MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 22 November 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547681

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

Xi snin ilu kont qrajt din il- frażi, naturalment f 'magażin dwar iċ-ċinema, "Hell hath no fury like a woman scorned". Din tfisser li mara tant tirrab- ja u tħossha intensa meta tiġi umiljata, skartata, mibdula, offiża b'mod gravi u anki traduta li tant tirribella ġo fiha stess li tiġiha leblieba ta' tpattija. Il-vendetta ta' mara tista' tittrasforma ruħha f 'di- versi modi, minn mezzi ċivili sa oħrajn li jikkawżaw wara riżultati serji u anki xi drabi fatali. Il-frażi li semmejt fil-bidu oriġinat mill-kittieb Ingliż ta' xogħlijiet tal-palk, William Congreve fir-reċta tiegħu tal-1697 The Mourning Bride. Wieħed malajr jinduna li hath hija kelma antikata (illum ngħidu "had") li tindika meta l-frażi nkitbet. Films bit-titlu ta' A Women Scorned ħarġu 5, fl-1911, 1915, 1979, 2025 u A Woman Scorned: The Betty Broderick Story (1992). Films b'xi forma ta' tpattija jew vendetta ilhom joħorġu minn Hollywood sa minn qabel is-snin 40. Naturalment, f 'dak iż-żmien il-vjolenza murija kienet tkun istantarja bħal tir wieħed ta' pistola, jew implikata u sseħħ minn wara l-kwinti fejn wieħed kien jissoponiha biss u ma jara xejn. Fid-diċennju ta' wara kienu l-Franċiżi li azzardaw aktar f 'dak li seta' jidher fuq il-liżar ċinematografiku. Aktar ma nersqu 'l quddiem, lejn is-snin 70 u 80, il-mara bdiet tidher aktar avventuruża u fuq tagħha ġo films ta' azzjoni qawwija u eċitanti; Sigourney Weaver kienet waħedha ġo vettura spazjali tikkumbatti mostru aħrax f 'Alien (1979), Karen Allen tat sehem sostan- zjali fl-avventuri ma' Indiana Jones (Harrison Ford) f 'Raiders Of The Lost Ark (1981), Linda Hamilton kellha battikata biex tiskappa minn robot terribbli f 'The Terminator (1984) u ieħor aktar sofistikat f 'Termi- nator 2: Judgement Day (1991), Angelina Jolie bbrillat bħala l-arkeoloġista Lara Croft u nis- ta' nkompli sejjer hekk. Dan ix-xenarju wassal biex is-sess femminil bdew jieħdu aktar poter kważi daqs l-irġiel u mill-Millennju 'l hawn bdew jeżerċitaw vendetta spjetata ġo films imlaqqmin "revenge movies". B'hekk bdew jirreaġixxu għall-vjolenza tas-sess maskili imposta fuqhom bl-istess man- jiera ta' tpattija ħarxa u ġieli krudili. Ħarġu ruxxmata kbira ta' produzzjonijiet dwar il-vendetta femminili, fil-bidu kienu bla kulur, però hawn se nikkonċen- tra l-iżjed fuq dawk ta' livell sostanzjali. Nibda mis-snin 40 u nsemmi l-ewwel The Little Foxes (1941). Mara ambizzjuża, Regina Hubbard Gidden (Bette Davis) flimkien mal-korrotti ħutha tikkawża tbatija u sofferenzi oħra bil-fissazzjoni tagħha li takkwista ġid kemm tiflaħ, tkun il-kaġun tal-mewt tat-twajjeb żewġha, tkun abbandunata mit-tifla tagħha Alessandra (Teresa Wright) u mħollija tiddispra waħedha. Sena qabel, l-istess Bette Davis li kienet tassew addattata għal xi parti ta' kattiva bħal f 'The Letter taħdem il-parti ta' Leslie Cros- bie, il-mara ta' maniġer Ingliż ta' pjantaġġjun tal-gomma fil-Malaja, toqtol raġel u ssostni li għamlet hekk biex tiddefendi ruħha. Bil-mod kif kienet kapaċi tikkontrolla ruħha kulħadd jaħsibha innoċenti. (Ta' min jgħid li Bette Davis kienet waħ- da mill-aqwa tliet nisa atturi ta' Hollywood ta' kull żmien). Ellen Brent (Gene Tierney), mara possessiva żżejjed ma tħalli lil ħadd jersaq viċin lejn żewġha Richard (Cornel Wilde) f 'Leave Her To Heaven (1945). Din in-natura possessiva tagħha ġġenninha u tagħmel suwiċidju biex titfa' l-ħtija fuq Richard. 14 films IL-ĦADD 22 TA' NOVEMBRU 2026 • illum Carmel Bonnici Meta mara timtela b'rieda ta' tpattija L-EWWEL PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 26˚Ċ L-INQAS: 19˚Ċ Temp Xemxi li jsir ftit imsaħħab Riħ Ħafif mill-Majjistral li bil-mod jiżdied għal ftit qawwi Viżibilità Tajba Baħar Ħafif li jsir ħafif għal moderat L-OGĦLA: 26˚Ċ L-INQAS: 19˚Ċ Temp Xemxi li jsir ftit imsaħħab Riħ Ħafif mill-Majjistral li bil-mod jiżdied għal ftit qawwi Viżibilità Tajba Baħar Ħafif li jsir ħafif għal moderat SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA The Little Foxes (1941) Leave Her To Heaven (1945)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 22 November 2026