MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 30 August 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546366

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 15

opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 30 T'AWWISSU 2026 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Jitħabbru l-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) ħabbar il-finalisti tal- Premju Nazzjonali tal-Ktieb u tal-Premju Nazzjonali tal- Ktieb għat-Tfal u ż-Żgħażagħ, għall-kotba ppubblikati fl-2025. Il-Premju – li l-ewwel edizzjoni tiegħu kienet fl-1971 – huwa l-ogħla ġieħ letterarju mogħti lil awturi, edituri, tradutturi, pubblikaturi u illustraturi għal kotba ppubblikati f 'Malta. Ir-rebbieħa ta' kull kategorija se jitħabbru waqt ċerimonja speċjali fil-25 ta' Settembru. Il-kotba rebbieħa se jingħataw promozzjoni fuq diversi mezzi, kif ukoll jiġu esebiti waqt il-Fes- tival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 li se jsir bejn l-4 u t-8 ta' Novemb- ru fl-MFCC, Ta' Qali. Is-47 finalist tal-Premju Naz- zjonali tal-Ktieb 2026 intgħażlu unanimament minn bord ta' aġġudikazzjoni indipendenti skont damma ta' kriterji stabbil- iti. Hemm 32 ktieb finalist f 'sitt kategoriji ta' kotba għall-adulti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, u 15-il ktieb finalist fil-kate- goriji tal-Premju Nazzjonali tal- Ktieb għat-Tfal u ż-Żgħażagħ. Bejn dawn il-finalisti hemm 14-il pubblikatur u erba' kittieba awtoppubblikati, 49 awtur, traduttur, editur u illustratur differenti. Seba' illustraturi kkontribwew bl-illustrazzjoni- jiet tagħhom fil-kotba finalisti fil-kategoriji ta' kotba għat-tfal u ż-żgħażagħ. Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fih tmien kategoriji għall-adulti, li huma r-Rumanzi, in-Novelli, il-Poeżija, id-Drama, il-Letter- atura mhux Fittizja, il-Proża Fittizja Tradotta, ir-Riċerka, u r-Riċerka Storjografika, u seba' kategoriji għal kotba tat-tfal u ż-żgħażagħ li jinkludu Kotba tal-Istampi għat-Tfal (etajiet 0-7), Kotba għat-Tfal (etajiet 8-12), Letteratura Sportiva għat-Tfal u ż-Żgħażagħ (eta- jiet 8-16), Letteratura għaż- Żgħażagħ, Kotba tal-Istampi Tradotti għat-Tfal (etajiet 0-7), Kotba Tradotti għat-Tfal (eta- jiet 8-12), u Letteratura għaż- Żgħażagħ tradotta. Dis-sena ma kien hemm l-ebda sottomissjoni għall-kategoriji l-oħra tal-Let- teratura għaż-Żgħażagħ Tradot- ta u l-Letteratura Sportiva għat- Tfal u ż-Żgħażagħ (etajiet 8-16), kategorija ġdida li ddaħħlet dis-sena f 'kollaborazzjoni ma' Sport Malta. B'differenza mis-snin ta' qa- bel, il-kategoriji kollha li rċivew sottomissjonijiet huma inklużi mal-finalisti. Il-proċess tal-aġġudikazzjoni dis-sena beda fl-24 ta' Frar 2026 bl-iċċekkjar u l-klassifikazzjoni tal-kotba kollha sottomessi sa tmiem il-perjodu tas-sottomiss- jonijiet fl-20 ta' Frar. Meta ntem- met din l-ewwel fażi ta' aġġudi- kazzjoni, total ta' 163 ktieb eliġibbli ġew ikkonfermati li kienu qegħdin jikkompetu f 'din l-edizzjoni tal-Premju Nazzjon- ali tal-Ktieb. Il-lista ġiet ippub- blikata fit-30 ta' Marzu 2026. L-aġġudikanti esprimew en- tużjażmu dwar il-kwalità għolja fost is-sottomissjonijiet, b'mod speċjali fil-kategoriji tal-Poeżiji u n-Novelli, billi fil-kategorija tal-Poeżiji kien hemm eżempji tajbin ħafna ta' esperimentazz- joni bl-istruttura u l-forma, filwaqt li fil-kategorija tan-No- velli, kien hemm sottomissjoni- jiet ta' standard għoli permezz ta' vuċijiet distinti u oriġinali. B'mod simili, fil-kategoriji tar-Riċerka u tal-Letteratura Mhux Fittizja kien hemm xog- ħlijiet varji ta' perspettivi friski, li wħud minnhom kellhom ukoll livell għoli ta' produzzjoni viżiva, filwaqt li ġie spjegat li x-xogħliji- et finalisti fil-kategoriji tal-Proża Fittizja u tat-Traduzzjoni kell- hom livell tajjeb ta' ambizzjoni letterarja, u kienu ta' sinifikat kulturali u letterarju ċar fil-ling- wa Maltija. Madankollu, filwaqt li l-kate- gorija tar-Rumanzi kellha xog- ħlijiet b'saħħithom li sabu post- hom mal-finalisti, maġġoranza inkwetanti ta' xogħlijiet sot- tomessi inkludew karattri neqsin minn profondità psikoloġika u motivazzjonijiet ċari għall-aġir tagħhom ("l-avvenimenti jiġru sempliċement biex jiġru, l-affari- jiet jintqalu sempliċement biex jintqalu"), filwaqt li xi xogħlijiet miktubin bl-Ingliż ma kellhomx ħakma idjomatika u naturali tal-lingwa. Dan il-kumment intqal ukoll dwar xi sottomiss- jonijiet bl-Ingliż fil-kategoriji tan-Novelli u l-Poeżija. L-aġġudikanti għamlu wkoll aċċenn għall-użu tal-IA f 'wieħed mit-testi fil-kategorija tar-Ru- manzi, kif ukoll f 'kotba sot- tomessi fil-kategorija ta' 0-7 snin għall-Premju għall-Kotba għat- Tfal u ż-Żgħażagħ. Dan irriżulta f 'xogħlijiet ripetittivi u ġeneriċi żżejjed. Abbażi ta' feedback simili mill-aġġudikazzjoni fl-edizz- jonijiet preċedenti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, kif ukoll imwieżen mill-involviment kontinwu tiegħu mal-imsieħ- ba, il-KNK se jkompli għaddej bl-isforzi tiegħu sabiex isaħħaħ is-settur letterarju Malti per- mezz ta' għadd ta' inizjattivi, kif iddikjarat ukoll fil-Viżjoni Strateġika għal Ħames Snin għall-2025-2030. Din is-sena stess, il-Kunsill offra korsijiet prestiġjużi online bla ħlas dwar l-editjar letterarju u dwar il-kitba tar-rumanzi, li mill-ewwel ġibdu ħafna interess mingħand edituri u kittieba lokali. Sal-2027, il-KNK għandu l-in- tenzjoni li jifformalizza bis-sħiħ il-pożizzjoni tiegħu fuq l-użu tal-IA, li se tapplika għall-in- izjattivi u l-konkorsi kollha li jorganizza. Il-maġġoranza sħiħa tal-kotba finalisti fil-Premju Nazzjonali tal-Ktieb huma disponibbli fil-ħwienet tal-kotba lokali u online, u se jkunu disponibbli fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 (4-8 ta' Novembru) li se jsir fiċ-Ċentru għall-Fieri u l-Konvenzjonijiet (MFCC), Ta' Qali. Għal aktar tagħrif dwar il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 u l-inizjattivi kollha tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, segwina fuq Facebook jew żur www.ktieb.org.mt

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 30 August 2026