Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547078
13 arti u kultura IL-ĦADD 11 T'OTTUBRU 2026 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Wied Dalam jerġa' jieħu l-ħajja bħala spazju aħdar ġdid f 'Għar Dalam Wara xogħlijiet estensivi ta' restawr, Wied Dalam ġie ttrasformat fi spazju ġdid għall-esplorazzjoni u l-iskoperta, li għall-ewwel darba qed jilqa' lill- viżitaturi bħala parti minn esperjenza mtejba f 'Għar Dalam u l-Mużew f 'Birżebbuġa. Il-wied irrestawrat juri b'mod aktar ċar ir-rabta qawwija bejn l-għar, il-pajsaġġ ta' madwaru u l-wirt naturali u preistoriku ta' Malta. Fil-qalba tal-proġett ta' riġenerazz- joni kien hemm ir-restawr ekoloġiku tal-wied, li jkopri madwar 2,650 metru kwadru. Sforz ewlieni biex jintlaħaq dan l-għan kien ir-restawr tal-ħitan tas-sejjieħ tradizzjonali — eżempju ta' wirt nazzjonali protett — flimk- ien mat-tneħħija sistematika ta' speċi invażivi u t-tħawwil ta' pjanti indiġeni mkabbra minn żerriegħa lokali. Megħ- jun b'sistema ta' tisqija bit-taqtir biex jiġi żgurat li l-pjanti mħawla jibqgħu ħajjin tul dawn l-istadji bikrija, dan il-pajsaġġ imġedded issa jista' joffri kenn lill-għas- afar, ir-rettili u l-insetti indiġeni, u jħeġġiġhom jirritornaw u jiffjorixxu. L-aċċessibbiltà fil-wied tjiebet b'mod sinifikanti wkoll, prinċipalment permezz tat-tneħħija ta' materjali perikolużi, fost- hom briks u terrapien. Dan ippermetta l-ħolqien ta' rotta sigura għall-viżitaturi, imsebbħa b'mogħdijiet imdawra b'ġebel tas-sejjieħ. Matul ix-xogħlijiet, is-sini- fikat storiku, ambjentali u ekoloġiku tal- wied ġie mħares b'reqqa kbira — inkluż il-wirt industrijali, fejn pajpijiet tal-fuel tan-NATO mqiegħda fis-snin ħamsin inżammew u ġew integrati fil-proġett. Dawn l-ispazji rrestawrati joffru lill-viżitaturi ambjent mimli paċi fejn jistgħu jitwaħħdu mal-pajsaġġ trank- will ta' madwar Għar Dalam. Bankijiet tal-injam u librerija fil-miftuħ jistiednu lill-viżitaturi biex jieqfu ftit, jesploraw, u jgawdu l-ħemda tal-post, filwaqt li japprezzaw aktar il-valur ta' dan is-sit tassew speċjali, li fih insibu fost l-eqdem evidenza ta' ħajja u preżenza umana fil-Gżejjer Maltin. Bħala estensjoni tal-esperjenza tal-viżitatur f 'Għar Dalam, id-dħul għal dan l-ispazju ġdid huwa bla ħlas għat-tfal u l-anzjani kollha li għand- hom il-Passaport tal-Istudenti jew il-Passaport tal-Kbar ta' Heritage Malta, li jinkludi wkoll id-dħul għal żewġ adulti li jakkumpanjawhom. B'inizjattivi bħal din, Heritage Malta qed tkomp- li tagħmel il-wirt kulturali u naturali għani tal-gżejjer tagħna aċċessibbli għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin.

