MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 26 July 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545965

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 aħbarijiet IL-ĦADD 26 TA' LULJU 2026 • illum Jum ta' terrur f 'Ta' Ġiorni: Kif seħħ l-isparar li ħalla żewġ pulizija midruba u spiċċa f 'assedju ta' sagħtejn Malta qattgħet waħda mill-aktar ġranet dram- matiċi fl-istorja riċenti tagħha nhar il-Ġimgħa, meta żewġ uffiċja- li tal-Pulizija sfaw milquta minn tiri waqt operazzjoni f 'Ta' Ġiorni, San Ġiljan. L-inċident, li dam għaddej għal sigħat u involva membri tal-Ispe- cial Intervention Unit (SIU), negozjaturi, drones u mezzi speċjalizzati, spiċċa bl-arrest ta' żewġ aħwa Maltin u fetaħ inves- tigazzjoni estensiva dwar il-mo- tiv wara dan l-att ta' vjolenza. L-uffiċjal li sofra l-agħar ġrieħi huwa s-Surġent Johann Vella, li ntlaqat f 'wiċċu u f 'għonqu u baqa' f 'kundizzjoni kritika. Il-kollega tiegħu, il-Kunti- stabbli Omar Sha- rif, ġarrab ġrieħi ħfief. L-appelli għad-donazz- jonijiet tad-demm li saru immed- jatament wara l-isparatura qanqlu mewġa ta' solidarjetà minn mijiet ta' persuni. L-ewwel rapporti waslu għall- Pulizija għall-ħabta tal-10.30 ta' filgħodu, meta ġie rrappurtat nar f 'binja fi Triq Sir Joseph Carbone, fiż-żona ta' Ta' Ġiorni. Skont l-in- vestigazzjoni preliminari, in-nar kien allegatament tqabbad apposta waqt tilwima marbuta ma' sit ta' kostruzzjoni u proprjetà. Fuq il-post kien hemm ukoll ħaddiema f 'gondola mdendla minn krejn, li spiċċaw f 'sitwazz- joni perikoluża hekk kif in-nirien infirxu taħthom. Filmati li xxandru fuq il-midja soċjali wrew lill-ħaddiema jitolbu lill-operatur tal-krejn biex jgħollihom immed- jatament sabiex jevitaw il-ammi. Meta waslu fuq il-post, il- pulizija sabu wieħed mis-suspetta- ti għadu fiż-żona. Huwa allegata- ment fetaħ in-nar fuq l-uffiċjali, b'konsegwenza li żewġ membri tal-Korp intlaqtu. Is-Surġent Johann Vella ġarrab ġrieħi serji ħafna f 'wiċċu u f 'għonqu, filwaqt li l-Kunti- stabbli Omar Sharif weġġa' ħafif. It-tnejn ittieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn Vella baqa' jingħata trattament intensiv. Assedju delikat Wara l-isparatura beda as- sedju li dam madwar sagħtejn. Il-Pulizija għalqu ż-żona kollha, filwaqt li ġew immobilizzati mem- bri tal-iSpecial Intervention Unit, in-negozjaturi tal-Pulizija, is-Civil Protection Department u riżorsi oħra, inklużi drones u tagħmir speċjalizzat. Tul il-konfront, il-pulizija ppruvaw jipperswadu lis-suspettat biex iċedi mingħajr aktar tixrid ta' demm. Fl-aħħar nett huwa ċeda u ġie arrestat, filwaqt li t-tieni sus- pettat, li allegatament kien telaq minn fuq il-post aktar kmieni, ġie arrestat separatament. Il-pulizija identifikaw lis-sus- pettat ewlieni bħala John Agius, magħruf bħala "Johnny tal- Għalqa", raġel ta' 74 sena. Flimkien miegħu ġie arrestat ħuh ta' 68 sena. It-tnejn mistennija jaffaċċ- jaw akkużi quddiem il-Qorti hekk kif tkompli l-investigazzjoni. Il-konferenza tal- Kummissarju tal-Pulizija F'konferenza tal-aħbarijiet wara li ntemmet l-operazzjoni, il-Kummissarju tal-Pulizija spjega li l-prijorità assoluta kienet li tiġi ssalvagwardjata l-ħajja tal-uffiċjali, tar-residenti u ta' kull min kien fiż-żona. Huwa spjega kif intużat strateġi- ja gradwali, b'negozjati kontinwi mas-suspettat qabel ittieħdet id-deċiżjoni finali li jsir l-arrest tiegħu. Il-Kummissarju qal ukoll li l-investigazzjoni qed tindika li l-każ seta' kien marbut ma' tilwi- ma dwar proprjetà u xogħlijiet ta' kostruzzjoni, għalkemm enfasizza li għadu kmieni wisq biex jiġu konklużi l-motivi kollha wara l-attakk. Huwa rringrazzja lill-mem- bri kollha tal-Korp tal-Pulizija, lill-iSpecial Intervention Unit, lid-Dipartiment tal-Protezzjo- ni Ċivili u lis-servizzi mediċi għall-ħidma kordinata tagħhom, filwaqt li awgura fejqan lis-Surġent Johann Vella u lill-Kuntistabbli Omar Sharif. Każ li ħasad lill-pajjiż L-isparatura f 'Ta' Ġiorni ħalliet impatt qawwi fuq il-pajjiż kollu. Għal ħafna, kienet tfakkira li, minkejja li Malta tibqa' fost l-aktar pajjiżi siguri fl-Ewropa, il-membri tal-Korp tal-Pulizija jaffaċċjaw riskji reali kull darba li jwieġbu għal sejħa ta' emerġenza. Il-każ issa jinsab f 'idejn l-inves- tigaturi u f 'idejn il-Qrati, filwaqt li l-pajjiż kollu qed jistenna aħbari- jiet pożittivi dwar il-kundizzjoni tas-Surġent Johann Vella, li baqa' jiġġieled għall-irkupru tiegħu wara waħda mill-aktar ġranet traġiċi għall-Korp tal-Pulizija f 'dawn l-aħħar snin. No fika t'Intenzjoni Liċenzja għal Xogħol Temporanju/Esternalizzazzjoni Maids in Malta Ltd. tiddikjara l-intenzjoni biex tirreġistra għal-Liċenzja tal-Impjiegi skont L.N. 270 tal-2023 Att dwar L-Impjieg Industrijali (Kap. 452) Regolamenti tal-2023 dwar l-Aġenziji tal-Impjieg. L-attivitajiet proposti jiffukaw fuq il-provvista tal-ħaddiema bil-ħsieb li jkunu disponibbli għall-par terza li tinkludi: 1. Servizzi ta' xogħol temporanju li jinvolvu l-provvista ta' ħaddiema lill-parti terza. 2. Il-parti terza tassenja x-xogħol lill-ħaddiema temporanji. 3. Servizzi t'esternalizzazzjoni li jinvolvu l-provvista ta' ħaddiema lill-parti terza. 4. L-aġenzija tal-esternalizzazzjoni , inklużi l-kuntratturi u s-sottokuntratturi, tissorvelja, tidderieġi u tikkontrolla lill-ħaddiema. Indirizz uffiċjali reġistrat:10, Melita Street Sliema SLM1982 Numru reġistrat tal-kumpanija:C83633 John Agius (fuq) kien arrestat wara operazzjoni ta' kważi sagħtejn u wara li ndarbu Johann Vella u Omar Sharif (xellug), iż-żewġ membri tas-Special Intervention Unit (Ritratt fis- sit: Daniel Tihn/Mediatoday)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 26 July 2026