MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 8 November 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547511

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

www.illum.com.mt NRU 1037 €1.50 IL-ĦADD 8 TA' NOVEMBRU 2026 PAĠNI 6-7 L-iżbalji, is-silenzju u l-mistoqsijiet li ħalla l-każ ta' Lassane Cisse IKOMPLI F'PAĠNA 3 IKOMPLI F'PAĠNA 3 FRANCO DEBONO JIXXOKKJA B'KUMMENT FUQ VITTMA F'WHEELCHAIR FIL-QORTI Kumment mill-Avukat Franco Debono waqt seduta fil-Qorti qanqal rabja fil-familja ta' Moira Cauchi, li għaxar snin wara li ntlaqtet minn karozza għadha tbati l-konsegwenzi ta' inċident li bidlilha ħajjitha għal dejjem. "Se nibqgħu nġibu lil din il-mara f 'wheelchair il-Qorti?" Din kienet il-mistoqsija li għamel l-Avukat Franco Debono, li qed jidher għad-difiża ta' Renald Aquilina, waqt seduta fil-Qorti fil-każ ta' Cauchi. Kumment li, naturalment, qanqal rabja kbira min-naħa tal-vittma u tal-familja tagħha. Għall-familja Cauchi, li tara lil Moira jkollha taffaċċja proċeduri ġudizzjarji ripetuti hija tfakkira kontinwa tat-traġedja li ħakmet ħajjithom u tal-fatt li, għaxar snin wara, il-każ għadu ma wasalx fi tmiemu. L-inċident seħħ fis-16 ta' Settem- bru 2016, għall-ħabta tat-8.15pm, fi Triq ix-Xatt, f 'Tas-Sliema. Dakinhar, Moira kienet qed taqsam minn fuq zebra crossing, meta ttajret minn Peugeot misjuqa minn Aquilina, li skont il-provi fil-Qorti kien qed isuq b'veloċità ta' madwar 110 kilometru fis-siegħa f 'żona residenzjali, u kien qed juża l-karreġġjata riservata għall-karoz- zi tal-linja. Jo Etienne jevita li jwieġeb fuq in-numru ta' sodod u turisti Il-Ministru għat-Turiżmu Jo Etienne Abela jagħżel is-sarkażmu minflok iwieġeb għal xi mistoqsijiet dwar stqarrijiet li għamel il- kap tal-MHRA Din il-ġimgħa, il-Ministru għat-Turiżmu Jo Etienne Abela għażel li jkun sarkastiku minflok iwieġeb għal xi mistoqsijiet dwar tħassib serju li qed jitqajjem mis- settur li tiegħu hu responsabbli. Jo Etienne Abela Franco Debono qed jidher għal Renald Aquilina li skont il-provi fil-Qorti kien qed isuq b'veloċità ta' madwar 110 kilometru fis-siegħa f 'żona residenzjali meta tajjar lil Moira Cauchi Fil-qorti, Franco Debono jistaqsi jekk il-vittma Moira Cauchi - li spiċċat f'siġġu tar-roti - għandhiex tibqa' tidher il-Qorti, 10 snin wara li l-klijent tiegħu tajjarha fuq zebra crossing u kkawżalha diżabilità permanenti ta' 80%

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 8 November 2026