MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 19 July 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545897

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 15

08 aħbarijiet IL-ĦADD 19 TA' LULJU 2026 • illum analiżi IKOMPLI MILL-PAĠNA TA' QABEL ju f 'laqgħat relatati mal-pjan deskritt minnhom. L-Avukat ċaħad dawn l-alle- gazzjonijiet u m'hemm l-ebda deċiżjoni ġudizzjarja li tikkonfermahom. Il-fatt li ismu tfaċċa minn aktar minn xhud wieħed għamel din il-parti tax-xhieda fost l-aktar diskussi fil- ġranet riċenti tal-ġuri. Joseph Muscat L-isem tal-Eks Prim Ministru Joseph Muscat ukoll tfaċċa waqt diversi partiji- et tal-proċeduri. Fost l-oħrajn, il-ġurija semgħet dwar stqarrijiet attribwiti lil Yorgen Fenech u dwar allegati komunikazzjonijiet wara l-qtil. Matul il-kontroeżamijiet ukoll tqajmu mistoqsijiet dwar kuntatti u ċirkostanzi relatati ma' dak il-perjodu. Fost dawn kien hemm messaġġi bejn Joseph Muscat u Yorgen fenech l-għada ta' party li għalih kien mistieden Yorgen Fenech. Muscat dejjem ċaħad kull allegazz- joni li kellu involviment fil-qtil jew li għadda informazzjoni lil Yorgen Fenech. Lawrence Cutajar L-isem tal-Eks Kummissarju tal- Pulizija Lawrence Cutajar reġa' ħareġ waqt ix-xhieda ta' George Degiorgio. Ix-xhud allega li waqt diskussjonijiet dwar il-pjan deskritt minnu kien sar riferiment għal "il-Kummissarju". Aktar tard, waqt il-kontroeżami tal-inves- tigatur Keith Arnaud, id-difiża wkoll qajmet diversi mistoqsijiet dwar ir-rwol ta' Cutajar matul l-investigazzjoni. L-Eks Imħallef Matul il-ġuri ssemma wkoll eks membru tal-ġudikatura f 'kuntest ta' xhieda u mistoqsijiet dwar xi allega- tament flus. Ismu tfaċċa bħala parti mix-xhieda ta' Vince Muscat. Din kienet waħda minn diversi referenzi għal persuni magħrufa li wasslu biex il-proċeduri jkomplu jiġbdu attenzjoni kbira mill-pubbliku. Adrian Vella Wieħed mill-ismijiet li reġa' tfaċċa waqt il-ġuri kien dak tat-Tabib Adrian Vella. Waqt il-kontroeżami tal-in- vestigatur ewlieni Keith Arnaud, dan ikkonferma li, skont l-investigazzjoni, Vella kien ġabar ittra mingħand Keith Schembri biex iwassalha lil Yorgen Fenech. Arnaud qal ukoll li ma setax jikkon- ferma b'ċertezza x'kien hemm miktub fl-ittra. Meta mistoqsi mid-difiża, huwa kkonferma wkoll li Vella kien ġie interrogat b'rabta ma' din l-ittra u li kien jaf li l-investigazzjoni kienet relatata mal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. L-isem ta' Vella ilu jissemma fil- kuntest tal-investigazzjoni sa mill- 2019, iżda fil-ġuri reġa' daħal fix-xena permezz tax-xhieda ta' Arnaud, hekk kif ġew diskussi l-komunikazzjonijiet u l-passi investigattivi meħuda wara l-arrest ta' Yorgen Fenech. 'Toni l-Iblah' Isem ieħor li tfaċċa waqt il-kontro- eżami tal-Assistent Kummissarju Keith Arnaud kien dak ta' Anthony Sammut, magħruf bħala "Toni l-Iblah". Id-difiża staqsiet lil Arnaud dwar di- griet tal-Qorti li kien isemmi lil Sam- mut bħala persuna ta' interess fl-inves- tigazzjoni tal-qtil. Ġie rrimarkat ukoll li Sammut kien ħadem fil-Ministeru ta' Chris Cardona u li ismu kien jissem- ma f 'ittra li ngħatat lil Yorgen Fenech it jiem wara l-arrest tiegħu. Skont dak li ntqal fil-Qorti, dik l-ittra kienet tipprova torbot lill-Eks Ministru Chris Cardona mal-qtil. Arnaud xehed li hu sema' b'Sammut għall-ewwel darba proprju permezz ta' dik l-ittra. Qal ukoll li, minkejja li ak- tar tard sar jaf b'allegati rabtiet tiegħu mal-aħwa Degiorgio u ma' Vince Muscat "il-Koħħu", Sammut qatt ma kien parti mill-investigazzjoni tiegħu u qatt ma ħareġ evidenza li wasslet lill- pulizija lejh. Anthony Chetcuti "Il-Biglee' Matul l-istess kontroeżami, id-difiża qajmet ukoll l-isem ta' Anthony Chet- cuti, magħruf bħala "Il-Biglee". Fil-Qorti ssemma li, skont xhieda li kienet instemgħet qabel, Chetcuti kien allegatament serva bħala persuna ta' kuntatt bejn l-eks Ministru Chris Cardona u oħrajn. Meta mistoqsi dwaru, Keith Arnaud xehed li l-investigazzjoni qatt ma wasslet lill-pulizija għand Anthony Chetcuti. Huwa spjega li l-unika azzjo- ni meħuda mill-investigaturi kienet li jiġi ppreservat il-mowbajl u l-evidenza tat-telefown tiegħu, iżda qal li ma kien hemm l-ebda evidenza li wasslet biex isir suspettat jew parti mill-investi- gazzjoni kriminali. Johann Cremona Isem ieħor li reġa' tfaċċa matul il- ġuri kien dak tan-negozjant Johann Cremona, magħruf bħala sieħeb fin-negozju ta' Yorgen Fenech u persuna li kienet taf ukoll lil Melvin euma. Waqt il-kontroeżami tal-Assistent Kummissarju Keith Arnaud, l-Avukat tad-Difiża Giannella de Marco talbet li jiġu esebiti diversi estrazzjonijiet forensiċi tat-telefowns u call profiles marbuta mal-investigazzjoni. Fosthom kien hemm dawk relatati ma' Keith Schembri, Kenneth Camilleri u Johann Cremona. Fil-Qorti nstema' li Cremona kel- lu ħames numri tat-telefown – linja fissa u erba' mowbajls – li kienu parti mill-materjal investigattiv analizzat mill-pulizija. L-isem ta' Cremona kompla jissem- ma matul il-proċeduri bħala wieħed mill-persuni li kellhom kuntatti ma' diversi protagonisti fil-każ, fatt li was- sal biex il-komunikazzjonijiet tiegħu jkunu fost dawk eżaminati mill-inves- tigaturi. Kenneth Camilleri Fost il-persuni li reġgħu ssemmew waqt il-ġuri kien hemm ukoll Kenneth Camilleri, l-Eks Uffiċjal tas-Sigurtà fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru li kien jaħdem mill-qrib mal-Eks Chief of Staff Keith Schembri. Matul il-kontroeżami tal-Assistent Kummissarju Keith Arnaud, id-difiża talbet li jiġu esebiti diversi estrazz- jonijiet forensiċi u call profiles relatati mal-investigazzjoni. Fost il-materjal mitlub kien hemm ukoll ir-records tat-telefown ta' Kenneth Camilleri, flimkien ma' dawk ta' Keith Schembri u Johann Cremona. Mhux biss dwar l-akkużat Sal-lum, il-ġuri ta' Yorgen Fenech ma kienx biss dwar il-provi kontra l-akkużat. Sar ukoll pjattaforma fejn, permezz tax-xhieda li qed jinstemgħu, reġgħu tfaċċaw ismijiet li għal snin kienu assoċjati mal-ogħla livelli tal-po- ter f 'Malta. Minn eks prim ministru, għal eks ministri, eks kummissarju tal-pulizija u avukati magħrufa, il-ġuri kompla jqajjem interess nazzjonali hekk kif kull jum ġab miegħu allegazzjonijiet ġodda u ismijiet ġodda. Madankollu, għandu jibqa' ċar li dak kollu li ntqal minn xhieda fil-Qorti għadu qed jiġi evalwat fil-proċess kriminali. Il-persuni msemmija huma intitola- ti għall-preżunzjoni tal-innoċenza, u hija l-ġurija li fl-aħħar mill-aħħar se tevalwa l-affidabbiltà tax-xhieda u l-piż tal-evidenza ppreżentata matul il-ġuri. IL-ĠURI TA' YORGEN FENECH

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 19 July 2026