Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547168
aħbarijiet IL-ĦADD 18 T'OTTUBRU 2026 • illum 04 "Jien qtilthom," qal John Cassar lill-Pulizija, bla ma kien jaf li missieru kien għadu ħaj BE EXCLUSIVE BE EXCLUSIVE BE EXCLUSIVE BE EXCLUSIVE BE EXCLUSIVE BE EXCLUSIVE BE EXCLUSIVE BE EXCLUSIVE BE EXCLUSIVE & DESIGN TRADEMARK REGISTER YOUR BEFORE YOU MAKE IT PUBLIC IL-GVERN TA' MALTA ·½ĊėþĤࢫn{§§࣒H̷̽ࢷࢫ§࣒½ėþöþŧ ĤࢫöþÌtHėėࢫĊėþėHt4 John Cassar allegatament stqarr mal-Pulizija li kien qatel liż-żewġ ġenituri tiegħu waqt in-negoz- jati li wasslu għall-arrest tiegħu, mingħajr ma kien jaf li missieru kien għadu ħaj, semgħet il-Qorti s-Sibt. "Tista' ma ssaqsini xejn fuq ommi u missieri, jien qtilthom," allegatament qal Cassar lil spettur tal-Pulizija waqt video call, hekk kif l-uffiċjali kienu qed jippruvaw jikkonvinċuh joħroġ mill-post fejn kien jinsab. Cassar, ta' 47 sena, tressaq il-Qorti s-Sibt akkużat bil-qtil ta' ommu, Mary Grace Cassar, u bl-attentat ta' qtil ta' missieru, John Cassar, waqt l-attakk li seħħ fir-res- idenza tal-familja fl-Imqabba nhar il-Ħamis, 15 ta' Ottubru. B'kollox huwa qed jiffaċċja disa' akkużi, fosthom li kkaġuna ġrieħi gravi lil missieru, reati relatati ma' theddid u vjolenza, pussess ta' eroi- na, u ksur ta' ordni ta' probation u ordni ta' trażżin. Fix-xhieda tiegħu dwar iċ-ċirkostanzi li wasslu għall-arrest, spettur tal-Pulizija spjega li nhar il-Ħamis, għall-ħabta tat-3pm, il- Pulizija ġiet infurmata li raġel kien ġie aggredit minn ibnu, li wkoll jismu John Cassar. Ir-raġel kellu turnavit imdaħħal f 'sidru Meta l-Pulizija waslet fir-resi- denza, sabet mara mixħuta mal-art bla ħajja, b'xalpa madwar għonqha u ferita kkawżata minn oġġett bil-ponta. Il-mara ġiet identifikata bħala Mary Grace Cassar, omm l-ak- kużat, u ġiet ikkonfermata mejta fuq il-post. Żewġha, li ġarrab ġrieħi serji fl-attakk, inizjalment kien fil-perik- lu li jitlef ħajtu, iżda minn dakinhar il-kundizzjoni tiegħu ġiet irrappur- tata bħala waħda stabbli. L-ispettur xehed li waqt li kien qed jassisti fl-investigazzjonijiet ġie avviċinat minn persuna li għaddi- etlu mowbajl li fuqu kien hemm video call mal-akkużat. Minn hemm bdew in-negozjati ma' Cassar, li dak il-ħin kien jinsab f 'residenza fis-Siġġiewi. L-ispettur mar fis-Siġġiewi, fejn komplew in-negozjati permezz ta' video call, bil-għan li Cassar joħroġ b'mod sigur mingħajr ma jitpoġġa f 'periklu hu jew xi uffiċjal tal-Pulizija. Kien f 'dan l-istadju li allegata- ment stqarr li kien qatel lil ommu u lil missieru. Skont l-ispettur, Cassar dak il- ħin kien għadu ma jafx li missieru kien baqa' ħaj mill-attakk. Fl-4.36pm, Cassar ħareġ minn jeddu mill-proprjetà u ġie arrestat. Matul is-seduta, Cassar deher għajjien ħafna, b'għajnejh jingħalqu u kultant jidher qisu qed jongħos waqt li l-ispettur kien qed jagħti x-xhieda tiegħu. Meta ġie mistoqsi jekk kienx jaf bl-akkużi miġjuba kontrih, huwa wieġeb b'"iva" ċara. Madankollu, deher inċert meta ġie biex jagħti xi dettalji personali, tant li fil-bidu ta età żbaljata qabel ma ġie kkoreġut mill-ispettur. Huwa dam ukoll jaħsibha qabel wieġeb li joqgħod is-Siġġiewi, filwaqt li qal lill-Qorti li jaħdem għal rasu. Meta ġie mistoqsi dwar il-ġeni- turi tiegħu u jekk kinux għadhom ħajjin, għall-ewwel wieġeb li kienu ħajjin, iżda mbagħad qal: "Nagħżel li ma nwieġebx." Meta ntalab iwieġeb għall-ak- kużi, Cassar qal: "Mhux ħa nwieġeb." Kien l-avukat tad-difiża tiegħu li wieġeb mhux ħati f 'ismu. Cassar inżamm arrestat. Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispetturi Colin Sheldon u Kurt Colombo Zahra, assisti- ti mill-avukata Kaylie Bonett mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. L-akkużat qed jiġi assistit minn avukat tal-għajnuna legali. John Cassar

