Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546783
analiżi IL-ĦADD 27 TA' SETTEMBRU 2026 • illum 06 L-omiċidji u t-traġedji Żewġ omiċidji, imwiet fit-toroq u fuq il-post tax-xogħol, persuni li tilfu ħajjithom fil-baħar, oħrajn li waqgħu minn għoli u diversi persuni li nstabu mejta: fl-ewwel disa' xhur tal-2026, bosta familji kellhom jaffaċċjaw traġedja li waslet għal għarrieda. L-aħħar każ seħħ proprju nhar l-Erbgħa, 23 ta' Settembru, meta Miriam Azzopardi, Maltija ta' 48 sena, instabet mejta f 'għalqa fi Triq is-Salib tal-Marsa. Il-katavru tagħha ġie nnutat waqt ronda tal-Pulizija wara li persuni avviċinaw lill-uffiċjali u infurmawhom bis-sejba. Wara l-awtopsja, il-Pulizija bdiet tittratta l-każ bħala omiċidju. B'hekk, il-każ fil-Marsa sar it- tieni omiċidju rrappurtat din is-se- na, wara l-qtil ta' Charlotte Zammit f 'Ħaż-Żabbar f 'Awwissu. Iżda bejn l-ewwel jiem ta' Jannar u l-aħħar ġranet ta' Settembru, il- pajjiż ra ħafna aktar imwiet traġiċi — uħud f 'inċidenti ċari, oħrajn f 'ċirkostanzi li għall-inqas fil-bidu kienu għadhom iridu jiġu stabbiliti. Jannar jibda bi traġedja f'Ħal Qormi Is-sena kienet ilha li bdiet biss tlett ijiem meta raġel ta' 76 sena tilef ħajtu f 'Ħal Qormi wara li ġġarraf ħajt li kien jagħmel parti minn residenza privata fi Triq Farsina. Ir-raġel kien qed jagħmel xi xogħol flimkien ma' ibnu meta l-ħajt ċeda. Huwa miet fuq il-post, filwaqt li ibnu ttieħed l-isptar bi ġrieħi gravi. Ħamest ijiem wara, fit-8 ta' Jannar, raġel ta' 64 sena mill-Mosta miet wara li waqa' madwar erba' sulari għal ġo xa f 'residenza fi Triq il-Ħarifa. Huwa ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post. Fis-17 ta' Jannar, Filippin ta' 55 sena tilef ħajtu wara li waqa' fil-baħar waqt li kien qed jaħdem madwar 15-il mil nawtiku 'l barra minn Wied il-Għajn. Raġel ieħor qabeż fil-baħar biex jipprova jsalvah u, bl-għajnuna ta' membri oħra tal-ekwipaġġ, tellgħuh lura abbord, iżda l-vittma ġiet iċċerti- fikata mejta. L-għada, fit-18 ta' Jannar, il- Pulizija rkuprat katavru ta' raġel mill-baħar fil-Bajja ta' San Ġorġ, San Ġiljan. Il-ġisem kien fi stat avvanzat ta' dekompożizzjoni u dak iż-żmien ma setax jiġi identifikat. Kien biss f 'April li l-Pulizija kkonfermat li l-katavru kien ta' Samiel Daroussi, Franċiż ta' 30 sena li kien ġie rrappurtat nieqes fis-6 ta' Jannar. Fil-25 ta' Jannar, instab katavru ieħor fil-baħar, din id-darba fil- Bajja tal-Ġnejna. Il-ġisem, li deher li kien ta' mara, kien ukoll fi stat avvanzat ta' dekompożizzjoni u fil-mument tas-sejba ma setax jiġi identifikat. Tlett ijiem wara, fit-28 ta' Jannar, intemmet b'mod traġiku t-tfittx- ija għal Oliwia Wojnowska, tifla Pollakka ta' 13-il sena li kienet inġarret mill-baħar fiċ-Ċirkewwa. Wara tfittxija fuq diversi jiem, żewġ bugħaddasa sabu l-katavru tagħha. Frar: l-ewwel vittma fit-toroq u tliet katavri fil-baħar Fit-12 ta' Frar, Joe Cutajar, ta' 44 sena min-Nadur, sar l-ewwel vittma tat-toroq tal-2026 wara ħabta bejn il-mutur li kien qed isuq u karozza f 'Għajnsielem. Iżda Frar kien ikkaratterizzat ukoll minn sensiela mhux tas-soltu ta' sejbiet ta' katavri fil-baħar. Fit-18 ta' Frar instab katavru fl-inħawi ta' Fomm ir-Riħ u ttella' l-art mill-Forzi Armati ta' Malta. Il-ġisem kien fi stat avvanzat ta' dekompożizzjoni u ma setax jiġi identifikat immedjatament. Jumejn wara, fl-20 ta' Frar, instab katavru ieħor fil-baħar qrib Para- dise Bay u ċ-Ċirkewwa, ukoll fi stat avvanzat ta' dekompożizzjoni. Fis-27 ta' Frar, katavru ieħor ġie osservat fil-baħar 'il barra mill-ird- umijiet tal-Fawwara. Dan ukoll ġie rkuprat mill-Forzi Armati u kien fi stat avvanzat ta' dekompożizzjoni. Kien it-tielet katavru ta' dan it-tip irkuprat mill-baħar fi spazju ta' it jiem. Marzu: fatalità fuq ix-xogħol u oħra fit-triq Fit-2 ta' Marzu, Robert Micallef, missier ta' żewġt itfal ta' 34 sena, miet wara li ntlaqat minn forkli li kien qed jopera f 'maħżen fi Triq Burmarrad, fil-limiti tan-Naxxar. Jumejn wara, mara ta' 70 sena tilfet ħajjitha Mater Dei wara li kienet intlaqtet minn vettura fi Triq iż-Żebbiegħ, l-Imġarr. Hija saret it- tieni vittma tat-toroq matul is-sena. April: mit-toroq għall-baħar u l-post tax-xogħol Fl-10 ta' April, raġel ta' 60 sena minn Ħaż-Żebbuġ miet fis-Siġġie- wi wara li l-mixer tal-konkos li kien qed isuq ħabat ma' arblu tad-dawl fi Triq il-Providenza. Fis-17 ta' April, bugħaddas Ingliż ta' 64 sena tilef ħajtu wara li sab ruħu f 'diffikultà waqt li kien qed jogħdos 'il barra minn Wied iż-Żurrieq. Huwa ttella' mill-baħar u ttieħed Mater Dei, iżda ġie ċċerti- fikat mejjet it wara. Erbat ijiem wara, fil-21 ta' April, Jurgen Cassar, ta' 40 sena, miet f 'Ħal Qormi wara li nqabad fil-makkinar- ju fuq wara ta' trakk tal-iskart waqt li kien qed jaħdem fuqu. Tifel ta' erba' snin jitlef ħajtu f'Mejju F'Mejju, Malta kienet ixxukkjata bil-mewt ta' tifel ta' erba' snin. It-tifel kien waqa' f 'pixxina f 'residenza privata f 'Marsaxlokk u ttella' mill-ilma mitluf minn sensih. Huwa ddaħħal fit-taqsima tal-kura intensiva, iżda miet fl-isptar it jiem wara, fis-17 ta' Mejju. Ġunju: traġedja mhux tas-soltu f'Kemmuna Fis-27 ta' Ġunju, raġel ta' 71 sena mill-Mosta miet f 'għalqa f 'Ħ'Attard waqt li kien qed juża grinder. L-għada, turist Ċiniż ta' 26 sena tilef ħajtu f 'inċident straordinarju qrib Kemmuna. Blata kbira ċediet minn arkata naturali u waqgħet fuq jet ski li kien għaddej minn taħtha. Ir-raġel spiċċa fil-baħar u l-katavru tiegħu ġie rkuprat minn qiegħ il-baħar madwar 24 siegħa wara. Mara ta' L-għalqa fi Triq is-Salib tal-Marsa fejn, fit-23 ta' Settembru, instabet maqtula Miriam Azzopardi; Joe Cutajar safa vittma ta' inċident tat-traffiku f 'Għajnsielem, Għawdex Turist Ingliż ta' 59 sena miet f 'inċident waqt parasailing 'il barra minn San Ġiljan

