Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545965
10 aħbarijiet IL-ĦADD 26 TA' LULJU 2026 • illum opinjoni Ministru għall-Edukazzjoni u l-Isport BYRON CAMILLERI D alwaqt ikunu għaddew xahrejn mill-elezzjo- ni ġenerali tat-30 ta' Mejju u l-attitudni differenti bejn iż-żewġ partiti ma waqfitx tkun ċara. Il-Partit Laburista sar l-ewwel partit fl-istorja ta' pajjiżna li kiseb ir-raba' rebħa, b'fiduċja qawwija tal-Maltin u l-Għawdxin sabiex nimplimentaw il-manifest elettorali. Wara l-elezzjoni ġenerali, anke l-Partit Nazzjonalis- ta rnexxielu jkun tal-ewwel. Iva, l-ewwel partit f 'Malta li minkejja telfa elettorali, f 'dan il-każ ir-raba' waħda konseku- ttiva, minflok rapport tat-telfa, ippubblika ktieb ta' ċelebrazz- joni. Però dan l-episodju nsemmih mhux għax tant jinteressani mill-affarijiet interni tal-PN, iżda nsemmih għax imur ferm lil hinn minn pubblikazzjoni ta' ktieb. Il-verità hi li jixhed mental- ità li l-uniku interess li kellu wara t-30 ta' Mejju ma kienx biex tassew jifhem il-messaġġ tal-poplu iżda kien biex isalva postu. L-iskop ma kienx biex jagħraf fejn il-partit tiegħu għal darb'oħra seta' kien aħjar, imma biex jibqa' ggranfat mal-poter anke jekk lill-partitarji tiegħu kien wegħedhom rebħa f 'xahar. Għalhekk telfa bdiet tkun impenġija bħala rebħa minn oppożizzjoni business as usual. Li jfisser li nistennew li tkompli tagħtina l-istess riċetti tal-pas- sat. U l-ewwel sinjali tal-leġiżlatu- ra hekk juru. B'kuntrast, minkejja li l-PL rebaħ l-elezzjoni ġenerali għar-raba' darba konsekuttiva, l-attitudni mill-għada tal-elez- zjoni kienet dik li rridu nerġgħu nibdew naħdmu ta' kuljum biex ikun jixirqilna l-fiduċja tan- nies. Mgħobbijin bir-responsab- biltà ta' din il-fiduċja mġedda nemmnu li rridu naħdmu iktar minn qatt qabel. Ftaħna l-Par- lament fi żmien rekord meta mqabbel ma' leġiżlaturi oħra. U tlaqna nwettqu diversi iniz- jattivi bil-għan li fl-ewwel mitt jum inkunu diġà tajna sinjal qa- wwi ta' fejn sejjer dan il-gvern. Fil-konferenza ġenerali tal-kon- ferma tat-tmexxija tal-PL, il- Prim Ministru ma ġiex jiftaħar bir-rekord li għamel u għamilna bħala partit, imma minflok tkellem b'umiltà u enfasizza fuq għaxar inizjattivi li bħala gvern irridu nwettqu f 'dan is-sajf. Il-fiduċja l-poplu Malti tahiel- na għax jaf li aħna nwettqu dak li nwiegħdu. U fl-edukazzjoni u l-isport l-istess se nagħmlu. Min-naħa tiegħi, sa mill-mu- ment li dħalt fl-uffiċċju bħala Ministru għall-Edukazzjoni u l-Isport, tlaqt bil-ħidma bil-għan li dak li wegħedna fil-manifest elettorali nagħmluh realtà. Hemm inizjattivi li diġà bdejniehom, bħal dik li per- mezz tagħha, se naraw li t-tfal f 'pajjiżna jingħataw iċ-ċans ta' lezzjonijiet tal-għawm bla ħlas mill-istat. Dan jista' jsalva l-ħajjiet. Hemm xogħol ieħor li jinsab għaddej b'ritmu tajjeb bħal tisbiħ, u manutenzjoni estensiva fl-iskejjel. Hemm inizjattivi li ftaħna bħalma huma l-vouchers tal-in- ternet b'xejn għall-istudenti fil-post sekondarja. Filwaqt li hemm ħafna xogħol ieħor fejn bdejna l-prepara- menti meħtieġa biex nibnu fuq it-tajjeb li għandna u nkom- plu nġibu l-bidla li wegħedna fil-manifest elettorali. Għaż-żmien li ġej, l-enfasi tiegħi se tkun proprju l-im- plimentazzjoni tal-manifest elettorali b'umiltà iżda b'de- terminazzjoni kbira. Filwaqt li ħaddieħor sodisfatt bil-ktieb tat-telfa, il-ktieb li jiggwida lil- na hu l-manifest li fih l-impenn li għamilna mal-poplu u li se nagħmluh realtà. Mill-ktieb tat-telfa għall-umiltà fir-rebħa Il-Partit Laburista sar l-ewwel partit fl-istorja ta' Malta li kiseb ir-raba' rebħa "Minkejja li l-PL rebaħ l-elezzjoni ġenerali għar- raba' darba konsekuttiva, l-attitudni mill-għada tal-elezzjoni kienet dik li rridu nerġgħu nibdew naħdmu ta' kuljum biex ikun jixirqilna l-fiduċja tan- nies" Notifika t'Intenzjoni - Safeguarding Employment Agency Limited Aġenzija tal-outsourcing li toffri impjiegi f'Malta billi tippubblika reklami fi gruppi tal-midja soċjali u permezz ta' mezzi oħra ta' reklamar. Aħna ngħinu lill-kandidati li huma kwalifikati għall- impjiegi li noffru. Il-kumpanija tagħna toffri dan li ġej: • Intervistar, għażla u tqegħid ta' kandidati f'impjieg. • Reklutaġġ ta' persuni minn barra l-pajjiż u minn Malta għal impjieg f'Malta jew fi Stat Membru tal-UE. • Reklamar għall-mili ta' postijiet vakanti. • Provvista ta' persunal temporanju u b'kuntratt. • Reklutaġġ u tqegħid għal impjieg permanenti. Nieħdu ħsieb napprezzaw lil kull wieħed u waħda minnkom billi nonoraw il-ħolm tagħkom permezz tal-ħidma tagħna. Numru r reġistrat tal-kumpanija: C105106 Indirizz uffiċjali reġistrat: The Factory, Tigne Place, Triq Tigne, Sliema Numru ta' kuntatt: +356 9963 3003

