Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546490
opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 6 TA' SETTEMBRU 2026 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Il-Banda Sant'Elena tiċċelebra l-10 safra internazzjonali tagħha f 'Sardinja Il-Banda Sant'Elena ta' Birkirkara se tkun qed timmarka l-10 safra internazzjonali tagħha f 'Settembru bi żjara f 'Quartu Sant'Elena, f 'Sardinja, fejn se tingħaqad mal-komunità lokali fiċ-ċelebrazzjonijiet tal- festa ta' Sant'Elena, il-patruna taż-żewġ komunitajiet. Bejn l-10 u l-15 ta' Settem- bru, aktar minn 180 persuna minn Malta, fosthom mużiċisti, membri tal-Għaqda, familji u sostenituri tal-Banda, se jiv- vjaġġaw lejn Sardinja għal dik li mistennija tkun ċelebrazzjoni memorabbli ta' fidi, mużika u tradizzjoni. Matul iż-żjara tagħha, il-Ban- da Sant'Elena se tagħti erba' servizzi mużikali, bi programm varjat ta' mużika vokali u strumentali, flimkien mal- marċi tradizzjonali ferrieħa li se jagħtu ħajja lit-toroq ta' Quartu Sant'Elena matul il-festi. Partikolarment sinifikanti se tkun iċ-ċelebrazzjoni ta' quddiesa bil-Malti bis-sehem tal-istess Banda Sant'Elena, organizzata apposta għall-kon- tinġent Malti. Din se tkun okkażjoni ta' talb u għaqda, filwaqt li tkompli ssaħħaħ ir-rabtiet ta' ħbiberija bejn iż- żewġ komunitajiet. Il-qofol tal-parteċipazzjoni tal-Banda se jkun bla dub- ju s-servizz mużikali waqt il-purċissjoni solenni bl-istatwa ta' Sant'Elena. Dan se jkun mu- ment prestiġjuż li fih it-tradizz- jonijiet reliġjużi u mużikali taż- żewġ komunitajiet se jingħaqdu f 'ċelebrazzjoni waħda ddedikata lill-patruna komuni tagħhom. Din iż-żjara tifforma par- ti mill-impenn tal-Banda Sant'Elena biex tkompli xxerred il-wirt mużikali Malti, it-tradiz- zjonijiet tal-festa u l-identità kulturali Maltija lil hinn minn xtut pajjiżna. Din l-10 safra se tkun għal- hekk ferm aktar minn vjaġġ mużikali: se jkun espressjoni ta' fidi, ħbiberija u rabta kulturali bejn Malta u Sardinja, magħqu- din flimkien mid-devozzjoni lejn Sant'Elena.

