MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 19 July 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545897

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

Il-kumpanija prominenti Brittanika Warwick Films ġiet imwaqqfa fl-1951 minn żewġ produtturi Amerikani, Irwin Allen u Albert R. Broc- coli (magħruf bħala Cubby) ibbażata f 'Londra. L-isem ta' dan l-istudjo ħaduh mill-War- wick Hotel ta' New York City fejn, f 'dak iż-żmien, Broccoli u martu kienu alloġġjati u kienu waslu fin-negozjati finali li jista- bilixxu din il-kumpanija. Aktar minn 10 snin wara, meta War- wick xoljew, il-fama ta' dawn iż-żewġ produtturi li isseparaw, splodiet. Ir-raġunijiet għat-twaqqif ta' din il-kumpanija barra minn Hollywood jew l-Istati Uniti huma diversi, l-aktar dwar fatturi ekonomiċi. L-iżjed ta' nteress kienu dawn: Il-kumpaniji Amerikani tal- films kienu restritti mill-Marshall Plan li jieħdu l-profitti tal-films f 'forma ta' skambju barrani barra mill-pajjiżi Ewropej (il-liġijiet stretti ta' wara t-Tieni Gwerra Dinjija kien għadhom fl-aqwa tagħhom). Biex jieħdu vantaġġ ta' dik imsejħa Eady Levy, li jużaw dawn il-profitti fir-Renju Unit il-kump- aniji tal films riedu jwaqqfu entitajiet produttivi u jużaw am- mont ta' atturi u tekniċi Brittaniċi (l-istess kif għamel Disney f 'dik il-ħabta). Albert R. Broccoli li xtaq isir produttur u Irwin Allen li qabel ipproduċa u dderieġa films, skoprew li jista' jkollhom iżjed kontroll kreattiv fuq ix-xogħlijiet tagħhom hekk joperaw barra minn Hollywood. Fuq kollox, l-atturi, tekniċi u l-ħaddiema Brittaniċi ma kienux biss ta' livell għoli imma aktar ekonomiċi li tħaddem mis-salarji u kundizzjonijiet imposti mill-Amerikani. B'hekk, il-kumpanija Columbia Pictures ta' Hollywood, li kellha wkoll uffiċini fl-Ingliterra, aċċettat li toħroġ l-istess ammont ta' dollari li Broccoli u Allen iġibu u tqas- sam hi l-films ta' Warwick. F'Diċembru tal-1951 War- wick Films ħabbru li l-ewwel produzzjoni tagħhom se tkun Wyoming Trail. Dan il-film qatt ma nħadem. L-ewwel film ib- bażat minn fuq ktieb "best seller" kien e Red Beret (1953) dwar Operation Bling. Oriġinaljament, din il-kumpanija ppjanat dwar ehim ta' żewġ produzzjonijiet ċinematografiċi mal-kumpanija RKO, imma l-ehim finali ma sarx u Warwick Films iffirmaw ma' Columbia Pictures. Għalkemm l-istorja kienet waħda Brittanika, l-produtturi ddeċidew li jużaw attur Amerikan ta' statura soda fil-parti prinċipali. Broccoli li qabel kien aġent tal-at- turi kien jaf li Alan Ladd kien spiċċalu l-kuntratt ma' Paramount Pictures wara nuqqas ta' qbil finanzjarju. Alan Ladd u martu, Sue Carol li kienet ukoll l-aġenta tiegħu, qablu dwar kuntratt ta' 3 films b'kundizzjoni li l-kittieb per- sonali ta' Ladd, Richard Maibaum jikteb l-iskript ma' ħaddieħor. e Red Beret maħdum ekono- mikament mar-Riġment ta' Parax- utisti tal-Ingliterra u Wales taħt id-direzzjoni ta' Terence Young għamel profitt ta' aktar minn 7 miljun dollari minn madwar id-dinja u wassal għall-aktar pro- duzzjonijiet għal Warwick Films, (hawn bdiet kollaborazzjoni bejn Maibaum, Young u Broccoli) li wasset, wara x-xoljiment ta' War- wick Films, għall-films ta' James Bond. Dan il-film stabilixxa l-formula tal-films ta' wara ta' din il-kumpanija; atturi rġiel Amer- ikani u oħrajn Brittaniċi fi rwoli sekondarji, xi attriċi prominenti għas-sekwenzi romantiċi, avven- turi kollha azzjoni (bbażati pri- marjament minn fuq xi novella), jew avvenimenti storiċi, diretturi solidi, skrinrajters Amerikani u nvestiment Amerikani. Alan Ladd reġa' kien il-protag- onist taż=żewġ films ta' wara ta' Warwick, żewġ produzzjonijiet ta' azzjoni diversa diretti mill-Amer- ikani, Hell Below Zero (1954) dramm dwar dawk li jaqbdu l-balieni u e Black Knight (1954) ambjentat fil-medjoevu b'ħafna ġlied bix-xwabel. Billi dawn ix-xogħlijiet ċinematografiċi marru tajjeb fid-dħul tal-flus, Columbia ffirmaw kuntratt ta' 3 films oħra ma' Warwick. 14 films IL-ĦADD 19 TA' LULJU 2026 • illum Carmel Bonnici Warwick Films: Kumpanija Brittanika, indipendenti, produttiva - L-EWWEL PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 21˚Ċ L-INQAS: 14˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Nofsinhar il-Lbiċ forza 3 għal 4 lokalment forza 3 għal 4 li jdur min-Nofsinhar forza 3 għal 4 Viżibilità Tajba L-OGĦLA: 21˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 li jsir mill-Punent forza 3 Viżibilità Tajba Baħar Ħafif għal moderat li jsir ħafif Imbatt Baxx mil-Lvant SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Albert R. Broccoli The Red Beret (1953)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 19 July 2026