Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546199
Atturi oħra ta' età tenera tas- snin 40 kienu Deanna Durbin, minjiera ta' fortuna għall- kumpanija Universal Pictures u Judy Garland (e Wizard Of Oz [1939]) li saru iżjed famużi f 'partijiet adulti, sakemm diffikultajiet personali waslu fuqhom. Roddy McDowall ukoll sab xi fama bħala tifel sakemm 25 sena wara reġa' tfaċċa bħala attur f 'partijiet sekondarji. Attriċi oħra li spikkat bħala tifla u kienet tassew dominanti f 'Meet Me In St. Louis (1944) ta' sitt snin, kontra Judy Garland u Leon Ames, kienet Margaret O'Brien li reġgħet impressjonat f 'Little Women (1949), però ma setgħetx tkopri meta kibret. L-istess ġralha Peggy Ann Garner, verament tifla rimarkabbli li battiet fl-età adulta. It-teenagers Ann Blyth u Peggy Ryan issieħbu ma' Donald O'Con- nor f 'diversi films mużikali leġġeri. Elizabeth Taylor li baqgħet attriċi tajba, versatili u popolari sal-aħħar, bħala tifla tat partijiet sostanzjali fil-films tal-kelba brava Lassie, Lit- tle Women, National Velvet, Father Of e Bride u oħrajn. Atturi żgħażagħ ta' dan il-per- jodu kienu Ted Donaldson, Diana Lynn, Darryl Hickman u Sharyn Moffat, waqt li Skip- py (wara magħruf bħala Skip) Homeier ta parti qawwija ta' tfajjel Nażista f 'Tomorrow e World (1944). Fis-snin ta' wara l-gwerra, mir-Renju Unit kellna lil George Cole u Harry Fowler, b'aċċent cockney (ta' Londra), Jeremy Spencer b'attitudni ta' aristokratiku, Anthony Wager u Jean Simmons fi Great Expectations (1946) u partijiet verament memorabbli minn Bobby Henrey (li wara sar saċerdot) f 'e Fallen Idol (1948) u John Howard Davies f 'Oliver Twist (1948). Hollywood irrisponda bi Claude Jarman dejjem imħasseb, Bobby Watson sikwit bid-dmugħ f 'għajnejh, Bobby Driscoll, Tommy Rettig u Natalie Wood, aktar popo- lari f 'età adulta sakemm waslet it-traġedja finali. Fis-snin ħamsin impressjonaw Brigitte Fossey u Georges Poujo- uly f 'Le Jeux Interdits (Forbidden Games) (1952), Brandon De Wilde fil-Western klassiku Shane (1953) u Patty McCormack bħala tifla ħażina għal e Bad Seed (1956). Il-Brittanika Hayley Mills (it-tifla tal-bravu John Mills), f 'renju ta' sitt snin ibbrillat fil-veru sens tal-kel- ma f 'Tiger Bay (1959), Whistle Down e Wind u f 'Hollywood mal-kumpanija Disney f 'Pollyan- na, e Parent Trap, In Search Of e Castaways, eċċ. Irnexxielha tir- baħ l-Oscar qabel missierha. Attriċi Amerikana tajba daqsha kienet Patty Duke f 'e Miracle Worker (1962) fejn tat parti maġisterjali tal-veru tfajla Helen Keller, għamja, muta u truxa li verament kien jistħoqqilha l-unur Oscar. Wara dehret aktar fuq il-palk u t-televiż- joni. Disney kellhom lil Tommy Kirk u Annette Funicello, dejjem fi rwoli ta' tfal bravi u ubbidjenti. Minn Franza tfaċċa Jean Claude Leaud f 'e 400 Blows (1959), mir-Renju Unit Matthew Garber u Karen Dotrice li serqu l-qlub ta' kulħadd fl-eċċellenti Mary Poppins (1964). Mark Lester u Jack Wild fil-mużikal Oliver! (1968) u minn Hollywood Tatum O'Neal f 'Pa- per Moon (1973), Linda Blair li werwret lil kulħadd f 'e Exorcist (1973) u Ricky Schroder f 'e Champ (1979). Heather O'Rourke tifla bjondija grazzjuża niakruha l-aktar fit-triloġija tal-biża' Polter- geist 1, 2, 3 (1982, 1986 u 1988). Jaħasra, waqt operazzjoni waqfet qalbha u mietet ta' 12-il sena. Fil-bidu tas-snin 90, in-nepu- ti tal-attriċi Bonnie Bedelia, Macauley Culkin spikka f 'Home Alone (1990) li kien ir-raba' film tiegħu. Din kienet l-aktar kummiedja li għamlet suċċess u għas-sequel, Home Alone 2: Lost In New York (1992) dan it-tfajjel tħallas is-somma ta' 5 miljun dollari. Lukas Haas ħadem ta' tifel b'għajnejn kbar f 'Witness (1985) u f 'oħrajn. Elijah Wood ittrijonfa fis-saga kolossali e Lord Of e Rings u oħrajn. Aktar 'il quddi- em, Joel Haley Osment, b'wiċċ melankoliku, ġie nnominat f 'e Sixth Sense (1999) u Jamie Bell bħala t-tifel ta' minjier Brittan- iku li sar żeffien kontra r-rieda ta' missieru, tassew impressjona f 'Billy Elliott (2000). Ħafna minn dawn it-tfal sabu t-tranżizzjoni għall-partijiet adulti diffiċli u sparixxew. Waħda mill-it li rnexxielha tagħmel dan kienet Jodie Foster li bħala tifla dehret f 'Napoleon And Samantha (1972) mal-kumpanija Disney, f 'Bugsy Malone (1976) film tal-gangsters tfal jisparaw il-pasti u speċjalment bħala prostituta ta' 12-il sena fil-klassiku Taxi Driver (1976). Mhux talli wara saret ukoll attriċi ta' stoffa, imma anki bdiet tid- derieġi films b'temi soċjali. Fis-snin tal-millenju nsibu diversi atturi tfal ġo xogħlijiet ta' suċċess. Dakota Fanning iddomi- nat is-snin tal-bidu ta' din l-epoka bi produzzjonijiet bħal I Am Sam (2001) u kkomparat tajjeb ferm ma' Sean Penn, Man On Fire (2004) u War Of e Worlds (2005). Is-serje tassew imfittxija u wisq popolari ta' saħħar tfajjel Harry Potter laqqgħaena ma' Daniel Radcliffe, Emma Watson u Rupert Grint. Keira Knightley gawdiet għarfien internazzjonili f 'Bend It Like Beck- ham (2002) u Pirates Of e Carib- bean (2003) bħala teenager. Attriċi oħra li twieldet fl-1982 hi Anna Paquin li wara ż-żgħożija kompliet tidher fuq il-liżar ċinematografiku. L-atturi tfal dejjem ikomplu ġejjin. Diversi minnhom jidhru f 'xi film jew aktar u jintesew, oħrajn jimxu 'l quddiem fit-triq li qabdu. Xi it ta' dan l-aħħar huma omas (Brodie) Sangster, Freddie Highmore, Ed Oxenbould, u Noah Jupe. 14 films IL-ĦADD 16 T'AWWISSU 2026 • illum Carmel Bonnici Il-popolarità tal-atturi tfal - L-EWWEL PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 21˚Ċ L-INQAS: 14˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Nofsinhar il-Lbiċ forza 3 għal 4 lokalment forza 3 għal 4 li jdur min-Nofsinhar forza 3 għal 4 Viżibilità Tajba L-OGĦLA: 21˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 li jsir mill-Punent forza 3 Viżibilità Tajba Baħar Ħafif għal moderat li jsir ħafif Imbatt Baxx mil-Lvant SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Deanna Durbin Judy Garland

