Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547078
Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 11 T'OTTUBRU 2026 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Direttur Maniġerjali: SAVIOUR BALZAN • Editur: PAUL COCKS Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt I d-deċiżjoni tal-Prim Ministru Robert Abela li jnaqqas il-multi ta' min jinstab jikser il-liġi tal-kaċċa tkompli fil-vena ta' Prim Ministru li hu medhi biex jiżra' kultura ta' min hu b'saħħtu jibqa' għaddej u min hu dgħajjef jispiċċa mwarrab u minsi. M'hemmx għalfejn nargumentaw li l-emozzjoni jew sentiment favur l-ambjent minn Robert Abela huma irrelevanti. Jaġixxi ta' Nazzjonalist, fejn iċ-ċentru ta' kollox huwa l-bniedem u xejn aktar mhuwa relevanti. Din hija politika leminija. U dan jidher ukoll f 'oqsma oħra bħall- ippjanar, kif ukoll fil-mod kif inħarsu lejn it-taxxa. Għal Abela, li persuna li taqla' aktar tiġi ntaxxata iktar minn persuna li ma taqla' xejn, ma treġix. Imma lura għall-kaċċa. Abela – għax ma jafx jew inkella ma jridx ikun jaf – nesa' li aħna nagħmlu parti mill-Unjoni Ewropea fejn iktar ma jgħaddi żmien iktar qed naraw passi u miżuri biex l-ambjent jiġi mħares u l-bijodiversità wkoll. Għal Abela, m'hemm ebda raġuni għala l-kaċċaturi – simbolu ta' egoċentriżmu u tradizzjonijiet antikwati u skaduti – jiġu mwarrba. Anzi għal Abela, iktar ma jkun hemm miżuri li jsaħħu l-kaċċa u l-kaċċaturi iktar jaqbel. Ovvjament fil-vena ta' politiku lemini u li jħaddan politika li tiffavorixxi l-kbir u mhux iż-żgħir u favur l-individwu mhux il-komunità, Abela ma jistax jagħraf l-importanza li nħarrxu l-miżuri kontra min hu kriminal u jikser il-liġi. U hawnhekk qed nitkellmu fuq il-kaċċatur Malti u Għawdxi u li għal snin twal issa rrikatta l-klassi politika Maltija u ġabha titkellem waħedha. Sforz, li fil-konfront ta' Robert Abela ma kien diffiċli xejn. Dan l-atteġġjament lemini u konservattiv kompla jidher meta din il-ġimgħa, il-Prim Ministru Robert Abela għamel dikjarazzjonijiet kontra xi ċaqliq fis-sistema tat-taxxa. Dan wara li kien hemm diskussjoni dwar żieda fit-taxxi għall-kumpaniji kbar. Ħafna minn dawn il-kumpaniji fil-fatt huma kumpaniji Amerikani domiċiljati fl-Irlanda biex jevitaw it-taxxa. Wieħed jibda jaħseb li Abela mhux biss joġġezzjona għat-taxxi għax huwa ta' twemmin lemini imma għax ma jistax jurta lill-Amerikani. U la darba qed nitkellmu fuq l-Amerikani, ikun ġust li nitkellmu fuq kif l-Istati Uniti qed jagħmlu minn kollox biex ikissru istituzzjoni bħall-ICJ (International Court of Justice) għax esponent ewlieni ta' din il-qorti u kritiku tal-Gvern Iżraelit ingħata l-premju għall- Paċi. Premju li Donald Trump ried akkost ta' kollox għalih. Premju li ma rridux ninsew kien ukoll propost minn Ian Borg meta kien għadu Ministru għall-Affarijiet Barranin. Politika lemina u opportunista

