MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 11 October 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547078

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 11 T'OTTUBRU 2026 Il-PN qed iżomm sehem akbar mill-elettorat tiegħu, il-PL qed jitlef proporzjon akbar lejn l-astensjoni JIRRITORNA MINN OTTUBRU MA' SAVIOUR BALZAN MILL-ĦAMIS 1 T'OTTUBRU 2026 FL-10.15PM FUQ TVM IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Id-differenza bejn l-in- tenzjoni tal-vot u l-fiduċja fil-mexxejja hija waħda mill-aktar elementi sinifikanti tal-istħarriġ. Din id-differenza tidher b'mod partikolari fost dawk li bħalissa jgħidu li ma jivvut- awx. F'dan il-grupp, 31.3% jafdaw lil Abela aktar minn Borg, li għandu l-fiduċja ta' 16.3%. 52.4% ma jafdaw lil ebda wieħed. Din hi indikazz- joni ċara li l-Partit Laburista għandu iktar fejn jikber fost dawk li għandhom iktar fi- duċja fil-Prim Ministru imma f 'dan il-mument ma jħossux li għandhom jivvutaw għall-PL. L-istħarriġ jissuġġerixxi wkoll li l-fattur ewlieni wara t-tnaqqis tal-PL mill-elezzjoni ta' Mejju mhuwiex ċaqliq lejn il-PN, iżda astensjoni akbar fl-elettorat Laburista. Fil-fatt, it-turnout implikat fl-istħarriġ huwa ta' 76%, meta mqabbel ma' 87.4% fl-aħħar elezzjoni ġener- ali. Madankollu t-tnaqqis fit-turnout jippenalizza iktar lill-PL milli lill-PN. Fost dawk li vvutaw lill- PL f 'Mejju, 76.2% jgħidu li jerġgħu jivvutaw lill-istess partit, filwaqt li 5.8% jgħidu li jagħtu l-vot lill-PN u 16.9% ma jivvutawx. Fost dawk li vvutaw lill-PN, 81.9% jibqgħu mal-PN, 4.0% jagħtuh lill-PL u 12.6% ma jivvutawx. Għaldaqstant, il-PN qed iżomm sehem akbar mill-elet- torat tiegħu, filwaqt li l-PL qed jitlef proporzjon akbar lejn l-astensjoni milli lejn il-PN. Dan jgħin biex jispjega kif il-vantaġġ ta' 7.1 punti li l-PL kellu fl-elezzjoni ta' Mejju kważi sparixxa komple- tament. L-istħarriġ juri li l-PN qed jikseb aktar voti mill- PL milli qed jitlef lejn il-PL. Madankollu, dan waħdu ma jispjegax it-tnaqqis fil-van- taġġ Laburista, li huwa wkoll marbut mal-fatt li proporzjon akbar ta' eks votanti Laburisti issa jgħidu li ma jivvutawx. Il-Gvern immexxi minn Abela jikseb ukoll marka medja ta' 3.1 minn 5, it 'il fuq min-nofs tal-iskala. B'hekk, minkejja l-pressjoni- jiet politiċi li affaċċja l-Gvern f 'dawn l-aħħar xhur, inkluż il-fallout mill-ġuri ta' Yorgen Fenech u l-qtugħ ripetut tal-provista tal-elettriku, l-istħarriġ ma jurix skun- tentizza ġenerali bil-prestazz- joni tiegħu. L-istħarriġ juri wkoll li Alex Borg jikseb marka medja ta' 3.1 minn 5, għall-prestazzjoni tiegħu bħala Kap tal-PN. L-istħarriġ jindika wkoll li l-votanti Laburisti huma aktar bierda mill-votanti Nazzjon- alisti, b'sehem akbar tal-ewwel grupp jgħidu li ma jivvutawx. Il-mistoqsija politika ewlenija li toħroġ mill-istħar- riġ hija jekk il-fiduċja relattivament għolja f 'Abela tistax eventwalment tin- bidel f 'vot għall-PL kif ġara qabel l-aħħar elezzjoni, jew jekk l-astensjoni akbar fost il-votanti Laburisti hijiex l-ewwel pass lejn ċaqliq ikbar lejn il-PN. Fatt kurjuż fl-istħarriġ hu li 7% tal-votanti preżenti tal-PN għandhom iktar fiduċja f 'Ab- ela milli f 'Borg. Min-naħa l-oħra kważi 3% tal-votanti preżenti Laburisti għandhom iktar fiduċja f 'Alex Borg. Lil min jafdaw dawk li bħalissa jgħidu li mhux se jivvutaw Kif jivvutaw dawk li fl-elezzjoni ta' Mejju 2026 ivvutaw għall-PL Kif jivvutaw dawk li fl-elezzjoni ta' Mejju 2026 ivvutaw għall-PN

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 11 October 2026