MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 11 October 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547078

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 15

F adal ġimgħatejn biss għat-26 ta' Ottub- ru, meta l-Ministru għall-Finanzi se jip- preżenta l-Budget 2027. Iżda qabel ma nisimgħu l-miżuri u l-wegħdiet, hemm numru ta' mistoqsijiet li l-poplu għandu dritt jagħmel. U dawn il-mis- toqsijiet mhumiex biss dwar kemm se jingħataw flus, iżda dwar kemm il-pajjiż għandu, kif se jintużaw u x'se jkunu l-kon- segwenzi tagħhom għall-futur. F'dawn l-aħħar ġimgħat, il-messaġġ mill-Ministeru għall-Finanzi nbidel b'mod sinifikanti. Il-Gvern qed jitkellem aktar dwar il-ħtieġa ta' responsabbiltà, dwar il-pri- joritajiet u dwar il-fatt li mhux kollox jista' jsir fl-istess ħin. Fit-30 ta' Settembru, waqt it-tnedija tad-dokument ta' qabel il-Budget, il-Ministru Clyde Caruana qal li l-prijorità se tkun li jiġu protetti l-pajjiż mill-prezzijiet għoljin tal-en- erġija u l-finanzi pubbliċi. Huwa indika wkoll li l-manifest elettorali għandu jiġi implimen- tat fuq il-medda tal-leġiżlatura kollha. Dan ifisser li l-Budget 2027 għandu jkun mument ta' verità. L-ewwel mistoqsija hija sem- pliċi: x'inhi eżattament is-sitwa- zzjoni finanzjarja tal-pajjiż? Il-poplu ma jistax jiġi mitlub jifhem il-prijoritajiet tal-Gvern jekk ma jkunx jaf minn fejn qed nibdew. L-aħħar ċifri tal-Uffiċċ- ju Nazzjonali tal-Istatistika juru li sal-aħħar ta' Awwissu 2026 il-Fond Konsolidat kellu defiċit ta' €376.2 miljun. Id-dħul rikor- renti żdied b'€723.6 miljun, iżda n-nefqa totali żdiedet b'€896.4 miljun. Id-dejn tal-Gvern Ċen- trali laħaq €12-il biljun, żieda ta' €864.1 miljun fuq sena qabel. Dawn mhumiex numri astrat- ti. Huma r-realtà finanzjarja li fuqha għandu jinbena l-Budget. Għalhekk, qabel ma l-Ministru jgħidilna x'se jagħti, għandu jispjegalna x'għandna u x'nist- għu nifilħu. It-tieni mistoqsija hija dwar il-prijoritajiet. Il-Gvern diġà qal li s-sussidji fuq l-enerġija se jibqgħu prijor- ità. Skont il-Ministeru għall-Fi- nanzi, is-sussidji fuq l-enerġija u l-ikel mistennija jitilgħu minn €188.1 miljun fl-2025 għal €391.7 miljun fl-2026, u għal madwar €400 miljun fl-2027. Ma' dan hemm ukoll €75 miljun f 'investiment fl-infrastruttura tal-enerġija. Jiena nemmen li l-familji u n-negozji għandhom jiġu protetti minn xokkijiet kbar fil-prezzijiet tal-enerġija. Imma protezzjoni llum trid tkun akkumpanjata minn pjan għal għada. Is-sussidju ma jistax ikun il-politika ekonomika kollha tagħna. Il-Ministru għandu għalhekk jispjega x'se jkun il-bilanċ bejn l-għajnuna immedjata u l-inves- timent fit-tul. X'se jiġri mill-infrastruttura? X'se jiġri mit-trasport? X'se jsir biex titjieb il-produttività? Kemm se ninvestu fl-edukazz- joni u fil-ħiliet? X'se jsir biex is-servizzi tas-saħħa jkunu sostenibbli? U kif se niżgu- raw li l-ekonomija ma tibqax tiddependi fuq aktar nies, aktar konsum u aktar bini biex tik- ber? Dawn huma l-mistoqsijiet li rridu tweġibiet għalihom. It-tielet mistoqsija hija dwar il-wegħdiet elettorali. Il-poplu vvota fuq programm elettorali u għandu dritt jisten- na li dak il-programm jittieħed bis-serjetà. Imma programm elettorali ma jistax ikun lista ta' wegħdiet mingħajr prezz. Kull wegħda għandha spiża. Kull spiża trid tiġi ffinanzjata. U kull deċiżjoni dwar kif jiġu ffinanzjati l-wegħdiet għandha konsegwenzi. Jekk il-Gvern jiddeċiedi li ċerti miżuri ma jistgħux jitwet- tqu issa, għandu jgħid għaliex. Jekk xi wegħdiet se jiġu pospos- ti, għandu jkun ċar dwar liema huma. U jekk se jiġu impli- mentati, għandu jispjega kemm se jiswew u minn fejn se jiġu l-flus. Ma jistax ikun li l-verità finanzjarja tkun differenti qabel elezzjoni u wara elezzjoni. Ir-raba' mistoqsija hija dwar in-nefqa rikorrenti. L-aħħar ċifri tal-NSO juru li bejn Jannar u Awwissu 2026 in-nefqa rikorrenti żdiedet b'€687.2 miljun meta mqabbla mal-istess perjodu tas-sena ta' qabel. L-ispejjeż operattivi u ta' manutenzjoni żdiedu, il-pagi żdiedu u żdiedu wkoll il-kon- tribuzzjonijiet lill-entitajiet tal-Gvern. Hawnhekk irridu nkunu aktar serji bħala pajjiż. Mhux kull nefqa hija ħażina. Għandna bżonn investiment fis-saħħa, fl-edukazzjoni, fl-infrastruttura u f 'servizzi pubbliċi ta' kwalità. Imma hemm differenza bejn nefqa li toħloq valur fit-tul u nefqa li sempliċement tkompli tikber sena wara sena. Gvern responsabbli għandu jeżamina kull programm, kull kuntratt u kull spiża. Għandu jistaqsi jekk ir-riżultat hux jiswa l-ispiża. Għandu jkun lest jieqaf minn dak li ma jagħtix valur u jinvesti aktar f 'dak li jagħti riżultat. Il-ħames mistoqsija hija dwar id-dejn. Il-fatt li d-dejn jibqa' taħt il-limitu Ewropew ma jfissirx li nistgħu ninsewh. Id-dejn għandu spiża. L-NSO juri li sal-aħħar ta' Awwissu l-ispiża tas-servizz tad-dejn kienet €218.6 miljun, €26.1 miljun aktar mis-sena ta' qabel. Għalhekk, meta nissellef, irrid inkun naf għaliex qed nissellef. Jekk qed nissellef biex nibni in- frastruttura li żżid il-produttiv- ità u l-kapaċità tal-pajjiż, hemm argument ekonomiku. Imma jekk id-dejn qed jintuża dejjem aktar biex jiffinanzja nefqa riko- rrenti, qed nittrasferixxu l-piż għal dawk li jiġu warajna. U fl-aħħar hemm l-iktar mistoqsija importanti: x'tip ta' pajjiż irid jibni dan il-Budget? Il-Ministru għandu quddiemu opportunità biex juri li l-Gvern għandu pjan lil hinn mit-tnax-il xahar li ġejjin. Malta għand- ha bżonn ekonomija li tikber, iżda mhux kull tkabbir huwa l-istess. Għandna bżonn aktar produttività, aktar investiment, aktar innovazzjoni u aktar valur miżjud. Għandna bżonn ukoll kwalità ta' ħajja aħjar. Jekk il-popolazzjoni qed tikber, l-infrastruttura trid tlaħħaq. Jekk qed jiżdied in-numru ta' ħaddiema, irridu nistaqsu kemm qed jiżdied il- valur li qed jinħoloq. Jekk qed jiżdied id-dħul tal-Gvern, irridu naraw jekk dak id-dħul hux qed jinbidel f 'servizzi aħjar. Qabel is-26 ta' Ottubru, il-poplu għandu dritt għal tweġibiet ċari. Kemm għandna flus? Kemm qed nonfqu? Għaliex qed non- fquhom? Liema prijoritajiet se jiġu protetti? Liema wegħdiet se jitwettqu? Liema se jiġu pos- posti? Kemm se jiswa kollox? U, fuq kollox, x'se jkun ir-riżultat għal Malta? Il-Budget ma għandux ikun kompetizzjoni biex naraw min jagħti l-aktar. Għandu jkun pjan biex pajjiżna jagħmel l-aħjar użu mill-flus li għandu. Din hija r-responsabbiltà li għandna bħala Oppożizzjoni li nistaqsu l-mistoqsijiet, u hija r-responsabbiltà tal-Gvern li jagħti t-tweġibiet. Fis-26 ta' Ottubru ma rridux biss nisimgħu x'se jagħti l-Gvern. Irridu nifhmu x'qed jagħżel, għaliex qed jagħżlu u x'se jfisser għal Malta għada. Għax il-vera prova ta' Budget mhijiex kemm ikun sabiħ dak li jitħabbar fil-jum tiegħu. Il-vera prova hija jekk sena wara, ħames snin wara u għaxar snin wara, pajjiżna jkunx f 'pożizzjo- ni aħjar milli kien qabel. opinjoni illum • IL-ĦADD 11 T'OTTUBRU 2026 09 "Il-poplu vvota fuq programm elettorali u għandu dritt jistenna li dak il-programm jittieħed bis- serjetà" Shadow Minister għall-Finanzi ADRIAN DELIA Qabel is-26 ta' Ottubru, x'għandu jispjega l-Ministru? Il-Ministru Clyde Caruana indika wkoll li l-manifest elettorali għandu jiġi implimentat fuq il-medda tal-leġiżlatura kollha

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 11 October 2026