MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 2 August 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546038

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 15

"Hija problema li terġa' tibda mill- bidu kull ġimgħa. Nies ġodda jiġu, oħrajn jitilqu, u l-istess imġiba tibqa' tirrepeti ruħha. Għalhekk ma tistax tindirizzaha biss b'reazzjoni wara kull inċident." 08 aħbarijiet IL-ĦADD 2 T'AWWISSU 2026 • illum aħbarijiet JAELLE BORG Minkejja li fl-aħħar ġimgħat il-Korp tal-Pulizija introduċa sistema ġdida ta' kordinaz- zjoni u tqassim tar-riżorsi sabiex tissaħħaħ il-preżenza tal-uffiċjali fit-toroq u jitjieb ir-rispons għall-inċidenti, ir-residenti tas-Swieqi qed jin- sistu li s-sitwazzjoni fl-inħawi tagħhom għadha ma nbidlitx b'mod sostanzjali. Skont resident li tkellem ma' din il-gazzetta, il-problemi ta' storbju, diżordni u allegat van- daliżmu għadhom iseħħu kważi kull lejl, b'mod partikolari fi Triq il-Qantar u Triq Cannata- ci, żona li tinsab bejn Paceville u Swieqi u li ilha xhur tissem- ma b'rabta ma' inċidenti simili. Ir-residenti jfakkru li hija proprju din il-medda ta' triq li ftit ġimgħat ilu spiċċat fuq quddiem nett tal-aħbarijiet wara filmat li mar virali fuq il-midja soċjali u li wera gruppi kbar ta' nies jiġru, jgħajtu u joħolqu kaos fit-toroq residen- zjali. "Il-problema mhix ta' darba jew darbtejn. Din qed tiġri kważi kull lejl. Kull darba li jinġabru biex joħorġu jixorbu jew meta jirritornaw lura minn Paceville fis-sigħat bikrin ta' filgħodu, ikun hemm għajjat, ġiri, storbju u nuqqas ta' rispett lejn ir-residenti," qal wieħed minnhom. "Il-pulizija ma tlaħħaqx" Minkejja li ċempel lill- Pulizija diversi drabi matul dawn l-aħħar ġimgħat, ħafna drabi r-risposta kienet l-istess. "Qegħdin fuq rapport ieħor." Skontu, din hija indikazzjoni ċara li l-ammont ta' Pulizija disponibbli matul il-lejl għadu mhux biżżejjed biex ilaħħaq mal-ammont ta' rapporti li jidħlu, speċjalment fi tmiem il-ġimgħa meta ż-żona tkun mimlija nies. Ir-residenti qalu li ma jpoġġux il-ħtija fuq l-uffiċjali individwali, iżda jemmnu li l-problema hija waħda ta' riżor- si u ppjanar. Inċident ieħor ta' allegat vandaliżmu Bħallikieku l-istorbju waħdu ma kienx biżżejjed, fil-lejl ta' bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa tal- ġimgħa l-oħra seħħ ukoll alle- gat każ ieħor ta' vandaliżmu. Karozza pparkjata fi Triq il-Qantar instabet b'waħda mit-twieqi tagħha mkissra. Skont ir-residenti, il-vettura kienet ipparkjata eżatt quddiem binja li tintuża għal akkomo- dazzjoni ta' short lets, filwaqt li l-ħsara ġiet innutata mill-ġirien l-għada filgħodu. "Problema li tibqa' tirrepeti ruħha" Ir-residenti qalu li jifhmu li l-awtoritajiet wettqu diver- si interventi u jilqgħu b'mod pożittiv is-sistema l-ġdida tal-Pulizija li ġiet introdotta biex ittejjeb il-kordinazzjoni u l-preżenza fit-toroq. Madankollu, huma jsostnu li r-riżultati fuq il-post għadhom mhumiex qed jinħassu. Skonthom, il-fatt li ħaf- na mill-persuni li joqogħdu fl-akkomodazzjonijiet ta' short lets jinbidlu kull ftit jiem ifisser li kull darba li s-sitwazzjoni tid- her li qed titjieb, ftit wara jerġa' jibda kollox mill-ġdid. "Hija problema li terġa' tibda mill-bidu kull ġimgħa. Nies ġodda jiġu, oħrajn jitilqu, u l-istess imġiba tibqa' tirrepeti ruħha. Għalhekk ma tistax tin- dirizzaha biss b'reazzjoni wara kull inċident." Appell għal strateġija fit-tul Ir-residenti rreferew ukoll għal kummenti li saru fil-jiem li għaddew minn rappreżent- anti tal-Gvern li sostnew li kien hemm iljieli fejn ma ġewx irrappurtati inċidenti serji. Filwaqt li ammettew li kien hemm xi tnaqqis temporanju, huma jgħidu li dan ma jfissirx li l-problema ġiet solvuta. "Għax jekk ikollok lejl jew tnejn aktar kwieti ma jfissirx li l-problema spiċċat. Il-ġimgħa ta' wara terġa' tibda mill-ġdid." Huma qed jinsistu li dak li hemm bżonn mhuwiex biss rispons wara kull rapport, iżda pjan fit-tul li jindirizza l-għerq tal-problema. "Aktar Pulizija fit-toroq" Fost il-proposti li qed jagħm- lu r-residenti hemm żieda sini- fikanti fil-preżenza tal-Pulizija bejn is-6.00 p.m. u t-8.00 a.m., b'rondi kontinwi fit-toroq resi- denzjali tas-Swieqi. Qed jipproponu wkoll li jkun hemm preżenza permanenti ta' uffiċjali fiż-żona tat-tunnels li tgħaqqad Paceville mas-Swieqi, li huma jqisu bħala l-punt ew- lieni minn fejn jgħaddu l-folol lejn iż-żona residenzjali. Skonthom, dan jista' jservi bħala deterrent effettiv u jgħin biex il-problemi jiġu evitati qabel iseħħu, aktar milli jiġu indirizzati biss wara li jkunu saru rapporti. Ir-residenti jisħqu li jilqgħu kull riforma li qed issir fil-Korp tal-Pulizija u jifhmu li s-sis- tema l-ġdida teħtieġ iż-żmien biex tagħti l-frott tagħha. Madankollu, jgħidu li l-es- perjenza tagħhom ta' kuljum turi li s-sistema waħedha mhix biżżejjed jekk ma tkunx akkumpanjata minn biżżejjed riżorsi, aktar uffiċjali fit-toroq u strateġija preventiva fit-tul li tipproteġi lill-komunità resi- denzjali tas-Swieqi. 'Jeħtieġ strateġija fit-tul, mhux reazzjoni ' Minkejja s-sistema l-ġdida tal-Pulizija, ir-residenti tas-Swieqi jgħidu li l-problemi għadhom ta' kuljum Ir-residenti jilmentaw b'għajjat, ġiri, storbju u nuqqas ta' rispett lejhom Terms apply. €4.95 / month Stream, surf, chat. Endless Mobile Plans AI generated content

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 2 August 2026