MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 30 August 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546366

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 15

"Ir-riċerkaturi, l-innovaturi u l-komunikaturi tax-xjenza ta' għada huma ż-żgħażagħ kurjużi tal-lum" Senior Director, Esplora MARY ANN CAUCHI 10 aħbarijiet IL-ĦADD 30 T'AWWISSU 2026 • illum opinjoni E splora nieda l-Young Re- searchers' Grant, inizjat- tiva ġdida maħsuba biex tagħti liż-żgħażagħ op- portunità konkreta biex jesploraw id-dinja tar-riċerka xjentifika, jiżviluppaw l-ideat tagħhom u jesperjenzaw mill-qrib il-proċess li jwassal minn mistoqsija għal inves- tigazzjoni, u minn investigazzjoni għal skoperta. Din l-inizjattiva tirrifletti l-missjoni ta' Esplora li jrawwem il- kurżità, iħeġġeġ l-iskoperta u jagħti s-setgħa lil persuni ta' kull età biex jinvolvu ruħhom fix-xjenza. Fl-ist- ess waqt, il-Grant tirrappreżenta pass konkret fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija Esplora 2030, li permezz tagħha Esplora qed iħares lil hinn mir-rwol tradizzjonali ta' ċentru interattiv tax-xjenza biex ikompli jiżviluppa bħala pjatta- forma nazzjonali għall-involviment fi STEAM – Science, Technology, Engineering, Arts and Mathemat- ics. Wieħed mill-għanijiet ewlenin ta' din il-viżjoni huwa li jinħolqu aktar opportunitajiet biex iż- żgħażagħ ma jkunux biss spettaturi jew riċevituri ta' informazzjoni xjentifika, iżda jsiru parteċipanti attivi fil-proċess tal-iskoperta. Ir-riċerka tindika li, hekk kif it-tfal jidħlu fl-adolexxenza, l-interess u l-involviment tagħhom fix-xjenza jistgħu jonqsu – sfida li jaffaċċjaw ċentri tax-xjenza u istituzzjonijiet edukattivi madwar id-dinja. Madankollu, l-esperjenza turi li meta ż-żgħażagħ jingħataw il-lib- ertà biex jesploraw, ir-responsab- biltà fuq il-proġetti tagħhom u l-fi- duċja biex ifittxu t-tweġibiet huma stess, l-involviment tagħhom isir aktar b'saħħtu u sinifikanti. Esplora diġà ra l-benefiċċji ta' dan l-ap- proċċ permezz ta' inizjattivi bħal STEAM Engagement Community Fund u CanSat, fejn iż-żgħażagħ kellhom l-opportunità jitgħallmu permezz tal-parteċipazzjoni diretta. Huwa fuq dan il-prinċipju li huwa mibni l-Young Researchers' Grant. Dan mhuwiex sempliċe- ment fond għal attività edukattiva, iżda opportunità biex iż-żgħażagħ jgħaddu minn esperjenza awtenti- ka ta' riċerka xjentifika. Il-parteċi- panti se jagħżlu mistoqsija li jixtiequ jinvestigaw, jifformulaw ipoteżi, jiġbru u janalizzaw l-evi- denza, jaslu għall-konklużjonijiet tagħhom u jaqsmu dak li jkunu skoprew. B'hekk, ma jkunux biss qed jitgħallmu dwar ix-xjenza, iżda jkunu qed jagħmlu x-xjenza huma stess. Il-Grant huwa miuħ għal żgħażagħ ta' bejn it-13 u l-21 sena, li jistgħu japplikaw individwalment jew f 'tim ta' mhux aktar minn tliet persuni. Kull proġett jista' jibbenefika minn finanzjament sa €700, filwaqt li sa €1,000 huma allokati għall-mentor jew ir-riċer- katur li jakkumpanja u jiggwida lill-parteċipanti tul il-proċess. Dan il-fond huwa miuħ għaċ-ċittadini Maltin, u dawk li għandhom residenza Maltija. Il-proġetti huma miuħa fuq żewġ kategoriji: L-Esploraturi Nebbieta: bejn 13 u 17-il-sena, u; L-Esploraturi Blanzuni: bejn 18 u 21 sena. Proġetti jistgħu jkopru suġġetti bħall-baħar, l-ispazju, it-teknoloġi- ja, is-saħħa u l-ambjent fost oħrajn. Il-proġetti jieħdu sena biex ikunu finalizzati. Il-mentoring huwa element ċentrali tal-inizjattiva. Ir-riċerkaturi żgħażagħ, Esploraturi Nebbieta jew Blanzuni, skont il-kategorija tal-età tagħhom se jkollhom mentor li jiggwidahom, jaqsam magħhom l-għarfien u l-esperjenza tiegħu, u jurihom fil-prattika xi tfisser karriera fir-riċerka. Dan il-kuntatt dirett ma' professjonisti jista' jgħin liż-żgħażagħ jimu aħjar il-possib- biltajiet li joffru karrieri fix-xjenza, ir-riċerka, it-teknoloġija u l-inno- vazzjoni. Fl-istess waqt, il-programm joħloq opportunità għar-riċerka- turi u l-professjonisti biex jagħtu kontribut dirett lill-ġenerazzjoni li jmiss. Permezz tal-għarfien, l-espe- rjenza u l-gwida tagħhom, il-men- tors jistgħu jispiraw liż-żgħażagħ, jgħinuhom jiżviluppaw il-potenzjal tagħhom u jressquhom aktar qrib id-dinja tar-riċerka. Il-vjaġġ mhux se jieqaf mat-tlestija tal-proġett. Fi tmiem il-programm, il-parteċipanti se jippreżentaw ir-riżultati tagħhom waqt avveniment imfassal fuq il-format ta' konferenza xjentifika. Din l-esperjenza se tagħtihom l-opportunità jikkomunikaw ir-riċerka tagħhom, jippreżentaw u jiddefendu l-ideat u l-konklużjoni- jiet tagħhom, jisimgħu lil parteċi- panti oħra u jaqsmu l-għarfien miksub. B'dan il-mod, iż-żgħażagħ se jiżviluppaw ħiliet li jmorru lil hinn mill-proġett innifsu, fosthom il-ħsieb kritiku, ir-riċerka, il-ko- munikazzjoni, il-kollaborazzjoni u s-soluzzjoni tal-problemi. Dawn huma kompetenzi essenzjali għal dinja dejjem aktar immexxija mix-xjenza, it-teknoloġija u l-inno- vazzjoni. Il-Young Researchers' Grant mhuwiex inizjattiva iżolata. Huwa parti minn ħidma usa' ta' Esplora u Xjenza Malta biex jissaħħu r-rabtiet bejn ir-riċerka, l-edukazzjoni, l-industrija u l-komunitajiet. Din il-ħidma tinkludi inizjattivi bħall- iSTEAM Engagement Community Fund, in-National STEAM Engage- ment Taskforce u diversi program- mi ta' finanzjament għar-riċerka ta' Xjenza Malta. Esplora jinsab f 'pożizzjoni unika biex jiffaċilita dawn ir-rabtiet. Kull sena jiltaqa' ma' eluf ta' tfal, żgħażagħ u familji u għandu relazz- jonijiet b'saħħithom ma' skejjel, edukaturi, riċerkaturi u komunita- jiet. Fuq kollox, joffri spazju fejn il- kurżità mhijiex biss milqugħa, iżda mħeġġa biex tiżviluppa f 'esplorazz- joni, investigazzjoni u skoperta. Permezz tal-Young Research- ers' Grant, Esplora jrid jieħu din il-kurżità pass ieħor 'il quddiem. L-għan huwa li ż-żgħażagħ ma jistaqsux biss "Għaliex?", iżda jitħeġġu jistaqsu wkoll "Kif nista' nsib it-tweġiba?" Ir-riċerkaturi, l-innovaturi u l-komunikaturi tax-xjenza ta' għa- da huma ż-żgħażagħ kurjużi tal- lum. Meta nagħtuhom l-opportu- nità, l-għodod, il-gwida u l-fiduċja biex jesploraw l-ideat tagħhom, inkunu qed ninvestu fl-iżvilupp tagħhom u fil-futur xjentifiku u innovattiv ta' Malta. Dan huwa l-impenn li jinsab fil-qalba tal-viżjoni ta' Esplora: "Inspiring curious minds to shape our future". Għal aktar tagħrif dwar l-ap- plikazzjoni, wieħed jista' jsegwi sessjoni online li se ssir fit-2 ta' Settembru fil-17:00: https://esplora.org.mt/young-re- searchers-grant/ L-applikazzjoni tagħlaq fil-21 ta' Ottubru filwaqt li r-riżultati jitħab- bru fil-21 ta' Novembru 2026. Esplora jniedi l-Young Researchers' Grant: Ninvestu fir-riċerkaturi ta' għada Il-Ministru għall-Ġustizzja u l-Innovazzjoni Clifton Grima fit-tnehdija tal-Young Researchers' Grant

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 30 August 2026