Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546490
13 arti u kultura IL-ĦADD 6 TA' SETTEMBRU 2026 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti L-istorja f 'dawl differenti fir-Rabat u l-Imdina Museums by Candlelight jirritorna fir- Rabat u l-Imdina nhar is-Sibt, 19 ta' Settembru, bl-aħħar edizzjoni tiegħu għal din is-sena, fejn il-pubbliku huwa mistieden jesperjenza tliet siti storiċi f 'atmosfera maġika wara li jaqa' d-dlam. Mis-7:00 p.m. 'il quddiem, bl-aħħar dħul f 'nofsillejl, il-viżitaturi se jkunu jistgħu jesploraw id-Domvs Romana, il-Katakombi ta' San Pawl, u l-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali għal €3 biss. Imdawla bit-tnemnim ta' eluf ta' xemgħat, it-tliet siti se joffru esperjenza iktar intima u immersiva, akkumpanjata minn mużika live. Fid-Domvs Romana, il-viżitaturi jistgħu jiskopru kif kienet tgħix familja aristokratika Rumana kważi 2,000 sena ilu. Għalkemm fadal biss it mid-dar oriġinali, il-mużajk mill-isbaħ — inkluż dak famuż li juri żewġ ħamimiet jixorbu fiċ-ċentru tal-peristilju — u l-artefatti mirquma tagħha juru biċ-ċar l-istil ta' ħajja lussuż ta' dawk li għexu fiha. Dawn it-teżori jinsabu għall-wiri fl-ewwel mużew arkeoloġiku f 'Malta mibni appos- ta għal dan il-għan, li fetaħ fl-1882 u li jintgħaraf faċilment mill-portiku bil-kol- onni mad-daħla tiegħu. L-arpista Laetitia u l-vjolinista Stephen Scerri se jkomplu jżewqu l-atmosfera bil-mużika tagħhom, mit-8:00 p.m. sal-11:00 p.m. Fil-Katakombi ta' San Pawl, mixja qasira biss 'il bogħod, il-viżitaturi jistgħu jinżlu fis-saltna sotterranja ta' Pluto. Dawn il-katakombi, fuq xifer il-belt qadima ta' Melite, huma l-akbar kumpless ta' ċimiterji Rumani taħt l-art f 'Malta u joffru evidenza eċċezzjonali tal-prattiki tad-dfin u r-riti reliġjużi matul il-per- jodu Puniku, il-perjodu Ruman, u dak Biżantin. Minħabba l-valur kulturali wiesa' tiegħu, dan is-sit it ilu sar l-ewwel wieħed f 'Malta li rċieva l-unur prestiġjuż taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew. Il-grupp lokali Skald se jkun qed janima dawn l-ispazji uniċi mit-8:00 p.m. sal- 11:00 p.m. Fil-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Natu- rali, fil-ġmiel tal-Palazz Vilhena fl-Imdi- na, il-viżitaturi se jiltaqgħu ma' esebiti li jkopru miljuni ta' snin ta' storja naturali. Fost l-oħrajn, se jkunu jistgħu jaraw kuk- kudrill tan-Nil mummifikat, ras ta' kuk- kudrill fossilizzata li nstabet f 'Għawdex u sinna ta' kelb il-baħar abjad ġgant li llum għeb għalkollox. Kathy il-Vjolinista se tkompli ssebbaħ l-esperjenza tal-viżitaturi bid-daqq tagħha matul is-serata kollha. Fl-istess lejla se jkun qed jittella' wkoll Rabat Sacrum, organizzat mill-Kunsill Lokali tar-Rabat mis-6:00 p.m. 'il quddi- em, u b'hekk se jkun hemm aktar postijiet ta' interess miuħa għall-esplorazzjoni tal-pubbliku. Dawk li se jattendu huma mħeġġa jilbsu ħwejjeġ u żraben komdi, peress li l-avveniment jinvolvi mixi bejn u fis-siti.

