Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547078
05 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 11 T'OTTUBRU 2026 Il-Gvern jgħid li għadu prematur biex jagħti aktar dettalji KREDITI TAL-BOLLA GĦAL ŻGĦAŻAGĦ F'RIABILITAZZJONI JAELLE BORG Il-Gvern għadu mhux f 'pożizzjo- ni li jagħti dettalji dwar il-miżura proposta ġdida li permezz tagħha żgħażagħ bi problemi fl-imġi- ba, li jkunu għaddejjin minn programm ta' riabilitazzjoni fuq ordni tal-Qorti, se jingħataw sa sentejn ta' krediti tal-bolla. Minkejja li l-miżura diġà tħabbret mill-Prim Ministru Robert Abela, għadhom mhux magħrufa l-krit- erji preċiżi ta' min se jkun eliġibbli, kemm se tiswa lill-Istat u jekk id-deċiżjoni kinitx ibbażata fuq xi studju jew analiżi tal-impatt tagħha. Bi tweġiba għal sensiela ta' mistoqsijiet mibgħuta minn din il-gazzetta, l-Uffiċċju tal-Prim Min- istru (OPM) qal li f 'dan l-istadju għadu prematur li jingħata aktar tagħrif dwar il-miżura, li mistenni- ja tiġi introdotta fil-Budget li jmiss. Il-Prim Ministru ħabbar il-proposta fl-4 ta' Ottubru, waqt id-diskors tiegħu fl-għeluq tal-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista. Il-miżura, li tifforma parti mill-manifest elettorali tal-partit, għandha l-għan li tgħin liż-żgħażagħ jerġgħu jintegraw fis-soċjetà, filwaqt li jkollhom l-op- portunità jitħarrġu f 'sengħa. Dil-gazzetta staqsiet jekk sarx xi studju, impact assessment jew analiżi ta' politika qabel ittieħdet id-deċiżjoni, iżda l-OPM ma tax tweġiba speċifika dwar jekk twet- taqx dan ix-xogħol. Lanqas ma ġiet identifikata xi evidenza jew data li l-Gvern seta' kkunsidra fit-tfassil tal-miżura. Dwar jekk kienx hemm kon- sultazzjoni ma' professjonisti fil-qasam tar-riabilitazzjoni, il-probation, il-kriminoloġija jew is-servizzi soċjali, l-OPM qal li miżuri bħal dawn spiss jitfasslu wara suġġerimenti jew rakkoman- dazzjonijiet mingħand il-pubbliku u l-għaqdiet. "Miżuri bħal dawn spiss isiru fuq suġġerimenti jew rakkoman- dazzjonijiet tal-pubbliku jew għaqdiet waqt laqgħat li l-Gvern ikollu kontinwament, waqt li fit-twettiq tal-miżura l-Gvern jikkonsulta skont il-bżonn," qal l-OPM. Madankollu, ma ġewx indikati entitajiet jew professjonisti partikolari li ġew ikkonsultati dwar din il-proposta. L-eliġibbiltà u l-pensjoni futura Waħda mill-kwistjonijiet li għad- hom mhux ċari hija jekk il-krediti tal-bolla humiex se jingħataw biss lil dawk li jtemmu b'suċċess il-pro- gramm ta' riabilitazzjoni, jew jekk hux se jkunu jistgħu jibbenefikaw minnhom ukoll persuni li ma jlestux il-programm kollu. Il-Gvern lanqas ma spjega kif dawn il-krediti se jiġu kkunsidrati għall-finijiet tal-pensjoni futura taż-żgħażagħ involuti, u jekk humiex se jitqiesu bl-istess mod bħal kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali mħallsa waqt l-impjieg. Fost il-mistoqsijiet li baqgħu mingħajr tweġiba hemm ukoll jekk il-krediti humiex se jkunu akkredi- tati b'mod permanenti, jekk hux se jkun hemm xi obbligu ta' kon- tribuzzjoni addizzjonali aktar tard, u kemm hi stmata li se tkun l-ispiża annwali għall-finanzi pubbliċi. Mhux magħruf ukoll jekk il-miżura hix se tapplika għal kull tip ta' riabilitazzjoni ordnata mill-Qorti jew għal program- mi speċifiċi biss, u kif il-Gvern beħsiebu jiddefinixxi l-kategorija ta' żgħażagħ bi problemi fl-imġiba. Il-Gvern ma jeskludix li l-miżura titwessa' Il-gazzetta staqsiet ukoll għaliex il-proposta tiffoka fuq żgħażagħ li jkunu qed jagħmlu riabilitazzjoni fuq ordni tal-Qorti, u kif il-Gvern ikkunsidra s-sitwazzjoni ta' per- suni li jfittxu l-għajnuna u jidħlu fi programmi ta' riabilitazzjoni minn jeddhom. Għalkemm l-OPM ma spjegax ir-raġuni għal din id-distin- zjoni, indika li l-Gvern jista' jikkunsidra li jestendi l-miżura fil-futur. "Kif jiġri spiss meta jitħabbru miżuri ġodda, il-Gvern jikkun- sidra kull possibbiltà ta' twessigħ, jekk mhux fl-immedjat, fis-snin ta' wara," qal l-OPM. L-Uffiċċju tal-Prim Ministru sostna li l-għan ewlieni tal-miżu- ra huwa li tagħti opportunità ġdi- da lil persuni li jkunu għaddejjin minn dawn id-diffikultajiet. "L-iskop huwa li tgħin persuni bi problemi bħal dawn li jbiddlu ħajjithom, fejn dan ikun pos- sibbli, u jintegraw b'mod effettiv fis-soċjetà u fid-dinja tax-xogħol," qal l-OPM.

