MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 11 October 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547078

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 15

08 aħbarijiet IL-ĦADD 11 T'OTTUBRU 2026 • illum analiżi MIN QATEL LIL SION GRECH? Sion Grech kellha 20 sena meta għebet f'April tal-2005 u nstabet mejta tmint ijiem wara f'għalqa fil-Marsa, b'għadd ta' daqqiet ta' sikkina. Żewġt irġiel tressqu akkużati bil-qtil snin wara, iżda fl-2023 it-tnejn instabu mhux ħatja. Aktar minn għoxrin sena wara d-delitt, ħadd għadu ma ġie kkundannat għall-qtil tagħha. JAELLE BORG Sion Grech kellha 20 sena meta dehret għall-aħħar mill-familja tagħha fil-5 ta' April tal-2005. Skont ix-xhieda li ngħatat snin wara fil-Qorti, Grech kienet nor- malment torqod fid-dar tal-ġen- ituri tagħha u, meta kienet tibqa' barra, kienet iżżomm kuntatt magħhom. Meta għaddew jumejn mingħajr aħbar minnha, missierha rrapportaha nieqsa fis-7 ta' April. Missierha beda jmur l-għassa kuljum jistaqsi jekk kienx hemm xi tagħrif dwarha, filwaqt li om- mha qassmet avviżi bit-tama li xi ħadd ikun raha. Fit-13 ta' April, waslet l-aħbar li l-familja kienet qed tibża' minnha. Il-katavru ta' Sion instab f 'għalqa fil-Marsa, qrib fergħa tal-HSBC ta' dak iż-żmien. Il-ġisem kien fi stat avvanzat ta' dekompożizzjoni. L-awtopsja sabet li kienet sofriet mill-inqas 17-il daqqa ta' sikkina, fosth- om ġrieħi f 'għonqha u sidirha. Daqqa minnhom kienet laħqet il-qalb u l-aorta. Il-Pulizija stabbiliet li Grech kienet taħdem bħala sex worker fiż-żona tal-Marsa. Waqt l-in- vestigazzjoni, wieħed mill-ism- ijiet li daħlu fil-każ kien Ismael Habesh, raġel Libjan li Grech kienet f 'relazzjoni miegħu. Il-familja tagħha kienet sem- mietu lill-Pulizija bħala wieħed mill-persuni l-aktar qrib tagħha. Xhud li ħarġet tliet snin wara Waħda mill-aktar żvolti im- portanti fl-investigazzjoni waslet fl-2008. Tliet snin wara l-qtil, l-isk- wadra tal-omiċidji rċeviet ittra anonima. Dik l-ittra wasslet lill-investigaturi għand Jacque- line Rapinett, li dak iż-żmien kienet fil-ħabs. Rapinett qalet lill-Pulizija li kienet fil-Marsa fil-lejl tal-5 ta' April tal-2005 u li kienet rat lil Grech tiġi attakkata. Skont il-verżjoni tagħha, li aktar tard irrakkontat ukoll quddiem il-ġurija, argument beda bejn Grech u Habesh għall-ħabta tad-9.30 p.m. Hija allegat li raġel ieħor ingħaqad miegħu, li ż-żewġt irġiel sawtu lil Grech u kaxkruha lejn għalqa, fejn kompliet tinstema' tgħajjat. Iżda din kienet ix-xhieda ta' Rapinett — mhux fatt li event- walment ġie ppruvat lil hinn minn kull dubju fil-Qorti. Fil-fatt, matul il-ġuri ħarġet ukoll evidenza li qajmet mis- toqsijiet dwar jekk Grech kinitx inqatlet proprju fil-post fejn instab il-katavru tagħha. It-Tabib Forensiku Mario Scer- ri xehed li fil-post ma sab ebda sinjal ta' taqlib fil-ħaxix jew ta' ġlieda, minkejja li l-prosekuzz- joni kienet qed tgħid li l-attakk kien seħħ hemmhekk. Huwa qal li dan wasslu biex jistaqsi jekk Grech setgħetx inqatlet xi mkien ieħor u mbagħad ittieħdet fl-għalqa. Tmien snin sakemm tressqu l-akkużi Għalkemm Habesh u Faical Mahouachi, raġel Tuneżin, kienu ġew interrogati mill-Pulizija it wara li nstab il-katavru, huma ma tressqux akkużati bil-qtil qabel Frar tal-2013 — kważi tmien snin wara. It-tnejn wieġbu mhux ħatja. Iżda anke wara li tressqu l-Qorti, il-każ dam snin oħra. L-att ta' akkuża nħareġ fl- 2017 u nqala' tilwim legali dwar diversi stqarrijiet li Habesh kien ta lill-Pulizija. Il-Qorti Krimi- nali eventwalment iddeċidiet li sitt stqarrijiet li ngħataw bejn l-2005 u l-2009 ma setgħux jin- tużaw fil-ġuri minħabba l-mod kif kienu ttieħdu u l-iżviluppi fil-liġi dwar id-dritt għall-as- sistenza legali. Il-ġuri beda biss fid-9 ta' Jan- nar tal-2023 — kważi 18-il sena wara l-qtil u għaxar snin wara li ż-żewġ irġiel kienu tressqu akkużati. Żewġ akkużati, żewġ verdetti ta' mhux ħatja Matul il-ġuri, il-ġurati semgħu xhieda dwar ir-relazzjoni bejn Grech u Habesh, dwar l-aħħar sigħat qabel għebet, dwar ix- xhud li sostniet li rat l-attakk, u dwar l-evidenza forensika mill- post fejn instab il-katavru. Fl-20 ta' Jannar tal-2023, wara madwar seba' sigħat ta' deliber- azzjoni, il-ġurija tat il-verdett tagħha. Habesh instab mhux ħati tal-omiċidju b'seba' voti kontra tnejn, filwaqt li Mahouachi nstab mhux ħati bi tmien voti kontra wieħed. Għaldaqstant, iż-żewġ irġiel ġew illiberati mill-akkuża li qatlu lil Sion Grech. Il-familja tkompli titlob tweġibiet Wara l-ġuri, il-familja ta' Grech ikkritikat kemm dam il-każ u n-nuqqasijiet li qalet li kien hemm fl-investigazzjoni u fil-prosekuzzjoni. Oħtha Rita Borg qalet li l-familja kienet ilha tistenna ġustizzja għal 18-il sena. F'Lulju tal-2023, hi u ħuha Nadesh Said ressqu protest ġudizzjarju kontra l-Avukat tal-Istat, l-Avukat Ġenerali u l-Kummissarju tal- Pulizija. Huma allegaw li d-dewmien fl-investigazzjoni, nuqqasijiet fil-prosekuzzjoni u problemi fil-preservazzjoni jew l-ammis- sibbiltà tal-evidenza wasslu biex il-familja ma kisbitx investigazz- joni effettiva dwar il-qtil. Fl-2023 saret ukoll vigil quddi- em il-Qorti fil-Belt Valletta, fejn il-familja, l-MGRM u diversi għaqdiet oħra talbu tweġibiet dwar il-każ. L-MGRM qajmet ukoll il-mistoqsija dwar jekk il-fatt li Grech kienet mara transgender u sex worker setax kellu impatt fuq il-mod u l-ħeffa li bihom ġie investigat il-każ. Din kienet mistoqsija mqajma mill-għaqda u mhux konklużjo- ni ġudizzjarja. Il-proċeduri dwar l-ilmen- ti tal-familja komplew ukoll fil-Qrati Kostituzzjonali. Senten- za ppubblikata fl-2026 tikkon- ferma li l-aħwa ta' Grech kienu fetħu kawża dwar allegat dew- mien u nuqqasijiet serji fl-inves- tigazzjoni u l-prosekuzzjoni. Aktar minn għoxrin sena wara li Sion Grech għebet mill-Mar- sa, il-fatt ewlieni jibqa' wieħed: ħadd ma ġie kkundannat għall- qtil tagħha. OMIĊIDJI LI BAQGĦU JISSEMMEW

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 11 October 2026