MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 6 September 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546490

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

www.illum.com.mt NRU 1028 €1.50 IL-ĦADD 6 TA' SETTEMBRU 2026 PAĠNA 4 Il-paga minima fl-Ewropa: Malta għadha 'l bogħod mill-ogħla livelli IKOMPLI F'PAĠNA 3 ARA PAĠNI 5 - 8 EDITORJAL PAĠNA 11 INKWIET! ABELA INKWETAT WARA L-VERDETT FIL-ĠURI TA' YORGEN FENECH Il-kritika interna fil-Gvern hija waħda qawwija: il-prosekuzzjoni tħalliet tgħaffeġ waħidha il-ġuri ta' Yorgen Fenech - kienet dgħajfa u nieqsa minn direzzjoni ċara. Ministri li tkellmu mal-gazzetta ILLUM bil-kundizzjoni tal-anonimità qalu li l-problema ma kinitx biss ir-riżultat — li rat lil Fenech jinħeles minn kull akkuża ta' involviment fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u ta' kompliċità kriminali — iżda l-mod kif il-każ ġie ppreżentat lill-ġuri- ja. L-evidenza kienet ħafna, iżda dehret ippreżentata f 'biċċiet, mingħajr narrattiva waħda ċara li tgħaqqad kollox u tispjega b'mod konvinċenti kif l-evidenza kienet twassal għall-ħtija ta' Fenech. Minflok każ wieħed b'linja ċara, il-ġurija ġiet esposta għal bosta biċċiet ta' evidenza u xhieda, iżda mhux dejjem kien ċar kif dawn kienu jorbtu flimkien. Il-kuntrast mad-difiża kien evidenti. Iż- żewġ prosekuturi dehru inqas kariżmatiċi u inqas kapaċi jikkontrollaw in-narrat- tiva quddiem il-ġurija meta mqabbla mal-avukati tad-difiża. Skond sorsi, Robert Abela (xellug) kien ixxukkjat meta l-ġurati sabu lil Yorgen Fenech (fiċ-ċirku) mhux ħati minn kull akkuża

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 6 September 2026