Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547078
opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 11 T'OTTUBRU 2026 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Segwi l-ħjiliet u skopri l-istorja: Joħorġu l-programm u l-filmat tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Il-Kunsill Nazzjonali tal- Ktieb (KNK) jinsab kburi biex jiżvela l-programm sħiħ u l-filmat promozzjonali tal- Festival Nazzjonali tal-Ktieb, li se jsir fiċ-Ċentru għall-Fieri u l-Konvenzjonijiet (MFCC) f ' Ta' Qali bejn l-4 u t-8 ta' Novembru. Il-Festival, issa fis-47 edizzjo- ni tiegħu, huwa l-akbar ċele- brazzjoni tal-kultura tal-ktieb f 'Malta. Huwa jlaqqa' lill-pub- blikaturi, lill-bejjiegħa tal-kot- ba, u lil imsieħba kulturali oħra għal esperjenza kulturali rikka u inklużiva li tolqot lil viżitat- uri minn kull qasam tal-ħajja. B'aktar minn 40 esebitur u bi programm mimli attivitajiet, il-Festival jibqa' wieħed mill-av- venimenti ewlenin fil-kalendar- ju kulturali Malti. Fl-2025, attira madwar 40,000 viżitatur — ċifra li hija mistennija tikber f 'din l-edizzjoni tal-Festival. Din is-sena, il-Festival għandu stedina waħda għal dawk li jżuruh: 'Skopri l-Istorja' bit-tema tad-ditektivs fl-identità viżiva li tidher fil-promozzjo- ni u fil-filmat promozzjonali tal-Festival. Il-filmat jippreżenta mikrostorja maħduma b'kollab- orazzjoni ma' Rupture Studio, li tintriga lill-viżitaturi prospettivi b'dinja ta' misteru u tħeġġeġ lil kulħadd biex jiskopri dak il-ktieb perfett li donnu nħoloq apposta għalihom. Ara l-filmat hawnhekk. Bi tkomplija mat-tema, wieħed mill-mistednin speċjali tal-Festival huwa Ian Rankin, il-kittieb Skoċċiż tal-ġjallesk famuż mad-dinja kollha, li l-karattru tiegħu tal-Ispettur Rebus jista' faċilment jitqabbel ma' karattri ikoniċi simili bħal dawk ta' Salvo Montalbano, Philip Marlowe u Hercule Poirot. Rankin se jagħti mas- terclass fuq il-kitba tal-ġjallesk nhar il-Ħamis, 5 ta' Novembru fis-19:00, u se jiġi intervistat mill-Kap Eżekuttiv tal-KNK Mark Camilleri, li huwa wkoll kittieb tal-ġjallesk, nhar is-Sibt 7 ta' Novembru fis-19:00. Wara din l-intervista, Rankin se jkun qiegħed jiffirma l-kotba tiegħu. Fil-programm insibu wkoll lill-awtriċi rinomata Span- jola Esther García Llovet, li r-rumanzi tagħha ppubblikati bl-Ingliż — Spanish Beauty u Sánchez — għadhom jitfaħħru għat-titwila bla xinxilli li jagħtu lejn il-'vera' Spanja – mhux Spanja mil-lenti turistika. García Llovet se tiġi intervistata mill-artista interdixxiplinarja, produttriċi tal-films u riċer- katriċi Charlie Cauchi nhar il-Ħamis, 6 ta' Novembru, f 'diskursata li mistennija taqbad mar-rabta qawwija li tħoss l-aw- triċi mal-postijiet, kif naraw fil-mod kif hija tesplora bliet bħal Madrid u Benidorm fil-fin- zjoni iżda b'sisien sodi fir-realtà, u mas-sens ċinematiku fl-istil narrattiv tagħha. Il-Festival se jerġa' jospita wkoll l-esebizzjoni From Illus- tration to Book b'kollaborazzjo- ni mal-Kunsill Malti għall-Arti. Din se tkun il-ħames edizzjoni ta' din l-esebizzjoni li saret parti integrali mill-Festival. Il-kollab- orazzjoni hija tislima kkuluri- ta u dinamika lejn id-disinn tal-kotba u l-illustrazzjoni bħala parti essenzjali tal-kultura let- terarja tagħna. Din is-sena, l-udjenzi se jkoll- hom ukoll iċ-ċans li jesperjen- zaw 'Stejjer li Qatt ma Qrawl- ek' — sensiela ta' adattamenti bl-awdjo ta' xogħlijiet letterarji, maħluqa minn Teatru Malta b'kollaborazzjoni mal-KNK, fil- waqt li l-kumpanija More or Less eatre se ttella' tliet adattamenti teatrali ta' xogħlijiet magħrufin għall-qarrejja ż-żgħar. Barra minn dan kollu, il-pro- gramm — li fih madwar 60 avveniment — jinkludi wkoll tnedijiet ta' kotba, diskussjoniji- et, workshops u ħafna aktar. MISTIEDNA SPEĊJALI IAN RANKIN – AWTUR Ian Rankin, imwieled fir-Ren- ju ta' Fife fl-1960, iggradwa mill-Università ta' Edinburgh fl-1982, u mbagħad qatta' tliet snin jikteb ir-rumanzi meta suppost kien qed jaħdem fuq id-Dottorat tiegħu dwar il-Let- teratura Skoċċiża. L-ewwel rumanz tiegħu Summer Rites baqa' manuskritt sal-ġurnata tal-lum, imma t-tieni rumanz li kiteb, The Flood, ġie ppubblikat fl-1986, filwaqt li l-ewwel rumanz mis-sensiela Rebus, Knots & Crosses, ġie ppubblikat fl-1987. Is-sensiela Rebus issa ġiet trad- otta fi tnejn u għoxrin lingwa, u l-kotba kienu fost l-aktar kotba li nbiegħu f 'diversi kontinen- ti. Apparti r-rumanzi tiegħu tas-sensiela rebus u dawk dwar Malcolm Fox, kiteb ukoll ru- manzi waħdanin, stejjer qosra, rumanz grafiku, żewġ drammi u ktieb mhux fittizju bl-isem Rebus's Scotland (2005). Ian ġie ordnat Uffiċjal tal-Ordni tar-Renju Brittaniku (OBE) għas-servizzi tiegħu lejn il-letteratura, u għażel li jirċievi l-premju f 'beltu Edinburgh, fejn jgħix ma' martu u maż-żewġ uliedu subien. ESTHER GARCÍA LLOVET - AWTRIĊI García Llovet twieldet f 'Mála- ga fl-1963. Fl-1970, marret tgħix Madrid biex tistudja l-psikoloġija klinika u d-direz- zjoni tal-films, u għadha tgħix hemm sal-lum il-ġurnata. Bdiet tikteb fis-sena 2000, u kitbet tmien rumanzi, inklużi t-tliet rumanzi tal-ġabra magħrufa tagħha 'Snapshot Trilogy' dwar Madrid. Spanish Beauty huwa l-ewwel episodju tat-triloġija l-ġdida tagħha, 'Trilogy of the Spanish Levant'. Xogħolha kiseb suċċess mal- kritiċi u huwa magħruf għall-is- til ċinematiku u r-realiżmu Chandleresk distint tiegħu. García Llovet tikteb f 'diversi antoloġiji u gazzetti kulturali, tittraduċi mill-Ingliż u għamlet isem ukoll fid-dinja tal-foto- grafija. Ian Rankin u Esther Garcia Llovet

