Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547078
02 aħbarijiet IL-ĦADD 11 T'OTTUBRU 2026 • illum Parkeġġ taħt l-art fost il-pjanijiet tal-Università hekk kif studenti jilmentaw dwar nuqqas ta' spazji JAELLE BORG L-Università ta' Malta għad- dejja b'diskussjonijiet dwar proġett ta' kumpless sportiv li se jinkludi parkeġġ taħt l-art, bil-għan li jiżdiedu l-ispazji disponibbli għall-istudenti u l-ħaddiema, fi sfond ta' lmenti minn studenti li qed isibuha dejjem aktar diffiċli biex jip- parkjaw qrib il-kampus. Dan ikkonfermatu l-Univer- sità fi tweġiba għall-mistoqsijiet mibgħuta minn din il-gazzetta dwar is-sitwazzjoni tal-parkeġġ, hekk kif studenti rrakkontaw li ġieli jqattgħu sa siegħa jfittxu spazju fejn iħallu l-karozza, fil- waqt li oħrajn saħqu li t-trasport pubbliku, minkejja li huwa b'xejn, mhuwiex alternattiva affidabbli għall-ħtiġijiet tagħhom ta' kuljum. L-Università spjegat li bħalissa hemm aktar minn 1,000 spazju ta' parkeġġ riservat għall-istu- denti u l-istaff tagħha. Żiedet li matul l-aħħar tliet snin sar disponibbli wkoll il-parkeġġ ta' Campus Hub, li joffri madwar 500 spazju addizzjonali għall-is- tudenti u staff u huwa operat minn kumpanija privata. Skont l-Università, kemm l-istudenti kif ukoll l-impjegati tagħha jistgħu jużaw dan il- parkeġġ bi ħlas imnaqqas ta' €3 kuljum. L-Università spjegat ukoll li parti mill-ispazji tal-parkeġġ bħalissa mhumiex disponibbli minħabba t-tined li ttellgħu għall-Freshers' Week. Dawn l-ispazji mistennija jerġgħu jkunu disponibbli mit-Tnejn, 12 ta' Ottubru. "Kieku t-trasport pubbliku kien alternattiva tajba, kont nużah" Minkejja li t-trasport pubbliku huwa b'xejn, diversi studenti li tkellmu ma' din il-gazzetta sost- new li dan mhux bilfors jagħmlu alternattiva vijabbli għall-karoz- za privata, partikolarment għal dawk li jkollhom ilaħħqu bejn il-lectures, ix-xogħol u re- sponsabbiltajiet oħra. Fost l-ilmenti li qajmu kien hemm karozzi tal-linja li jaslu mimlijin, bil-passiġġiera jkoll- hom jistennew is-servizz ta' wara, kif ukoll id-diffikultà biex jiddependu fuq it-trasport pub- bliku meta jkollhom skedi stretti. "Kieku t-trasport pubbliku kien alternattiva tajba, kont nużah," kien is-sentiment espress minn wieħed mill-istudenti. L-istudenti qalu li jimu li xi wħud jistgħu jirrispondu għall-ilmenti tagħhom billi jgħidulhom jużaw il-karozza tal-linja, bħalma kienu jagħmlu ġenerazzjonijiet preċedenti. Madankollu, argumentaw li għal dawk li jkollhom imorru jaħdmu qabel jew wara lecture, l-affidabbiltà tas-servizz hija kruċjali. Fil-fehma tagħhom, il- fatt li t-trasport pubbliku huwa bla ħlas, mhuwiex biżżejjed jekk ma jkunx jista' jissodisfa l-ħtiġi- jiet tagħhom. Min-naħa tagħha, l-Univer- sità sostniet li l-kampus huwa meqjus bħala ċentru importanti għat-trasport pubbliku, b'għadd kbir ta' rotot tal-karozzi tal-linja jieqfu fid-daħla prinċipali tiegħu. Siegħa tfittex parkeġġ, student ieħor jispiċċa jaqbad Bolt Il-frustrazzjoni tal-istudenti mhijiex limitata għall-għażla bejn it-trasport pubbliku u l-karozza privata. Studenta fit-tielet sena tal- kors tal-Liġi rrakkontat ma' din il-gazzetta kif ġieli tqatta' sa siegħa tfittex fejn tipparkja qabel tattendi l-lectures tagħha. Student ieħor spjega kif, wara li ma rnexxilux isib parkeġġ qrib l-Università, kellu jħalli l-karozza tiegħu f 'San Ġwann u jaqbad Bolt biex jasal sal-kam- pus. Minkejja dan, xorta waħda wasal għaxar minuti tard għal-lecture. Dawn l-esperjenzi jirriflettu l-frustrazzjoni ta' studenti li jħossu li parti sostanzjali mill- ħin tagħhom qed tintilef fit-tfit- txija għal parking, minflok ma tkun iddedikata għall-istudju. Il-parkeġġ riservat għall- istaff iqajjem ukoll mistoqsijiet Student ieħor qajjem il-kwist- joni tad-distribuzzjoni tal-park- ing bejn l-istudenti u l-ħaddie- ma tal-Università, hekk kif argumenta li fil-fehma tiegħu hemm numru konsiderevoli ta' spazji riservati għall-istaff u l-letturi, filwaqt li dawk dis- ponibbli għall-istudenti mhum- iex biżżejjed. Student ieħor sostna li għand- ha tiġi kkunsidrata l-ħolqien ta' parkeġġ ġdid biex jiġu ffaċilitati l-ħajja u l-aċċess għall-Uni- versità għal dawk li jattendu l-lectures. Dwar l-allokazzjoni tal- parkeġġ, l-Università spjegat li l-prassi dejjem kienet li l-Kunsill Studenti Universitarji (KSU) joħroġ il-permessi għall- parkeġġ tal-istudenti. Żiedet li f 'dawn l-aħħar snin ġew introdotti wkoll inċen- tivi biex l-istudenti jaqsmu l-karozza bejniethom, permezz ta' sistema ta' carpooling. Fil- fatt, Car Park 4 hija riservata għall-karozzi tal-istudenti li jagħmlu użu minn din is-siste- ma. Diskussjonijiet dwar parkeġġ ġdid taħt l-art Bħala parti minn pjanijiet għal aktar faċilitajiet, l-Univer- sità kkonfermat li għaddejjin diskussjonijiet dwar proġett ta' kumpless sportiv li se jinkludi parkeġġ taħt l-art. Skont l-Università, dan il-parkeġġ se joffri ammont sostanzjali ta' spazji addizz- jonali għall-istudenti u l-is- taff, għalkemm fit-tweġiba tagħha ma speċifikatx kemm se jinħolqu spazji ġodda jew meta l-proġett jista' jitlesta. Intant, l-ilmenti tal-istudenti jibqgħu jqajmu l-mistoqsija dwar jekk il-faċilitajiet at- twali tal-parkeġġ u s-servizz tat-trasport pubbliku humiex biżżejjed biex jaqdu l-ħtiġijiet tal-komunità universitarja. L-Università tgħid li għandha aktar minn 1,000 spazju għall- parkeġġ, filwaqt li studenti jilmentaw li qed iqattgħu sa siegħa jfittxu fejn jipparkjaw u li t-trasport pubbliku mhuwiex alternattiva vijabbli It-trobbija tan-naħal għandha rwol mhux biss fil-produzzjoni tal- għasel u prodotti oħra iżda wkoll fiż-żamma tal-bilanċ ekoloġiku

