MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 16 August 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546199

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 15

analiżi IL-ĦADD 16 T'AWWISSU 2026 • illum 06 IL-ĠURI TA' YORGEN FENECH JAELLE BORG Għal jumejn, il-live blog waqaf. Mhux għax issemmiet xi ras kbira. Mhux għax il-ġuri ta' Yorgen Fenech waqaf. Mhux għax ma kien qed jiġri xejn. Anzi. Għal jumejn konna qed insegwu lill-ġurija minn post għal ieħor mad- war Malta — f 'vann iswed organizzat mill-Qorti, niġru minn moll fil-Marsa għal fuq il-Bidnija, minn residenza fil-Mellieħa għal Portomaso, u l-għada nerġgħu nitilqu għal ranch, appartamenti, garaxxijiet u Kastilja. Imma ma stajniex ngħidulkom hekk. Il-Qorti kienet waqqfet ir-rappurtaġġ tal-proċeduri waqt li kienu qed isiru l-visti fuq il-post. Għal min kien qed isegwi l-live blog kuljum, għalhekk, il-ġuri seta' deher li sempliċement sparixxa għal jumejn. Fil-verità, konna f 'vann. Vann mimli ġurnalisti, notebooks, fliexken tal-ilma u ħafna sħana u ħafna stennija. Quddiemna kien hemm vannijiet oħra bil-persuni involuti fil-visti. Melvin eu- ma kien fost dawk li ttieħdu f 'diversi siti. Yorgen Fenech ukoll kien preżenti. U hekk bdew jumejn pjuttost surreali: tlajja', għelieqi, bankini, riħa ta' ħut, pulizija jordnawlna nersqu lura, ġirien fuq il-gal- lariji u ħafna ħin nippruvaw nimu, minn distanza, dak li l-ġurati kienu qed jaraw minn qrib. It-tinda tal-patata: Iż-żona fejn, skont Theuma, il-qtil beda jieħu forma L-ewwel waqfa hija t-tinda tal-patata fil-Marsa. Nibqgħu hemm għal madwar 45 minu- ta. Il-post għandu l-atmosfera tiegħu. Tinxtamm ir-riħa tal-ħut. Maġenb it-tin- da hemm dgħajjes tar-regatta. Hemm nies li jgħixu fl-inħawi, iżda partijiet miż-żona xorta għandhom dehra mitluqa, industrija- li, kważi maqtugħa mill-bqija. Ix-xemx għadha kemm bdiet toħroġ sew meta quddiem il-binja jinġabar grupp kbir: il-ġurati, avukati taż-żewġ naħat, uffiċjali tal-Qorti, pulizija u xhieda. Mal-prosekuzzjoni jkun hemm Melvin euma u Vince Muscat – "il-Koħħu". Mid-Difiża jkun hemm George Degiorgio. U hawn il-post jibda jagħmel sens. It-tinda tal-patata kienet il-bażi li min- nha kienu joperaw l-aħwa Alfred u George Degiorgio u Vince Muscat. euma xehed li meta Fenech allegatament qabbdu biex isib min joqtol lil Daphne Caruana Galizia, huwa mar għand Alfred Degiorgio hawnhekk. Fost affarijiet oħra, euma qal lill-ġurati li Fenech kien bagħtu lura fit-tin- da tal-patata b'messaġġ dwar kif kellha ssir il-bomba. Fenech jiċħad li kkummissjona l-qtil. Il-post isir ukoll wieħed mill-aktar siti importanti tal-investigazzjoni wara l-qtil. Fl-4 ta' Diċembru 2017, pulizija u mem- bri tal-Forzi Armati niżlu fuq il-Menqa f 'operazzjoni kbira li wasslet għall-arrest ta' Alfred Degiorgio, George Degiorgio u Vince Muscat. Tfittxijiet fil-baħar ta' maġenb it-tinda tal-patata wasslu wkoll għall-irkupru ta' mobile phones. Mela meta l-ġurati qed iduru mat-tinda tal-patata, mhumiex sempliċement qed jaraw maħżen antik. Qed jaraw wieħed mill-postijiet fejn, skont ix-xhieda tal-prosekuzzjoni, il-kun- tatt bejn il-middleman u l-eżekuturi sar konkret. Aħna, iżda, naraw ferm inqas. Il-ġurnal- isti jinżammu pjuttost 'il bogħod. F'mu- ment minnhom nippruvaw nersqu xi it aktar. Pulizija b'rifle jersaq lejna. "Ersqu lura." U nerġgħu lura. Minn fejn inkunu qed naraw il-grupp jinġabar, jinfired u jimxi minn naħa għal oħra, iżda it nisimgħu minn dak li jkun qed jiġi spjegat. Hija ironija li tibqa' magħna tul dal-jumejn: il-ġurija qed tinħareġ mill-aw- la biex tara l-evidenza aktar mill-qrib. Il-ġurnalisti qed iqattgħu ħafna mill-ħin jagħmlu eżattament l-oppost. Il-post minn fejn xi ħadd seta' jkun qed jistenna lil Daphne Fid-9:41 a.m. naslu fit-tieni sit. Il-pajsaġġ jinbidel għalkollox. Minflok bini industrijali hemm siġar, ħdura u għoli. Minn hawn wieħed jista' jara sewwa t-toroq ta' taħtu. Mal-prosekuzzjoni jkun hemm Melvin euma u Vince Muscat. Il-ġurati jinżlu it aktar 'l isfel u "l-Koħħu" jidher qiegħed jispjega xi ħaġa. Hawnhekk kelma li ilha snin tintuża fil-Qorti — vantage point — tieqaf tkun sempliċement kelma. Issir veduta. Matul l-investigazzjoni, persuna kienet qalet lill-Pulizija li kienet ilha tinnota karozza bajda żgħira fl-inħawi ta' Tat- Tarġa. Fil-jum tal-qtil il-karozza kienet hemm ukoll, iżda s-sewwieq ma kienx fiha. Ftit 'il bogħod, investigaturi sabu aċċess għal post minn fejn kien hemm veduta minn fuq lejn Bidnija. Wara l-qtil, il-karozza ma reġgħetx dehret. Għall-investigaturi dan kien importanti għal raġuni oħra: Daphne ma kellhiex ruti- na stretta. Il-pulizija għalhekk ikkunsidrat il-possibbiltà li xi ħadd kien qed josserva l-movimenti tagħha. Minn dan il-post instab ukoll loqma ta' sigarett li aktar tard ġie marbut permezz tad-DNA ma' Degiorgio. Meta tkun hemm, il-loġika tal-post tin- iehem ferm aktar malajr. Triq taħtek. Veduta fuq iż-żona. Post fejn wieħed seta' joqgħod mingħajr ma jkun proprju quddiem id-dar. Imma għal darb'oħra, aħna wisq 'il bogħod biex nisimgħu dak li qed jgħid Muscat lill-ġurati. Karozzi tal-pulizija jaqtgħulna parti sew mil-linja tal-vista. Waqt li nistennew lill-ġurati jerġgħu jidħlu fil-vann, jinstemgħu uffiċjali jikkomunikaw bejniethom fuq ir-radios tagħhom. Fl-10:09 a.m. nerġgħu nitilqu. Mid-dar ta' Daphne sal-għalqa Fl-10:11 a.m. naslu ħdejn id-dar ta' Daphne Caruana Galizia fil-Bidnija. Hawnhekk Vince Muscat ikun ix-xhud tal-prosekuzzjoni. Is-sħana issa bdiet tiżdied. Wieħed mill-ġurati jidher juża mrewħa. Il-grupp jibda nieżel fit-triq. Hemm id-dar. Hemm it-triq li qabdet Daphne meta ħarġet. Hemm il-post tal-isplużjoni. U hemm l-għalqa fejn spiċċat il-karozza. Daphne nqatlet fis-16 ta' Ottubru 2017, it wara li telqet mid-dar tagħha. Xhud li kien qed isuq lejn il-Bidnija qal lill-Qorti li ra xrar kbir fuq wara tal-karozza tagħha it qabel l-isplużjoni, li tefgħet il-vettura fl-għalqa. Binha Matthew, li kien id-dar magħha it qabel il-qtil, kien fost l-ewwel persuni fuq il-post wara li sema' l-isplużjoni. L-investigazzjoni sabet ukoll li l-apparat li serva bħala detonatur kien attiv fiż-żo- na tal-Bidnija minn madwar is-2:00 a.m. fil-jum tal-qtil, baqa' statiku għal sigħat u waqaf jittrasmetti wara li rċieva SMS it qabel l-isplużjoni. Din hija l-aktar waqfa li it għandha bżonn spjegazzjoni. U mbagħad ... it-telgħa Mill- Bidnija nitilqu lejn il-Mellieħa. Fil-11 a.m. naslu qrib ir-residenza ta' Keith Schembri. U nibdew nitilgħu. U nitilgħu. U nitilgħu aktar. It-telgħa hija wieqfa biżżejjed biex wara nofstanhar sħiħ niġru minn post għall- ieħor, l-għeja tal-ġurnalisti tibda dieħla ġmielha. Mit-tinda tal-patata għal Kastilja: Jintemm Mill-potato shed fil-Marsa sal-Bidnija, mill-Mellieħa sa Portomaso, u minn ranch f'Ħaż-Żebbuġ sa Kastilja, il-ġurati fil-ġuri ta' Yorgen Fenech qattgħu jumejn iżuru postijiet marbuta mal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u mal-investigazzjoni li segwiet. Il-ġurnalisti marru magħhom — ħafna drabi minn distanza u taħt restrizzjonijiet li għal jumejn żammew il-live blog sieket. Yorgen Fenech (l-ewwel mix-xellug) u George Degiorgio (it-tieni mil- lemin, bit-tshirt blue) fil-potato shed fil-Marsa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 16 August 2026