Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546637
aħbarijiet IL-ĦADD 20 TA' SETTEMBRU 2026 • illum 06 Iridu jitħallsu lura €285,000 f 'donazzjonijiet mogħtija minn anzjana fis-snin ta' qabel ġiet interdettata JIRRITORNA MINN OTTUBRU MA' SAVIOUR BALZAN MILL-ĦAMIS 1 T'OTTUBRU 2026 FL-10.15PM FUQ TVM HAELY XUEREB Il-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili ordnat ir-rifużjoni ta' €285,000 f 'donazzjonijiet li anzjana kienet għamlet lil Moviment Ġesù fil-Proxxmu u lill-missju- narju Emanuel Barbara, illum mejjet, wara li ddeċidiet li dawn id-donazzjonijiet kellhom isiru permezz ta' att pubbliku . Il-Qorti, preseduta mill-Im- ħallef Henri Mizzi, iddikjarat nulli tliet pagamenti ta' €150,000, €5,000 u €16,000 lil Ġesù fil-Proxxmu, kif ukoll żewġ pa- gamenti ta' €64,000 u €50,000 lil Emanuel Barbara. B'kollox, il-ħames pagamenti jammontaw għal €285,000. Il-kawża kienet oriġinarjament tressqet min-neputija tal-anzja- na, li kienet inħatret kuratriċi ta' zijitha fl-2017. Hija fetħet il-kawża wara li, mill-madre taċ-cheque books ta' zitha, sabet għadd ta' għotjiet li l-anzjana kienet għamlet bejn l-2013 u l-2016. Dawn kienu jam- montaw għal madwar €550,000. €70,000 ma kinux donazzjoni- jiet Il-Qorti, madankollu, ma laqgħetx it-talbiet kollha. Għotja ta' €23,000 lil Ghana Mission Foundation, illum HopeXchange Malta Foundation, ġiet meqjusa bħala dotazzjoni lil fondazzjoni u għalhekk ma kinitx suġġetta għall-formalità tal-att pubbliku prevista mil-liġi. L-istess ġie deċiż dwar erba' pagamenti lid-Dar tal-Providen- za, li flimkien kienu jammontaw għal €47,000. Il-Qorti qalet li d-Dar tal-Providenza kienet fondazz- joni pija u li l-pagamenti kienu "trasferimenti gratuwiti ta' flus għall-għanijiet piji u karitattivi" tagħha. Għaldaqstant, il-€70,000 ma kellhomx jiġu mħallsa lura. Ġesù fil-Proxxmu ma ppruvatx li kienet fondazzjoni Il-Qorti waslet għal konkluż- joni differenti dwar Ġesù fil-Proxxmu. L-għaqda sostniet li kienet fondazzjoni reġistrata u li għal- hekk il-pagamenti lilha kellhom jitqiesu bħala dotazzjonijiet. Iżda l-Qorti nnutat li din l-allegazz- joni saret għall-ewwel darba fin-nota finali u ma ġietx sostnu- ta mill-provi. Ma ġiet ippreżentata la prova taċ-Ċertifikat ta' Iskrizzjoni li tikklassifika l-forma tal-organ- izzazzjoni bħala "Foundation", u lanqas prova taċ-ċertifikat ta' Reġistrazzjoni tagħha. Għalhekk, il-pagamenti lil Ġesù fil-Proxxmu kellhom jiġu eżaminati taħt ir-regoli dwar id-donazzjonijiet. Il-Qorti kellha kliem iebes ukoll dwar din is-sottomissjoni. Hija rrimarkat li f 'każijiet bar- ra minn Malta, "ħafna avukati nstabu ħatja ta' disprezz" talli, bl-użu tal-intelliġenza artifiċjali, għamlu sottomissjonijiet ħżiena, fosthom billi rreferew għal ġurisprudenza li l-intelliġenza artifiċjali kienet ivvintat. "Din, u diversi bħala, hi sitwa- zzjoni identika," qalet il-Qorti, b'referenza għall-allegazzjoni li Ġesu fil-Proxxmu hija fondazz- joni. Il-€150,000 ma kinux ippruva- ti bħala flus ta' terz Wieħed mill-pagamenti kien ta' €150,000. Ġesù fil-Proxxmu sostniet li dawn il-flus kienu destinati għall-proġett Van uan Home Jimma fl-Etjopja u li l-għaqda kienet qiegħda taġixxi biss bħala mandatarja. Iżda l-Qorti qalet li l-fatt li l-pagament kellu destinazzjoni partikolari ma kienx biżżejjed biex jiġi stabbilit li l-għaqda kienet qiegħda taġixxi bħala mandatarja. Iċ-ċekk kien inħareġ favur "Mov. Miss Ġesù fil-Proxxmu", filwaqt li l-irċevuta nħarġet mill-istess għaqda lill-anzjana u kienet tiddeskrivi l-ħlas bħala "offerta". Lanqas ma ġie ppruvat min al- legatament ta l-mandat lill-għaq- da, x'kien l-inkarigu mogħti lilha, jew li dan l-inkarigu ġie aċċettat. "Il-fiduċja u l-mandat huma kunċetti distinti," osservat il-Qorti. Barra minn hekk, ma tressqet ebda prova li l-€150,000 kienu ġew mgħoddija lil Van uan Home Jimma fl-Etjopja. Għaldaqstant, it-tliet pag- amenti lil Ġesù fil-Proxxmu — €150,000, €5,000 u €16,000 — kellhom jitqiesu bħala għotjiet magħmula lilha. Għotjiet kbar wisq biex ikunu "manwali" Il-Qorti mbagħad qieset jekk dawn il-pagamenti set- għux jaqgħu taħt l-eċċezzjoni tal-għotjiet manwali prevista fl-artikolu 1753(2)(a). Skont il-Qorti, għotja tista' tkun valida mingħajr att pubbli- ku jekk tkun rigal mogħti minn id għal id u l-valur tagħha jkun żgħir fid-dawl tal-kondizzjoni tal-persuni u taċ-ċirkostanzi rilevanti. Iżda l-liġi ma tistabbilixxix ammont fiss li taħtu għotja titqies awtomatikament bħala "żgħira". Għall-finijiet ta' din is-sen- tenza, il-Qorti użat bħala punti ta' paragun 2% tal-patrimonju tad-donatur u 3% tad-dħul ann- wali nett tiegħu. Il-provi wrew li f 'Marzu 2013 l-anzjana kellha beni ta' madwar kwart ta' miljun. Il-Qorti sabet li l-€150,000, il- €5,000 u l-€16,000 kollha qabżu ż-żewġ punti ta' paragun. Għalhekk, ma setgħux jitqiesu bħala għotjiet manwali ta' valur żgħir u kienu jeħtieġu att pub- bliku. €285,000 għandhom jiġu mħallsa lura Il-Qorti ordnat lil Ġesù fil-Proxxmu tirrifondi €171,000 lill-attriċi, filwaqt li l-eredi mhux magħrufa ta' Emanuel Barbara ġew ordnati jirrifondu €114,000.

