MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 22 November 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547681

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 15

opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 22 TA' NOVEMBRU 2026 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Ċans rari biex tiskopri l-istorja wara l-ħitan setgħana tal-Forti Delimara Illum, Heritage Malta se terġa' tiaħ il-Forti Delimara, wieħed mill-aktar siti magħluqa tagħha li jqanqlu interess, u se jsiru żjarat iggwidati kull siegħa, li jalternaw bejn il-Mal- ti u l-Ingliż. Mixruf fuq il-Ponta ta' De- limara, il-Forti Delimara kien jagħmel parti minn sensiela ta' fortifikazzjonijiet li kienu jħarsu l-Port ta' Marsaxlokk u li kienu jinkludu wkoll il-Forti ta' Tas- Silġ, il-Forti San Luċjan u l-Forti Bengħisa. Mibni bejn l-1876 u l-1884, il-forti għandu pjazza ewlenija mdaqqsa, kwartieri tas-suldati u għadd ta' passaġġi taħt l-art. Fost l-aktar attrazzjonijiet magħrufa li nsibu fil-forti hemm erba' kanuni rifled muzzle-load- ing oriġinali, li jiżnu 38 tun- nellata kull wieħed. Dawn ġew irrestawrati bir-reqqa, u huma l-uniċi eżemplari tax-xorta tagħhom fid-dinja li għadhom fuq il-karrijiet u l-pjattaformi oriġinali tagħhom fil-postijiet oriġinali tagħhom. Il-viżitaturi se jkunu jistgħu jaraw mill-qrib wieħed minn dawn il-kanuni straordinarji. Bis-saħħa ta' xogħlijiet esten- sivi ta' konsolidazzjoni u restawr minn Heritage Malta tul dawn l-aħħar snin, illum il-forti jista' jiġi esperjenzat fil-konfigurazz- joni sħiħa li kellu fl-1964, meta l-militar Ingliż temm l-operat tiegħu fih. It-tneħħija ta' elemen- ti miżjuda matul is-snin kixfet diversi karatteristiċi storiċi, fosthom il-ħajt tal-musketterija tal-1880, il-ħajt ta' wara d-di- fiża (parados) u l-art oriġinali tal-konkos. Aktar riċentement, il-bieb ewlieni tal-forti, li għan- du 145 sena, ġie irrestawrat kollu kemm hu fuq il-post, filwaqt li nżamm kemm jista' jkun mill-injam u x-xogħol fil-ħadid oriġinali tiegħu. Il-Forti Delimara se jkun miuħ mid-9:00am sal-5:00pm illum. Se jsiru tmien żjarat iggwidati, waħda kull siegħa, li jibdew bil-Malti u jalternaw mal-Ingliż. Sabiex kull min jattendi jkun jista' jgawdi ż-żjara bl-aħjar mod, il-postijiet huma limitati u jridu jiġu riservati minn qabel, minn kwalunkwe mużew jew sit ta' Heritage Malta jew online minn Fort Delima- ra - Heritage Malta. Mhux se jkun hemm biljetti għall-bejgħ mal-bieb. Iż-żjarat bil-Malti tal-11:00am huma riservati esklussivament għall-membri ta' Heritage Malta, li xorta waħda għandhom jibbukkjaw posthom minn qabel. Avviżi importanti għall-viżi- taturi: F'ċerti partijiet tal-forti, il-livell tal-art ivarja u għalhekk huwa importanti li l-viżitaturi jilbsu żraben komdi li huma tajbin għall-mixi. Is-sit jista' jkun ta' sfida għal min juża siġġu tar-roti, filwaqt li xi partijiet minnu jistgħu jkunu ta' sfida għal persuni li jbatu mill-klaw- strofobija. L-annimali mhumiex permessi fiż-żjarat iggwidati. Bis-saħħa ta' xogħlijiet estensivi ta' konsolidazzjoni u restawr minn Heritage Malta tul dawn l-aħħar snin, illum il-forti jista' jiġi esperjenzat fil-konfigurazzjoni sħiħa li kellu fl-1964

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 22 November 2026