Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547078
aħbarijiet IL-ĦADD 11 T'OTTUBRU 2026 • illum 04 'Bla saħħa, poġġejt fuq ġebla u assorbejt ir-realtà' JAELLE BORG Meta fl-aħħar wasal fl-Everest Base Camp, ma kienx hemm ċelebrazzjoni kbira jew xi diskors ippjanat minn qabel. Kien hemm biss għeja kbira, ġebla fejn seta' joqgħod, u it ħin biex jiem x'kien għadu kemm wettaq. "Sempliċiment bla saħħa," jgħid Spiteri bi tbissima meta mistoqsi x'kien l-ewwel ħsieb li għaddielu minn moħħu. Imbagħad il-mument beda jsir realtà. "Poġġejt fuq ġebla, nistrieħ u nassorbi r-realtà, li rnexxieli nasal u rnexxieli nilħaq ħolma li dejjem kelli." Iżda l-wasla ma kinitx biss it-twettiq ta' ambizzjoni person- ali. It-track tiegħu kellu miegħu messaġġ usa': li wara t-terroriżmu u l-kriminalità hemm ħafna aktar vittmi milli jidhru fl-ewwel daqqa t'għajn. Il-vjaġġ lejn Everest Base Camp poġġa lil Spiteri wiċċ imb wiċċ ukoll mal-limiti tiegħu stess. Hu jgħid li qatt ma wasal f 'punt fejn emmen li ma kienx se jirnexx- ilu jasal. Jaf, jgħid, kemm jista' jkun "rasu iebsa" meta jkun determinat. Dan minkejja li t-temp kien diġà waqqaf gruppi oħra qablu, li kell- hom iduru lura. Fil-fatt, skont Spiteri, hu kien l-ewwel persuna tal-istaġun li rnexxielha tilħaq l-Everest Base Camp fost dawk li kienu qed jagħmlu t-track permezz tal-kump- anija li pprovdietlu l-assistenza tal-gwidi u x-Sherpas. Il-fiduċja li kien se jasal, iżda, ma tfissirx li l-vjaġġ kien faċli. "Kien hemm mumenti kważi kuljum li spiċċajt bla saħħa," jgħid. U kien proprju hemmhekk li l-isfida bdiet tinbidel minn waħda purament fiżika għal waħda men- tali. "Trid tikkonvinċi lill-ġisem li huwa kollox mentalment, u meta jirnexxilek tegħleb dik il-barriera, tiskopri kemm inti kapaċi tagħmel ħafna affarijiet." Sigħat ta' tlajja' u borra ta' tliet piedi Fost l-agħar jiem, Spiteri jsemmi t-tieni u r-raba' jum tat-track, meta għal sigħat sħaħ il-mixja kienet tikkonsisti fi tlajja' twal u wieqfa. Iżda s-seba' jum ġab miegħu sfida differenti. F'altitudni dejjem ogħla, fejn il-livell tal-ossiġnu jibda jinħass sew, it-trackers kellhom jaffaċċjaw ukoll borra fonda madwar tliet piedi. Qabilhom intbagħtu yaks biex jiħu passaġġ u jagħmlu r-rotta it aktar aċċessibbli. Xorta waħda, jgħid Spiteri, it-telgħa baqgħet "wieqfa, perikoluża u diffiċli ħafna". L-ikel filgħodu, f 'nofsinhar u filgħaxija kien jagħtih l-enerġija meħtieġa, iżda meta tkun ilek sigħat tiela' mingħajr waqfien, l-akbar battalja ma tibqax fir-riġlejn. Tibda fil-moħħ. F'dawk il-mumenti, Spiteri kien inaqqas id-dinja ta' madwaru għal ħaġa waħda biss: il-pass li jmiss. "Kont niffoka moħħi fuq pass wara pass wara pass," jgħid. Mhux fuq kemm kien għad fadallu. Mhux fuq is-sigħat li kien għad irid jimxi. Biss fuq il-pass ta' quddiemu. "Ma tkunx lest meta tkun għajjien, imma meta tkun wasalt" Fl-istess ħin, jgħid li d-deter- minazzjoni ma tfissirx li wieħed jinjora lill-ġisem. Kien importanti li jsib bilanċ bejn li jimbotta lilu nnifsu u li jagħraf meta għandu jieqaf għal it biex jistrieħ u jevita injury. Iżda mbagħad kellu jerġa' jikkon- vinċi lilu nnifsu biex ikompli. "Trid tikkonvinċi lilek innifsek li tkun lest mhux meta tkun għajjien iżda meta tkun wasalt. Keep going, slow and steady." F'dawk l-altitudnijiet, anke n-nifs innifsu jsir xi ħaġa li wieħed ma jistax jibqa' jieħu for granted. Spiteri jgħid li l-esperjenza għamlitu konxju ħafna aktar ta' kemm il-ġisem irid jaħdem f 'dawk il-kundizzjonijiet. Jiddeskrivi kif kull it nifsijiet hemm fuq iħossu- hom bħallikieku jagħtuk dak li nor- malment jieħu minn nifs wieħed f 'altitudni aktar baxxa. Meta ma tarax fejn se tispiċċa t-triq quddiemek, jgħid, tinħoloq ġlieda kostanti bejn is-saħħa fiżika u dik mentali. L-Everest urietu wkoll kemm nieħdu affarijiet sempliċi for granted Iżda l-vjaġġ ma għallmux biss dwar kemm seta' jimbotta lilu nnifsu. Il-ħajja fost il-komunitajiet tax-Sherpas wasslitu biex iħares b'mod differenti lejn il-kumditajiet li ħafna jqisu bħala parti normali mill-ħajja ta' kuljum. Internet. Mobile network. Ilma. Elettriku. Toilet paper. Shower sħun. Affarijiet ordinarji f 'Malta, iżda mhux bilfors hemmhekk. Spiteri jirrakkonta kif f 'ċer- ti komunitajiet l-ilma jittieħed mix-xmajjar u jitgħalla, filwaqt li l-elettriku ġej minn solar panels li jiċċarġjaw batteriji biex jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi filgħaxija. Toilet jew shower wieħed jew tnejn jaf ikollhom jinqasmu minn binja sħiħa, filwaqt li shower sħun u internal heating "kważi ma jeżistux". Anke l-ikel u l-ilma tax-xorb jintużaw b'attenzjoni kbira. Ftit li xejn jinħela, għax kull provista ġdida trid tasal hemm b'xi mod — ħafna drabi fuq dahar persuni jew yaks li jimxu kilometri sħaħ iġorru l-merkanzija. Għal Spiteri, il-kuntrast kien qawwi. "Irrealizzajt kemm aħna nies materjali u dipendenti fuq ċerti af- farijiet," jgħid. "Meta tara komunita- jiet sħaħ ta' Sherpas jgħixu sempliċi u b'riżorsi skarsi ħafna, tirrealizza kemm aħna għandna ħajja aktar faċli." Il-mixja tispiċċa, iżda l-messaġġ jibqa' Issa li wasal fejn ried jasal, Spiteri ma jistenniex li kull persuna li segwiet il-vjaġġ tiegħu tiakar kull informazzjoni jew kull messaġġ li pprova jaqsam matul l-inizjattiva. Jittama, iżda, li jibqa' ħsieb wieħed. Meta jseħħ attakk terroristiku — jew anke reat ieħor — in-numru ta' vittmi mhux dejjem jieqaf mal-per- suna li tkun intlaqtet direttament. Warajha jista' jkun hemm familja. Ħbieb. Xhieda. Komunità. First responders. Persuni li jkollhom jgħixu mal-konsegwenzi ta' dak li raw jew esperjenzaw ħafna wara li l-aħbar tkun għaddiet. "Wara kull attakk, kemm mit-ter- roriżmu kif ukoll minn kwalunkwe reat ieħor, jaf ikun hemm ħafna aktar vittmi milli wieħed jippreten- di," jgħid Spiteri. U wara ġranet sħaħ jimxi lejn wieħed mill-aktar postijiet remoti u diffiċli fid-dinja, dik hija l-idea li jixtieq iġib lura miegħu. "It-terroriżmu u l-kriminalità m'għandhomx fruntieri ta' pajjiżi," jgħid. "U lanqas għandu jkollha l-kom- passjoni." IS-SURĠENT RYAN SPITERI JASAL FL-EVEREST BASE CAMP NOTA TA'INTENZJONI Isem tal-kumpanija: Malta Elite Services Ltd Numru tar-registrazzjoni: C 95066 Olga Mykolayivuna Dimech, direttici ta Malta Elite Services, u l-persuna kompetenti Paul Camilleri, jiddikjaraw l-intezjoni taghhom biex il-kumpanija tirregistra ghal licenzja ta' Agenzija ghall-lngagg ta' Persuni ghax-Xoghol kif mitlub mill-Avviz Legali 270 tal-Employment and Industrial Relations Act (Kap 452) tal-2023. L-attivitajiet li hi l-intenzjoni li jibdew isiru:jiffokaw li jipprovdu haddiema li jkunu ghad-dizpozizzjoni ta' terzi, li jinkludu servizzi ta' xoghol temporanju li jinvolvi ingagg ta' haddiema ghal terzi it-terzi jkunu responsabbli li jassenjaw xoghol ghal dawn il-haddiema temporanji servizzi mghoddija lil haddiehor li jinvolvi provediment ta'haddiema lil terzi servizzi ta' sigurta jew tindif li jinvolvi ingagg ta' haddiema lil terzi l-agenzija tinkludi kuntratturi, sotto kuntratturi, supervizjoni, immaniggar u kontrolli tal-haddiema jew tenders tal-Gvern. Indirizz tan-negozju: Agora Business Centre Level 2, Valley Road, MSIDA MSD 9020. Indirizz registrat tal-kumpanija: Time Square, Flat 5, Triq il-Kultellazz Sqaq Nru 1, il-Mosta. AVVIŻ TA' INTENZJONI B'dan qed jingħata avviż li Sennette Lam, li topera taħt l-isem kummerċjali Flash Talent, biħsiebha tapplika lid-Direttur tad- Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg (DIER) għal liċenzja sabiex topera bħala Aġenzija tal-Impjieg li tipprovdi servizzi ta' reklutaġġ mill-fond li ġej: SOHO Office Space Punchbowl Centre Triq Elia Zammit San Ġiljan, STJ 3154 Malta L-attività proposta tal-aġenzija tal-impjieg se tikkonsisti fil-provvista ta' servizzi ta' reklutaġġ, inkluż li tlaqqa' u tqabbel persuni li jkunu qed ifittxu impjieg ma' opportunitajiet ta' xogħol disponibbli. Dan l-avviż qed jiġi ppubblikat b'rabta mal-applikazzjoni maħsuba għal Liċenzja ta' Aġenzija tal-Impjieg. Sennette Lam - topera bħala Flash Talent Is-Surġent Ryan Spiteri wettaq l-isfida tiegħu biex iqajjem kuxjenza dwar il-vittmi tat-terroriżmu

