MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 15 November 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547582

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 15 TA' NOVEMBRU 2026 Abela jista' jikkontrolla l-Ministri tiegħu? IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Caruana qal li kien ilu snin iġorr il-kritika talli ġie meqjus bħala wieħed mill-arkitetti tal-mudell ekonomiku bbażat fuq il-ħaddiema barranin, minkejja li, skontu, kien wissa dwar il-konsegwenzi tiegħu. Huwa rrefera wkoll għal min allegatament qallu biex ir-rapport jaħarqu, iżda ma identifikax dan min kien. Ir-rivelazzjoni ta' Caruana fetħet kontroversja politika ġdida, speċjalment fid-dawl tal-miżuri fil-Budget 2027 dwar iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi. Iżda meta l-MP Nazzjonalista Adrian Delia talab li r-rapport jiġi ppubblikat fil-Parla- ment fil-11 ta' Novembru, Caruana wieġeb li huwa kien l-awtur tiegħu, iżda mhux sidu, u li ma kellux l-awtorità li jagħmlu pubbliku. Biex aktar tħawdu l-affarijiet, Robert Abela fi stqarrija minn Kastilja mbagħad qal li qatt ma kien ra dan ir-rapport. Dan iqajjem mistoqsijiet serji dwar min kien jaf x'kien qed jiġri, min warrab it-twissijiet u għaliex il- pajjiż kellu jistenna tmien snin biex jisma' dwar studju li kien jittratta problemi li llum jinsabu fiċ-ċentru tad-dibattitu nazzjonali. It-tieni episodju, dak ta' Malcolm Paul Agius Galea, huwa differenti fin-natura tiegħu, iżda daqstant ieħor żvela problemi ta' ġudizzju u kompetenza politika. Fid-diskors tiegħu waqt il-Malta Festival of Ide- as, li r-reġistrazzjoni tiegħu ħarġet fil-pubbliku fid-9 ta' Novembru, il-Ministru ddeskriva l-ewwel erba' xhur tiegħu fil-kariga bħala "trawmatiċi". Qal li, mill-esperjenza tiegħu bħala tabib, kien tgħallem iqis il-kreattività bħala xi ħaġa prużun- tuża u perikoluża ("presumptu- ous and dangerous"), u lmenta li fis-settur kulturali kulħadd jaħseb li huwa r-rigal t'Alla lid-dinja ("God's gi to the world"). Mhux biss. Huwa staqsa għaliex produzzjonijiet li jkollhom suċċess u jattiraw udjenzi għandhom bżonn finanzjament pubbliku, u insista li l-kreattività għandha topera fi ħdan ċerti normi ta' tajjeb u ħażin. Kummenti li qanqlu reazz- joni qawwija mill-artisti u mill-or- ganizzazzjonijiet kulturali, bi wħud jitolbu r-riżenja tiegħu. Abela kkundanna l-kummenti bħala insensittivi u qal li l-ar- tisti kellhom raġun iħossuhom diżappuntati. Madankollu, minflok neħħa lill-Ministru, iddefendieh billi qal li ma kellux intenzjoni ħażina. Agius Galea mbagħad ammetta li seta' għażel kliemu aħjar, iżda ċaħad l-idea li jirriżenja, u wiegħed li jwieġeb għall-kritika b'aktar ħidma għas-settur. Iż-żewġ każijiet ġabu lill-PN f 'pożizzjoni li minnha seta' jagħmel avvanzi politiċi. Fil-każ ta' Agi- us Galea, il-PN ħareġ jappoġġja lill-artisti u ddefenda l-libertà tal-espressjoni, permezz tal-kel- liema tiegħu Justin Schembri u Marilena Gauci. Fil-każ ta' Carua- na, Adrian Delia għamel pressjoni fil-Parlament biex ir-rapport jiġi ppubblikat. Madankollu, dawn ir-reazzjonijiet kienu u baqgħu biss reazzjonijiet. Il-PN falla milli jdawwarhom fi sfida politika organizzata u konvinċenti li tisfrutta l-kontradiz- zjonijiet tal-Gvern. U proprju hawn tinsab il-prob- lema l-oħra. Gvern li fih Ministru tal-Finanzi jidher li qed jisfida lill-Prim Ministru dwar il-passat ekonomiku tiegħu, u Ministru ieħor li jrid jiġi pubblikament imċanfar għall-mod kif jitkellem dwar is-settur li suppost imexxi, mhuwiex Gvern li qed juri direz- zjoni ċara. Il-kummenti attribwiti lil sorsi fil-PL, li jiddeskrivu lil Caruana bħala Ministru li qiegħed jisfida lil Abela u lil Agius Galea bħala wieħed li ma jafx x'inhu jgħid, juru kemm it-tensjonijiet interni jistgħu jkunu serji. L-akbar mistoqsija hija jekk għadx hemm viżjoni politika li tgħaqqad lil dan il-Gvern. U, sadanittant, il-PN qed jonqos milli jikkonvinċi li huwa alternattiva li kapaċi jisfrutta dawn in-nuqqasijiet u jippreżenta direzzjoni differenti għall-pajjiż. Alex Borg (fuq) naqas li jieħu vantaġġ politiku mill-kontradizzjonijiet tal-Gvern ta' Robert Abela Inqas Influwenza, Aktar Mumenti Għalik! influwenza.gov.mt Ħu t-tilqima miċ-Ċentri tas-Saħħa u Kunsilli Lokali. It-tilqima kontra l-influwenza tnaqqas ir-riskju ta' mard serju u kumplikazzjonijiet oħra. Għalik u għal ta' madwarek.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 15 November 2026