MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 26 July 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545965

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 15

analiżi IL-ĦADD 26 TA' LULJU 2026 • illum 04 IL-ĠURI TA' YORGEN FENECH JAELLE BORG Il-ħamest ijiem li għaddew fil-ġuri ta' Yorgen Fenech kienu kkaratteriz- zati minn xhieda intensiva, record- ings sigrieti li komplew jinstemgħu fil-Qorti u kontroeżamijiet li fittxew li jittestjaw il-kredibbiltà tax-xhieda ewlenin. Aktar milli ġimgħa ta' rivelazz- jonijiet ġodda, kienet ġimgħa li rat lill-prosekuzzjoni u lid-difiża jiffukaw fuq l-istess mistoqsija fundamentali: kemm huma affidabbli dawk li qed jitkellmu u x'piż għandhom il-kliem u r-recordings li qed jinstemgħu quddi- em il-ġurati? Matul il-ġimgħa, il-proċeduri kom- plew juru kemm il-każ qed jistrieħ mhux biss fuq fatti u dokumenti, iżda wkoll fuq interpretazzjonijiet ta' kon- verżazzjonijiet, relazzjonijiet personali u xhieda li ilhom snin fil-qalba tal-in- vestigazzjoni dwar il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Edgar Brincat jibqa' taħt il-lenti Is-Sibt bdejna bix-xhieda ta' Edgar Brincat, magħruf bħala "Il-Ġojja", li ta rendikont dettaljat tar-relazzjoni tiegħu ma' Melvin Theuma u tal-kun- tatti li kellu miegħu fiż-żmien meta l-middleman kien qed jgħix taħt press- joni kbira. Brincat spjega kif kien ilu jaf lil Theuma għal snin u kif dan kien jersaq għandu għal pariri. Fil-Qorti ħareġ ukoll kif Theuma kien irrakkun- talu dwar laqgħat u kuntatti li kellu ma' diversi persuni, filwaqt li Brincat irrefera wkoll għall-Eks Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar u għal ċirkostanzi li, skont ix-xhud, kienu ġew diskussi bejniethom. Fix-xhieda tiegħu, Brincat ċaħad li qatt ipprova jinfluwenza lil Theuma jew jiddettalu x'għandu jgħid lill-aw- toritajiet, filwaqt li sostna li kull parir li tah kien intiż biex jevita li jagħmel żbalji li setgħu jkomplu jikkomplikaw is-sitwazzjoni tiegħu. Meta l-ġuri kompla fil-bidu tal- ġimgħa, Brincat reġa' tela' fuq il-pedana għat-tieni jum konsekuttiv, fejn id-difiża ffukat il-kontroeżami tagħha fuq il-kred- ibbiltà tiegħu u fuq il-pariri li allegata- ment kien ta lil euma fi żmien meta dan tal-aħħar kien diġà qed jirreġistra konverżazzjonijiet li aktar tard spiċċaw fost il-provi ewlenin tal-każ. Il-mistoqsijiet ma kinux limitati għal dak li qal Brincat, iżda wkoll għaliex qal dak li qal u jekk il-verżjoni tiegħu tal-fatti kinitx baqgħet konsistenti tul is-snin. Kien ċar li d-difiża riedet tħalli dubju dwar kemm ix-xhieda tiegħu tista' titqies bħala waħda affidabbli, filwaqt li l-prosekuzzjoni baqgħet tinsisti li l-kontribut tiegħu jgħin biex jinftiehem aħjar il-kuntest tal-ġrajjiet li wasslu għall-investigazzjoni. It-tnejn imbagħad beda bil-kontro- eżami ta' Edgar Brincat. Id-difiża ffukat fuq il-kredibbiltà tiegħu u fuq il-pariri li allegatament kien ta lil Theuma fi żmien meta dan tal-aħħar kien diġà qed jirreġistra konverżazzjonijiet li aktar tard spiċċaw fost il-provi ewlenin tal-każ. Id-difiża tgħid lil Lawrence Cutajar: "Int korrott" Wara x-xhieda ta' Edgar Brincat, kien imiss lill-Eks Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar jitla' fuq il-pedana tax-xhieda. Fix-xhie- da tiegħu, Cutajar ġie mistoqsi dwar ir-relazzjoni tiegħu ma' Melvin Theuma, il-kuntatti li kellu ma' Edgar Brincat u d-deċiżjonijiet li ttieħdu waqt li kien imexxi l-Korp tal-Pulizija fiż-żmien meta kienet għaddejja l-in- vestigazzjoni dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. L-Eks Kummissarju ċaħad li qatt ta trattament preferenzjali lil xi persuna jew li ndaħal b'xi mod fl-investigazz- jonijiet. Huwa sostna li dejjem aġixxa skont il-proċeduri u ċaħad ukoll allegazzjonijiet li kien għadda infor- mazzjoni jew kellu relazzjonijiet mhux xierqa ma' persuni li aktar tard spiċċaw marbuta mal-każ. Iżda l-aktar mument ta' tensjoni wa- sal waqt il-kontroeżami, meta d-difiża sfidatu dwar il-kredibbiltà tiegħu u akkużatu direttament li kien "korrott". Cutajar ċaħad l-akkuża b'mod kate- goriku u baqa' jinsisti li qatt ma kiser id-dmirijiet tiegħu bħala Kummissarju tal-Pulizija. Johann Cremona fiċ-ċentru tal- proċeduri Imbagħad il-fokus tal-ġuri dar fuq Johann Cremona, li x-xhieda tiegħu okkupat diversi seduti konsekuttivi. Kien proprju waqt ix-xhieda tiegħu li l-ġurati semgħu sensiela ta' record- ings bejn Cremona u Melvin Theuma. Dawn il-konverżazzjonijiet, irreġistrati b'mod sigriet, taw stampa ta' Theuma bħala persuna dejjem aktar anzjuża u mbeżżgħa dwar dak li seta' jiġri. Madankollu, Cremona baqa' jin- sisti li ħafna minn dak li kien jgħid f 'dawn il-konverżazzjonijiet ma kellux jittieħed litteralment. Skontu, kien qed jibblaffja jew jgħid dak li jaħseb li kien se jikkalma lil Theuma aktar milli jesprimi tagħrif li kien jaf bih diretta- ment. Kenneth Camilleri jitla' fuq il- pedana tax-xhieda Kien hemm ukoll Kenneth Camill- eri, li ta rendikont tal-kuntatti li kellu ma' Yorgen Fenech u ma' Melvin Theu- ma. Camilleri ġie mistoqsi wkoll dwar diversi kuntatti telefoniċi u laqgħat li kellu ma' persuni involuti fil-każ. Filwaqt li ammetta li kien mar għand Melvin Theuma għax kien bagħtu Keith Schembri biex jikkalmah, huwa baqa' jinsisti li ma kienx jaf x'kien qed jiġi diskuss jew x'kien l-iskop tagħhom. Ix-xhieda tiegħu kompliet tixħet dawl fuq in-network ta' relazzjoniji- et bejn il-persuni msemmija fil-każ, filwaqt li tat lill-ġurati aktar kuntest dwar kif kienu jsiru l-komunikazzjoni- jiet bejn l-atturi ewlenin li isimhom kompla jissemma matul il-proċeduri. Ir-recordings li baqgħu jqanqlu mistoqsijiet Fost l-aktar mumenti li spikkaw kien hemm diversi siltiet mir-recordings li komplew jinstemgħu fil-Qorti. Il-ġurati semgħu referenzi għal Ġimgħa ta' recordings, konfronti u mistoqsijiet Melvin Theuma, Keith Schembri u Kenneth Camilleri L-Eks Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar ċaħad li qatt ta trattament preferenzjali lil xi persuna jew li ndaħal b'xi mod fl-investigazzjonijiet

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 26 July 2026