MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 26 July 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545965

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 15

05 analiżi illum • IL-ĦADD 26 TA' LULJU 2026 Matul il-ġuri ta' Yorgen Fenech, il-ġurati ntwerew għadd kbir ta' konverżazzjonijiet estratti mill-ap- parat elettroniku tiegħu. Fosthom kien hemm messaġġi fuq WhatsApp u Signal ma' membri tal-familja, nies qrib tiegħu, impjegati u eks uffiċja- li ta' Kastilja u anke mal-Eks Prim Ministru Joseph Muscat. Il-Prosekuzzjoni qed tuża dawn il-konverżazzjonijiet biex tispje- ga l-movimenti ta' Fenech fil-jiem u s-sigħat ta' qabel l-arrest tiegħu. Id-Difiża, min-naħa tagħha, tkompli tikkontesta l-interpretazzjoni tal-evi- denza u ssostni li l-akkużat ma kienx il-moħħ wara l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Dawn huma l-messaġġi li l-aktar spikkaw s'issa. "Mur f 'post sigur sakemm għad hemm iċ-ċans" F'konverżazzjoni ma' kuntatt isse- jvjat bħala "Uncle Ray", Fenech ġie mwissi li kienet mistennija toħroġ storja oħra fil-midja. Huwa wieġeb li kien se jkellem lill-Avukata Giannella de Marco. Iżda t-tweġiba li rċieva kienet aktar urġenti: il-kuntatt qallu li kien se jċemplilha hu u ħeġġu jmur f 'post sigur "sakemm għad hemm iċ-ċans". Fenech talab li l-avukata tmur id- dar tiegħu sabiex ikun jista' jkellimha qabel jitlaq. Ftit wara, fl-istess sensiela ta' mes- saġġi, intbagħtet twissija oħra qasira iżda qawwija: "Tafda lil ħadd." Il-kliem waħdu ma jipprovax x'kienet l-intenzjoni ta' min kitbu. Iżda għall-Prosekuzzjoni, il-ħin li fih intbagħtu l-messaġġi u d-diskuss- jonijiet li segwew dwar vjaġġar, flus u akkomodazzjoni huma parti impor- tanti mill-istampa li qed tippreżenta lill-ġurija. Titjira, dgħajsa jew ... xejn? Hekk kif il-konverżazzjoni komp- liet, il-Prosekuzzjoni qalet li l-ġurati bdew jaraw stampa aktar ċara ta' dak li allegatament kien qed jiġri fis-sigħat ta' qabel l-arrest ta' Yorgen Fenech. Skont il-messaġġi ppreżenta- ti fil-Qorti, il-konverżazzjoni ma baqgħetx limitata għal twissijiet biex "imur f 'post sigur". Minflok, bdiet iddur ukoll fuq il-possibbiltajiet ta' kif seta' jitlaq minn Malta. F'waħda mill-konverżazzjonijiet, issemma l-VIP Terminal tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta bħala pos- sibbiltà. Madankollu, skont ix-xhie- da tal-Assistent Kummissarju Keith Arnaud, Fenech allegatament esprima dubji dwar din l-għażla u qal li kien qed jaħseb aktar f 'dgħajsa. Il-Prose- kuzzjoni sostniet li dawn il-kon- verżazzjonijiet kienu jiffurmaw parti mill-kuntest tal-allegat pjan biex jitlaq minn Malta qabel ma ġie arrestat. Id-Difiża tikkontesta din l-interpre- tazzjoni tal-evidenza. Il-flus kontanti u t-tranżazzjonijiet Tema oħra li reġgħet feġġet fil-kon- verżazzjonijiet kienet dik tal-flus. Il-ġurati semgħu kif f 'chat ma' "Un- cle Ray" saret referenza għal ammont sostanzjali ta' flus kontanti. Aktar tard, il-konverżazzjoni daret ukoll fuq l-użu tal-karti tal-bank. Skont il-Prosekuzzjoni, wieħed mill-mes- saġġi kien iwissi biex tingħata at- tenzjoni fl-użu tal-cards minħabba l-possibbiltà li t-tranżazzjonijiet ikunu jistgħu jiġu rintraċċati. Għall-Prosekuzzjoni, dawn id-disk- ussjonijiet kienu parti mill-kronoloġi- ja tal-avvenimenti ta' dawk il-jiem. Id-Difiża, iżda, tgħid li dawn il-kon- verżazzjonijiet m'għandhomx jiġu interpretati bħala prova ta' ħtija. Il-messaġġi ma' Keith Schembri Lil hinn mill-konverżazzjonijiet dwar il-movimenti ta' Fenech, il-ġurija rat ukoll messaġġi skambjati ma' Keith Schembri, kuntatt li kien issevjat bħala "K". Fost l-aktar punti li ġibdu l-attenz- joni kien hemm diskussjonijiet dwar l-abbozz tal-maħfra presidenzjali mogħtija lil Melvin Theuma. Il-Prosekuzzjoni sostniet li l-kon- verżazzjonijiet juru li Fenech u Schembri kienu qed jiddiskutu tibdil fid-dokument, allegazzjoni li kienet parti importanti mix-xhieda ta' Keith Arnaud. Id-Difiża tikkontesta l-konklużjonijiet li qed jinsiltu minn dawn il-messaġġi. Il-konverżazzjonijiet ma' Joseph Muscat Fost il-konverżazzjonijiet li ġew diskussi fil-Qorti kien hemm ukoll skambji ta' messaġġi bejn Yorgen Fenech u l-Eks Prim Ministru Joseph Muscat. Ix-xhieda fil-Qorti rreferiet għal komunikazzjonijiet li kienu jinkludu tislim, arranġamenti għal laqgħat u kuntatt bejn it-tnejn. Fost dawn kien hemm messaġġ fejn Fenech kiteb lill Joseph: "narak aktar tard Prim Min- istru" u Muscat rrisponda: "iva narak għada fis-1.30 p.m." L-għada, imbagħad, Muscat bagħat messaġġ lil Fenech u qallu "ħadt gost" u Fenech irrispondieh u qallu li kien hemm wisq nies miegħu u staħa jkellmu. Dawn il-messaġġi ġew ippreżentati bħala parti mill-evidenza diġita- li estratta mill-apparat ta' Fenech. Il-Prosekuzzjoni spjegat lill-ġurija l-kuntest tagħhom. Messaġġi aktar personali Mhux kull konverżazzjoni kienet marbuta ma' allegat pjan ta' ħarba jew ma' diskussjonijiet politiċi. Il-ġurati semgħu wkoll messaġġi ta' natura aktar personali. Fosthom kien hemm talba biex jeħdulu ħsieb il-familja tiegħu u riflessjonijiet dwar dak li seta' jiġri fil-jiem ta' wara. L-istorja li l-Prosekuzzjoni qed tipprova tibni Meta jinqraw wieħed wieħed, dawn il-messaġġi jistgħu jidhru ordinar- ji. Iżda meta tqiegħdu f 'sekwenza kronoloġika u flimkien ma' xhieda oħra, dokumenti u evidenza diġitali, il-Prosekuzzjoni qed tgħid li jiffur- maw parti minn narrattiva waħda dwar dak li seħħ fil-jiem ta' qabel l-arrest ta' Yorgen Fenech. Id-Difiża, min-naħa tagħha, tibqa' tikkontesta kemm l-interpretazzjoni tal-messaġġi, kif ukoll il-konkluż- jonijiet li l-Prosekuzzjoni qed titlob lill-ġurija tasal għalihom. Bil-ġuri għadu għaddej, mistenni li fil-jiem li ġejjin jissemmew aktar chats u komunikazzjonijiet elettroniċi hekk kif iż-żewġ naħat ikomplu jippreżen- taw il-każ tagħhom quddiem il-ġurija. Il-messaġġi li ħasdu lill-awla Minn twissijiet biex imur "f 'post sigur" għal diskussjonijiet dwar flus kontanti, titjiriet u ħarba bid-dgħajsa Yorgen Fenech, Keith Schembri u persuni oħra msemmija fil-kon- verżazzjonijiet, kif ukoll diskuss- jonijiet dwar il-biża' li kellu Melvin Theuma li seta' jispiċċa arrestat jew espost. Waħda mis-sentenzi li ġibdet l-akbar attenzjoni kienet dik attribwita lil Theuma fejn qal li "Ma messux qatilha", frażi li bla dubju kienet fost l-aktar kummenti diskussi waqt il-proċeduri. Fl-istess recordings instemgħu wkoll kummenti li juru l-istat psikoloġiku ta' Theuma, li f 'aktar minn okkażjoni deher jesprimi sens qawwi ta' biża', pressjoni u frustrazzjoni. Battalja fuq il-kredibbiltà Jekk kellha tintgħażel kelma waħda biex tiddeskrivi l-ġimgħa fil-Qorti, dik tkun "kredibbiltà". Il-prosekuzzjoni baqgħet tinsisti li x-xhieda u r-recordings flimkien jiffurmaw katina ta' evidenza li tgħin biex tinbena stampa aktar ċara tal-każ. Hekk kif il-ġuri jkompli jav- vanza, jidher dejjem aktar ċar li l-aħħar kelma mhux se tiddependi biss fuq dak li ntqal fir-recordings, iżda fuq kemm il-ġurati se jqisu li dawk il-kliem huma kredibbli, konsistenti u sostnuti mill-bqi- ja tal-evidenza li qed titressaq quddiemhom. mistoqsijiet

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 26 July 2026