MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 11 October 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547078

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

www.illum.com.mt NRU 1033 €1.50 IL-ĦADD 11 T'OTTUBRU 2026 PAĠNI 6-7 Malta fil- qalba tal- migrazzjoni tal-ħarifa ARA PAĠNA 2 IKOMPLI F' PAĠNA 3 IL-PL U L-PN RAS IMB RAS ABELA B'DISA' PUNTI FUQ BORG Il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista jinsabu kważi ras imb ras jekk issir elezzjoni llum, iżda Robert Abela jżomm vantaġġ sostanzjali fuq Alex Borg meta l-votanti ġew mistoqsija lil liema mexxej politiku jafdaw l-aktar biex imexxi l-pajjiż. L-ewwel stħarriġ ta' MaltaToday minn wara l-elezzjoni ġenerali ta' Mejju jpoġġi lill-PL fuq 48.2% u lill-PN fuq 48.0% fost dawk li jgħidu li jivvutaw. Il-partiti ż-żgħar jiksbu 3.8%. Id-differenza ta' 0.2 punti taqa' fil-marġni ta' żball ta' ±3.4 punti perċentwali. Madankollu, id-distakk bejn iż-żewġ mexxejja huwa sostan- zjalment ogħla. 44.4% jgħidu li jafdaw aktar lil Robert Abela biex imexxi l-pajjiż, meta mqabbla ma' 35.1% li jafdaw lil Alex Borg. Dan jagħti lill-Prim Ministru vantaġġ ta' 9.3 punti. 20.6% ma jafdaw lil ebda wieħed mit-tnejn. L-Università bi pjanijiet għal parkeġġ taħt l-art L-Università tgħid li għandha aktar minn 1,000 spazju għall- parkeġġ, filwaqt li studenti jilmentaw li qed iqattgħu sa siegħa jfittxu fejn jipparkjaw u li t-trasport pubbliku mhuwiex alternattiva vijabbli Robert Abela għandu vantaġġ ta' disa' punti fuq Alex Borg fil-fiduċja, minkejja li l-partiti ewlenin jinsabu prattikament indaqs fl-intenzjoni tal-vot Bħalissa hemm aktar minn 1,000 spazju ta' parkeġġ riservat għall- istudenti u l-istaff tal-Università 48.2% 44.4% 48.0% 35.1% PARTIT LABURISTA ROBERT ABELA PARTIT NAZZJONALISTA ALEX BORG

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 11 October 2026