Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547433
03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 1 TA' NOVEMBRU 2026 Inqas Influwenza, Aktar Mumenti Għalik! influwenza.gov.mt Ħu t-tilqima miċ-Ċentri tas-Saħħa u Kunsilli Lokali. It-tilqima kontra l-influwenza tnaqqas ir-riskju ta' mard serju u kumplikazzjonijiet oħra. Għalik u għal ta' madwarek. Ir-residenti jridu bidliet fil-politika tal-ippjanar, mhux indħil f 'deċiżjonijiet individwali IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Is-Sindku David Schembri qal li l-Kunsill qed jaġġorna dossier imħejji minn esperti fil-wirt storiku, l-ippjanar u l-arkitettura tal-pajsaġġ, biex jitressaq sal-1 ta' Diċembru. Spjega li dossier simili kien tħejja bejn sitt u tmien snin ilu dwar applikazzjoni għall-istess żona. Għalkemm ir-rappreżentazz- jonijiet preċedenti għadhom validi, il-Kunsill iddeċieda li jaġġornahom. Schembri enfasizza li din il-ħidma kienet bdiet qabel il-protesta, li ddeskriva bħala paċifika. Qal li wara l-attività qatta' madwar 45 minuta jid- diskuti ma' wieħed mill-organ- izzaturi. Saħaq li mhux se jiċċensura lil ħadd milli jressaq oġġez- zjonijiet u li l-Kunsill għandu jirrappreżenta lir-residenti, mhux lill-iżviluppaturi, filwaqt li jżomm pożizzjoni imparzjali. Dalli: Il-bini fl-irħula żgħar ma jistax jibqa' jiżdied Meta din il-kamra tal-aħbarijiet ikkuntattjat lit-tim tal-komunika- zzjoni tal-Ministru Miriam Dalli għal kumment, intbagħat filmat tal-iskambju tagħha mar-residenti, bl-indikazzjoni li l-kumment kellu jittieħed minn dak il-filmat. Dalli sostniet li l-art inkluża fiż-żoni tal-iżvilupp permezz tar-razzjonalizzazzjoni tal-2006 għandha tkun biżżejjed u li ma jistax jibqa' jinbena blokk apparta- menti wara ieħor, partikolarment fl-irħula żgħar. Hija fakkret li l-ġnien li kien qed jiġi inawgurat inħoloq minn barriera li kien fiha madwar 20,000 metru kubu ta' radam. Madankollu, mistoqsija jekk kinitx se toġġezzjona għall-iżvilupp propost, Dalli spjegat li bħala min- istru ma tistax tindaħal fid-deċiż- jonijiet tal-Awtorità tal-Ippjanar. Hija qalet li tiem it-tħassib tar-residenti u wegħdet li se tkom- pli tinsisti fuq il-ħtieġa ta' bidliet, mhux biss fil-Parlament. Ir-residenti jridu azzjoni, mhux biss proġetti ta' tisbiħ Għall-grupp Leħen il-Qrendi, tkellem Joseph Mamo, fejn qal li l-protesta kienet għajta għall-għa- jnuna kontra dak li ddeskriva bħala żvilupp bla rażan. Ir-residenti sostnew li l-proġetti ambjentali ma jneħħux it-tħassib dwar it-telf ta' spazji miuħa, il-veduti tal-knisja parrokkjali u l-karattru storiku tar-raħal. Huma wissew ukoll dwar pressjoni akbar fuq l-infrastruttura u snin ta' trab, storbju u traffiku minħabba x-xogħlijiet proposti. Skont il-grupp, xi residenti saħansitra fittxew għajnuna medika minħabba t-tħassib li qed jikka- wżalhom il-prospett tal-iżvilupp. Filwaqt li apprezzaw li Dal- li waqfet tismagħhom, qalu li t-tweġibiet tagħha baqgħu ġenerali, mingħajr impenn konkret. Sal-ħin li taw il-kummenti tagħhom, ma kienet waslet l-ebda komunikazzjo- ni oħra mill-Ministru jew mill-aw- toritajiet. Il-grupp saħaq li mhux qed jitlob indħil f 'deċiżjonijiet individwali, iżda bidliet fil-politiki tal-ippjanar. Din l-Art Ħelwa: Il-karattru tal-irħula qed jintilef Patrick Calleja minn Din l-Art Ħelwa qal li l-iżvilupp propost fil-Qrendi, madwar 80 metru mill-knisja parrokkjali, huwa wieħed minn diversi każijiet madwar Malta u Għawdex fejn bini ta' ħames sulari fit-truf taż-żoni ur- bani ta' konservazzjoni qed ibiddel il-karattru tal-irħula. Huwa wissa li blokok kbar qed ifixklu l-veduti tal-knejjes u l-profil storiku tal-lokalitajiet, filwaqt li osserva li qed jiżdiedu l-għaqdi- et tar-residenti li qed jingħaqdu biex jiddefendu l-wirt ta' rħula tagħhom. Il-knisja tal-Qrendi tinsab ftit metri biss 'il bogħod mill-farmhouse tas-seklu 19 li tidher fuq quddiem fir-ritratt u li hija ppjanata li tiġi żviluppata mill-ġdid

