Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546490
02 aħbarijiet IL-ĦADD 6 TA' SETTEMBRU 2026 • illum Is-Swieqi kontra l-boom tax-short-lets: Il-Kunsill Lokali jitlob li l-ippjanar isir parti mid-diskussjoni Fis-Swieqi qed tikber dejjem aktar il-konvinzjoni li l-problema tax-short-let accommodation m'għadhiex sempliċement kwist- joni ta' turisti li jagħmlu l-istor- bju, boroż taż-żibel li jitħallew fuq il-bankina jew każijiet iżolati ta' vandaliżmu. Għall-Kunsill Lokali tas-Swieqi, taħt it-tmexxija tas-Sindku Noel Muscat, il-kwist- joni saret waħda ta' ppjanar, infrastruttura, kontroll u l-futur tal-komunità residenzjali. Muscat ilu għal snin iwissi li l-lokalità qed tinbidel b'pass li ma jistax jibqa' jiġi injorat. Il-problema, jgħid, mhijiex it-turiżmu nnifsu u lanqas il-kunċett tax-short-let. Il-problema hija meta appartamen- ti f 'żona primarjament residenz- jali jibdew joperaw effettivament bħala negozji turistiċi mingħajr ma l-impatt kummerċjali tagħhom ma jkun ikkunsidrat bl-istess mod bħal dak ta' lukanda, guesthouse jew stabbiliment ieħor. Din hija r-raġuni ewlenija wara l-insistenza tal-Kunsill li x-short- lets għandhom jaqgħu wkoll taħt il-kompetenza u l-iskrutinju tal-Awtorità tal-Ippjanar (PA). Taħt is-sistema attwali, il-liċen- zjar ta' akkomodazzjoni turistika jaqa' primarjament taħt l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA). Ir-regolamenti l-ġodda tal-2026 saħħew sostanzjalment il-kontrolli: operatur irid ikollu awtorizzazzjoni qabel jibda jopera, irid jipprovdi informazzjoni dwar il-proprjetà u l-operatur, pjan għall-immaniġġjar tal-iskart, assigurazzjoni u persuna nominata disponibbli 24 siegħa kuljum għall-ilmenti. Iżda għal Muscat, dan għadu ma jindirizzax il-qalba tal-problema. Il-liċenzja tal-MTA hija liċen- zja turistika, filwaqt li l-PA hija l-awtorità li tikkontrolla l-użu u l-iżvilupp tal-art. Għaldaqstant, il-mistoqsija hija: jekk appartament li kien maħsub bħala residenza jibda jintuża kontinwament biex jakkomoda turisti, b'persuni ġodda jidħlu u joħorġu kull it jiem, dan għandu jitqies biss bħala użu res- idenzjali jew għandu jkun hemm skrutinju tal-użu kummerċjali tiegħu? Hawnhekk tinsab il-qalba tal-ar- gument tal-Kunsill. Muscat argumenta li x-short-lets qed joħolqu lakuna fil-politika tal-ippjanar. F'lukanda jew guest- house hemm proċess ta' ppjanar u hemm kunsiderazzjoni tal-impatt tal-iżvilupp u tal-użu. Fil-każ ta' appartamenti li jintużaw għal short-lets, dan il-proċess mhuwiex dejjem jirrifletti l-fatt li l-proprjetà qed isservi suq turistiku. Is-Swieqi qed iħallas il-prezz Għal lokalità bħas-Swieqi, dan għandu konsegwenzi partikolari. Il-lokalità hija qrib Paceville u San Ġiljan, iżda fil-biċċa l-kbira tagħha għandha karattru residen- zjali. Din il-prossimità tagħmilha attraenti ħafna għal żgħażagħ li jkunu ġew Malta għall-ħajja ta' billejl u li jippreferu joqogħdu f 'appartament milli f 'lukanda. U hawnhekk jibda l-kunflitt. Dak li għal turist jista' jkun ap- partament konvenjenti it minuti 'l bogħod miż-żona tad-divertiment, għal resident jista' jfisser ġirien ġodda kull it jiem, storbju billejl, parties, vandaliżmu, u problemi bl-iskart. Muscat saħaq li l-problema tal- iskart hija partikolarment evidenti. Minħabba l-fatt li t-tindif tal-ap- partamenti jsir kontinwament, il-boroż tal-iskart jistgħu jispiċċaw barra fuq il-bankini, mingħajr ma jkun hemm spazju adegwat fil-bini biex jinħażen l-iskart qabel il-ġbir. Huwa saħansitra argumenta li l-bi- ni ta' appartamenti ma jistax jibqa' jiġi approvat mingħajr ma jkun hemm kunsiderazzjoni serja ta' fejn se jinħażen u jinġabar l-iskart. Iżda l-iskart huwa biss parti mill-istampa. Il-Kunsill qed jindika wkoll pressjoni fuq toroq, parkeġġi, bankini, infrastruttura u servizzi pubbliċi, filwaqt li l-popolazzjoni temporanja tista' tkun ferm akbar minn dik li tidher fir-reġistri uffiċ- jali tar-residenti. F'każ wieħed indikat minn Muscat, żvilupp wieħed biss kien jinkludi 110 appartamenti u 583 sodda maħsuba għax-short-let market. Huwa wissa wkoll li żieda oħra ta' mijiet ta' sodod kienet mistennija. Għaliex il-PA hija kruċjali Il-proposta tal-Kunsill mhijiex sempliċement li jiżdiedu aktar multi. Dak li qed jitlob huwa li qabel ma jiġi approvat żvilupp jew qabel ma proprjetà tibda tintuża fuq skala kummerċjali għax-short- let, ikun hemm stima tal-impatt tagħha fuq il-lokalità. Dan ikun ifisser li jiġu kkun- sidrati l-karattru taż-żona, il-kapaċità tat-toroq u l-parkeġġ, l-iskart, l-infrastruttura, il-pressjoni fuq is-servizzi u, fuq kollox, kemm nies tista' tilqa' lokalità mingħajr ma l-kwalità tal-ħajja tar-residenti tibda tbati. Għal din ir-raġuni Muscat ilu jinsisti wkoll fuq carrying-capac- ity study għas-Swieqi. Il-Kunsill talab studju bħal dan diversi drabi, sabiex ikun hemm bażi xjentifika għal kemm żvilupp u kemm popo- lazzjoni temporanja tista' tiflaħ il-lokalità. Il-pressjoni qed tikber Fl-2026, il-kwistjoni intensi- fikat. Il-Gvern ħabbar pakkett ta' miżuri ġodda għal żoni turistiċi, inkluż aktar sorveljanza, commu- nity policing, noise monitoring u regolamenti aktar stretti għax- short-lets. F'Lulju, l-awtoritajiet wettqu wkoll azzjonijiet konkreti fis-Swie- qi. L-MTA ordnat l-għeluq immed- jat ta' blokk ta' appartamenti wara li sabet diversi unitajiet joperaw bi ksur tal-kundizzjonijiet tal-liċenzja. Għall-Kunsill, dawn l-azzjonijiet huma importanti, iżda juru wkoll kemm hemm bżonn ta' sistema aktar koordinata. Muscat saħansitra kiteb lill-Prim Ministru Robert Abela wara filmat li allegatament wera turisti jagħmlu storbju fuq il-bjut u jitfgħu oġġetti lejn it-triq. Huwa talab leġiżlazzjoni u infurzar "determinat u effettiv". Fl-aħħar mill-aħħar, id-dibattitu tas-Swieqi huwa ħafna akbar minn kwistjoni ta' turisti li jġibu ruħhom ħażin. Huwa dibattitu dwar x'tip ta' lokalità rridu. Jekk żona residenzjali tista' gradwalment tinbidel f 'żona ta' akkomodazzjoni turistika min- għajr ma l-ippjanar jirrifletti din il-bidla, allura r-resident jista' jsib ruħu jgħix f 'ambjent li ma kienx dak li għalih investa f 'daru. Għalhekk, il-messaġġ ta' Mus- cat huwa ċar: mhuwiex kontra t-turiżmu, iżda kontra turiżmu li jitħalla jikber mingħajr ma jkun hemm limitu, ippjanar u re- sponsabbiltà. U jekk ix-short-let huwa ne- gozju, kif jinsisti l-Kunsill, allura l-mistoqsija li titqajjem hija waħda sempliċi: għaliex m'għandux ikun ippjanat u regolat bħala negozju? B'hekk is-Swieqi tibqa' lokalità li fiha jgħixu n-nies, u mhux sem- pliċement post fejn jorqdu eluf ta' viżitaturi għal it iljieli. Noel Muscat, is-Sindku tas-Swieqi (fiċ-ċirku), ilu snin twal jinsisti li l-problema tal-iskart fil-lokalita' hija prova waħda ta' kemm is-Swieqi qed tinbidel b'pass li ma jistax jibqa' jiġi injorat

