Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547078
15 kotba IL-ĦADD 11 T'OTTUBRU 2026 • illum Miġjuba mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Fil-paġna letterarja tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għal dil-ġimgħa, Christopher Cutajar joħodna għal vjaġġ fil-ħajja tal- artist John Martin Borg bil-ktieb tiegħu The Watercolours. L-artist Malti li pinġa l-pajsaġġi, iżjed milli n-nies Dan il-ktieb li qed inġib quddiemek illum huwa wieħed minn dawk li mdorrijin insejħulhom 'kotba tas-salott'. Dan għaliex jippreżentawlna katalgu viżwali ta' bosta pitturi tal-artist John Martin Borg, li jkopru bejn l-1988 u l-2005. Fl-ewwel għoxrin sena tal-vjaġġ artistiku tiegħu ra li jipperfezzjona l-ħila tiegħu li jqaxxar il-pajsaġġ Malti, inkluż ix-xeni tal-baħar li jidhru mix-xtajtiet tagħna. 'Il quddiem intefa' jesperimenta bl-astratt, li wasslu biex iwaħħdu wkoll ma' suġġetti reliġjużi. Kotba bħal dawn jgħinuna nap- prezzaw il-vjaġġ personali tal-artist, b'tali mod li fuq it-tila ma nsibux biss it-teknika tiegħu, iżda anke t-tiġrib u t-taqbid per- sonali. Bis-saħħa tal-istudju li nsibu f 'dan il-ktieb, miktub mill-mibki Emmanuel Fiorentino, nistgħu nimu bl-imħabba għall-arti mit-tfulija tal-artist. Niskopru minn fejn ġab it-tnebbiħ tiegħu, bħal ngħidu aħna l-artisti Ingliżi Edward Seago u John Blackley, kif ukoll l-Amerikan Charles Reid. Il-ktieb e Watercolours ippubblikat minn Midsea Books fl-2005 joffrilna kuntest sħiħ biex nimu aħjar x'hemm wara d-daqqiet tal-pinzell tal-art- ist. Waħda mill-ewwel ħwejjeġ li nimu dwar l-artist hija kif fi tfulitu bata biex iħossu parti mis-sistema skolastika, hekk kif fil-bidu sab diffikultajiet jikteb u jaqra. Minkejja dan, ta' disa' snin kien premjat bħala wieħed mir-rebbieħa ta' kompe- tizzjoni nazzjonali tal-arti fl-iskejjel. Din id-diffikultà fit-tagħlim tal-iskola baqgħet tkiddu sa meta ġie biex jagħti l-'O' Levels, hekk kif l-ewwel riżultati li kien ġab ma kinux sodisfaċenti. Iżda mbagħad ra kif għamel biex kiseb l-eżamijiet li kellu bżonn, daħal il-Kulleġġ Ġan Franġisk Ab- ela u minn hemm baqa' miexi biex gradwa mill-Università bħala spiżjar. Il-fatt li fil-perjodu tal-iskola obbligator- ja ma kienx għal qalbu għax kien iħossu maqtugħ mill-bqija, nisslet fih l-idea li hu ma jappartjenix għall-bqija. Dan jixhduh il-pitturi tiegħu li fil-maġġorparti huma pajsaġġi li ma jinkludux nies. Fl-istess waqt meta tara pitturi tiegħu li jġibu l-festa ta' Santa Liena, f 'Birkirkara, li kienet għal qalb missieru jew dik ta' San Duminku, fil-Belt Valletta, tgħid li kien ikun aħjar li pitter iżjed xeni mimlija bin-nies. Għall-arja John Martin Borg tkisser fit-teknika tal-akkwarelli fil-perjodu bejn l-1978 u l-1986. Sa dak iż-żmien ħass li wasal f 'punt li kiseb il-ħakma li xtaq b'dan il-mezz. Kien ukoll perjodu fejn l-artist kellu tlett itfal żgħar u l-ansjetà bdiet tagħmel tagħha. It-tabib tal-familja kien issuġġerielu jqatta' iżjed ħin barra biex itaffi mit-tensjoni. Kif jgħid il-Malti, 'kull deni ħudu b'ġid', hekk kif beda jqatta' iżjed ħin barra jipperfezzjona t-teknika tiegħu, bl-appoġġ ta' martu Doris. F'dawn il-mawriet fuq barra biex ipitter dak li jara, daqqa kien ikun waħdu, daqqa mal-familja u xi minn daqqiet ma' artisti oħra. Infatti kellu l-okkażjoni jaħdem fil-qrib ma' Giuseppe Arcidiacono (1908-1997), meqjus fost l-iprem artisti li produċiet Malta għall-użu tal-akkwarelli. Din it-teknika en plein air użata wkoll mill-Impressjonisti, għandha d-diffi- kultajiet prattiċi tagħha hekk kif espressi mill-artist innifsu. It-temp tagħna jġib miegħu ħafna riħ, li jaf ifixkel il-ħila tal-artist li joħroġ b'biċċa xogħol kif mixtieqa. Dan esprimieh dwar pittura li kien għamel fis-sena 2000 tax-xena taċ-Ċittadella f 'Għawdex, hekk kif kien għaddej bil-karozza minn Kerċem u ma ħassx li xena bħal dik seta' jħalliha taħrablu minn idu. Mistiku Mhux it-temp biss kapaċi jikser id-devozzjoni tal-artist li jfittex li jpitter għall-arja. Fl-2004 wara nofstanhar ipitter, għadda min-Nadur u lemaħ ix-xena sabiħa tal-fliegu b'Kemmuna tifred il-gżejjer il- kbar tal-arċipelagu. Filwaqt li l-artist kien ħerqan biex jaqbad dik l-atmosfera mistika tas-sħab u d-dawl li jgħaddi minnhom, waqaf ħdejh wieħed li kien irtira mill-Ar- mata Ingliża. Dan ma riedx jieqaf jgħid waqt li kien ipitter u telliflu l-konċentrazz- joni kollha! L-effett mistiku huwa wieħed mill-isbaħ elementi fil-pitturi ta' Borg. Din it-teknika hija msejħa wet-in-wet fil-watercolours, hekk kif il-pittur jitfa' pinzellati ġodda fuq sfond li jkun għadu frisk. B'hekk joħloq at- mosfera fejn l-arja li tidher fil-pittura min- nha nfisha tnaqqas miċ-ċarezza tad-dettall u toffri togħma misterjuża. Importanza lill-istudju Tinduna kemm Borg jagħti importan- za kbira lill-istudju. Dan nimuh meta jwasslilna t-Trinità mhux fil-forma li aħna mdorrija biha, tal-Mulej bħala xiħ, Kristu u l-Ħamiema. Minflok jagħmel rappreżen- tazzjoni li tixbah lill-ikonografija Ortodos- sa. Din imnebbħa mir-rakkont ta' Abram meta deherlu l-Mulej ħdejn il-balluta ta' Mamrè fil-forma ta' 'tlett irġiel weqfin quddiemu' (Ġenesi 18, 1-15). Bħall-artist Russu Andrei Rublev fil-bidu tas-seklu ħmistax, Borg ukoll iwasslilna t-Trinità fil-forma ta' tliet anġli. Waħda mill-isbaħ pitturi li nsibu f 'dan il-ktieb b'rabta mat-tema reliġjuża hija dik ta' Santa Tereża ta' Lisieux. Il-ħila li biha Borg jagħtina l-ilwien skuri tad-dulur u jittrasformahom f 'ward sabiħ bix-xewk f 'idejha, turi wkoll l-istudju bir-reqqa li jkun hemm wara l-pittura, qabel it-tmellisa tal-ewwel pinzellata fuq it-tila. Turija Mal-milja tiegħu l-artist irnexxie- lu jingħaraf kemm mill-ħakma tiegħu tal-akkwarelli, kif ukoll għall-mod sofistikat li bih iwasslilna suġġetti reliġjużi. L-ammont ta' wirjiet li kellu kemm għal rasu u anke ma' artisti oħrajn tawh l-istat- ura li jgawdi minnha. Pitturi minn tiegħu ġew esebiti fir-Renju Unit, il-Ġermanja u l-Emirati Għarab Magħquda, filwaqt li oħrajn ingħataw b'rigal lil dinjitarji li żaruna. Ktieb bħal dan huwa turija tal-valur tal-kontribut li John Martin Borg joffri, għall-vjaġġ artistiku ta' pajjiżna.

