss bejnieth- om. Eventwalment dawn ġew attribwiti lil George Degior- gio, Alfred Degiorgio u Vince Muscat. Arnaud irrakkonta wkoll kif l-investigazzjoni was- slet għall-identifikazzjoni tad-dgħajsa Maya, kif ġew irkuprati mobile phones, SIM cards u evidenza oħra mill- baħar, u kif ġiet identifikata aktar evidenza forensika, fost- hom DNA ta' Alfred Degior- gio fuq loqma tas-sigarett. Wieħed mill-aktar mumenti importanti tax-xhieda kien meta spjega kif Vince Mus- cat talab, permezz tal-avukat tiegħu Arthur Azzopardi, biex jitkellem mal-Pulizija. Skont Arnaud, l-informazz- joni mogħtija minn Muscat kienet tikkorrispondi ma' diversi elementi li l-investi- gaturi kienu diġà stabbilew permezz ta' evidenza oħra, u tathom stampa aktar ċara tal-allegat pjan tal-qtil. Ix-xhud semma wkoll diversi laqgħat li saru f 'Kastil- ja fejn uffiċjali tal-Istat ġew infurmati bl-andament tal-investigazzjoni u fejn ġiet diskussa wkoll il-possibbiltà ta' maħfra presidenzjali, għalkemm f 'dak l-istadju l-investigaturi kienu jqisuha prematura. Aktar tard, il-Pulizija bdiet tiffoka fuq Melvin Theuma permezz ta' investigazzjoni fi- nanzjarja marbuta ma' allegat ħasil ta' flus u logħob tal-az- zard illegali. Wara l-arrest tiegħu f 'No- vembru tal-2019, Theuma beda jikkollabora mal-inves- tigaturi. Arnaud spjega kif, fil-preżenza tal-maġistrat inkwirenti, infetħet il-famuża "kaxxa tal-ġelat", li kienet tinkludi aktar minn mitt re- cording, dokumenti u rċevuti relatati mal-allegati ħlasijiet lill-aħwa Degiorgio. Skont ix-xhud, Theuma spjega wkoll għaliex beda jirrekordja l-konverżazzjoni- jiet tiegħu ma' Yorgen Fenech — għax kien jibża' li jispiċċa waħdu jġorr ir-responsabbiltà. Arnaud qal li Theuma rrak- konta lill-investigaturi kif, skont il-verżjoni tiegħu, kien ġie mitlub isib persuni biex iwettqu l-qtil, kif ġie miftie- hem il-ħlas ta' €150,000, kif il-pjan waqaf temporanjament waqt il-kampanja elettorali tal-2017 u kif, wara l-elezzjo- ni, allegatament irċieva l-flus biex il-pjan jitkompla. Ix-xhieda ta' Keith Arnaud ma ntemmitx matul din

