MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 22 November 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547681

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 22 TA' NOVEMBRU 2026 F'10 snin, 43 tifel u tifla irritornaw minn mal-ġenituri għall-kura alternattiva Il-PL b'vantaġġ ekwivalenti għal madwar 11,979 vot IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Id-Direttorat qal li, għalkemm ma ltaqax ma' ħafna każijiet bħal dawn, kien hemm sitwazzjonijiet fejn ir-ritorn tat-tfal għand il-ġenituri tagħhom ma rnexxiex minħabba li reġgħu ġew esposti għal riskju. F'dawn il-każijiet, it-tfal kellhom jerġgħu jidħlu fil-kura alternattiva għall-protezzjoni tagħhom. Skont id-Direttorat, meta jiġri dan, jittieħdu passi biex it-tfal jingħataw permanenza fil-kura al- ternattiva, bil-għan li jkunu jistgħu jgħixu f 'ambjent sigur u stabbli. Waħda mill-kwistjonijiet li tqa- jmu mal-FSWS kienet dwar x'jiġri meta tifel jew tifla, wara li jkunu għexu ma' familja foster u jkunu reġgħu ngħaqdu mal-ġenituri bi- joloġiċi tagħhom, ikollhom jerġgħu jidħlu fil-kura alternattiva. Id-Direttorat spjega li meta r-riunifikazzjoni ma tirnexxix, jiġu kkuntattjati l-persuni li qabel kienu responsabbli mill-kura tat-tfal sabiex jiġi stabbilit jekk jistgħux jerġgħu jieħdu ħsiebhom. Dan jiaħ il-possibbiltà li t-tfal jerġgħu jirritornaw għand l-istess familja foster jew persuni li kienu jieħdu ħsiebhom qabel. Madankollu, id-Direttorat ma pprovdiex ċifri dwar kemm mit-tfal li kellhom jerġgħu jidħlu fil-kura alternattiva effettivament irritornaw għand l-istess persuni, u kemm kellhom jibdew jgħixu f 'ambjent differenti. Ir-rabtiet emozzjonali mat-tfal u l-familji foster Din il-gazzetta staqsiet wkoll dwar l-impatt emozzjonali fuq it-tfal meta jkollhom jitilqu minn familja foster li magħha jkunu żviluppaw rabtiet b'saħħithom, anke jekk ir-ritorn għand il-ġenituri bijoloġiċi jkun tqies fl-aħjar interess tagħhom. Fit-tweġiba tiegħu, id-Direttorat spjega li tfal li jgħixu fil-kura al- ternattiva jingħataw appoġġ minn professjonisti, fosthom psikologi, psikoterapisti u counsellors, sabiex jiġu indirizzati d-diffikultajiet li jistgħu jiffaċċjaw. Dawn il-professjonisti jkunu involuti wkoll fid-diskussjonijiet dwar ir-riunifikazzjoni, bil-għan li kwalunkwe deċiżjoni tittieħed fl-aħjar interess tat-tfal. Id-Direttorat sostna li qabel jiġi implimentat pjan biex tifel jew tifla jirritornaw għand il-ġenituri bi- joloġiċi tagħhom, jiġu kkunsidrati x-xewqat tagħhom, il-fehmiet tagħhom u kemm ikunu lesti għal din il-bidla. Il-foster carers ikunu involuti fil-proċess minħabba li jkunu jafu sew il-ħtiġijiet tat-tfal li jkunu qed jieħdu ħsiebhom. Dwar is-salvagwardji biex jitnaqqas ir-riskju li t-tfal jerġgħu jidħlu fil-kura tal-Istat, id-Diret- torat qal li qabel issir ir-riunifi- kazzjoni, il-familji bijoloġiċi jiġu marbuta ma' servizzi komunitarji u speċjalizzati. Dawn is-servizzi jibqgħu jip- provdu l-appoġġ tagħhom anke wara li t-tfal ikunu rritornaw jgħixu mal-familji. Id-Direttorat spjega wkoll li kull każ ta' tifel jew tifla fil-kura alter- nattiva jiġi evalwat biex tiġi esplo- rata l-possibbiltà li jerġa' jingħaqad mal-familja bijoloġika tiegħu. Din l-evalwazzjoni ssir kemm fil-każ ta' tfal li jgħixu ma' familji foster kif ukoll ta' dawk li jgħixu fi djar residenzjali jew komunitarji. Appoġġ għall-foster carers anke wara li t-tfal jitilqu Id-Direttorat sostna li l-foster carers ikunu infurmati sa mill-bidu li t-tfal li jkunu qed jieħdu ħsieb- hom jistgħu eventwalment jirri- tornaw għand il-ġenituri bijoloġiċi tagħhom, partikolarment fl-ewwel snin tal-kura alternattiva. Din il-possibbiltà tkun indirizza- ta wkoll fit-taħriġ li jingħata qabel persuna ssir foster carer. Matul il-proċess, il-foster carers jingħataw l-għajnuna ta' social worker biex ikunu jistgħu jipprepa- raw ruħhom għat-tranżizzjoni. Skont id-Direttorat, ir-riunifika- zzjoni ssir b'mod gradwali, filwaqt li l-familji foster jistgħu jingħataw ukoll appoġġ psikoterapewtiku matul il-proċess u wara li t-tfal ikunu telqu mill-kura tagħhom. Is-Servizz tal-Fostering jibqa' joffri appoġġ lill-familji foster anke wara li t-tfal ikunu ngħaqdu mill- ġdid mal-ġenituri bijoloġiċi. Minkejja l-appoġġ u l-proċeduri deskritti mid-Direttorat, iċ-ċifri parlamentari juru li r-riunifika- zzjoni mhux dejjem tkun waħ- da dejjiema, bi 43 tifel u tifla li fl-aħħar għaxar snin kellhom jerġgħu jidħlu fis-sistema tal-kura alternattiva wara li kienu rritornaw mal-familji tagħhom. IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Dan jindika li, għalkemm il-Labour żamm il-parti l-kbira tal-elettorat tiegħu, għad hemm sinjali ta' ċaqliq żgħir bejn il-partiti u ta' astensjoni. L-astensjoni fil-PL naqset minn Ottubru imma għadha ikbar minn dik fil-PN. Fil-fatt, il-PL żamm 91% ta' dawk li vvutawlu fl-aħħar elezzjoni, filwaqt li l-PN żamm 92.5% tal-votanti tiegħu. Madankollu, 7% tal-eks votanti Laburisti qed jgħidu li ma jivvutawx, kontra 5.3% tal-eks votanti Nazzjonalisti. B'kollox, 80.8% qalu li jivvutaw kieku kellha ssir elezzjo- ni llum, żieda minn 76% f 'Ottubru. L-istħarriġ jikkonferma wkoll il-qasma ġeografika tradizzjonali bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar. Il-PN għandu l-akbar vantaġġ tiegħu fir-reġjun tat-Tramun- tana tal-Port, fejn jikseb 42.5% kontra 33.3% għall-PL. Il-PN jinsab ukoll fuq quddiem fit-Tramuntana b'van- taġġ ta' 6.3 punti, filwaqt li f 'Għawdex għandu vantaġġ żgħir ta' punt wieħed. Min-naħa l-oħra, il-Labour igawdi minn vantaġġi sostanzjali fin-Nofsinhar. Fir-reġjun tax-Xlokk, li jinklu- di lokalitajiet bħal Ħaż-Żabbar, Marsaskala u ż-Żejtun, il-PL jinsab 26.8 punti quddiem il-PN. Fil-Port tan-Nof- sinhar il-vantaġġ Laburista huwa ta' 23 punt. Fil-Punent id-distakk jonqos għal 4.6 punti. Fuq il-fiduċja personali, il-Prim Ministru Robert Ab- ela għadu fuq quddiem b'44.4%, kontra 36.2% għall-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg. Id-distakk bejn it-tnejn huwa ta' 8.2 punti, għalkemm Borg żied il-fiduċja fih b'1.1 punti meta mqabbel ma' Ottubru. 19.4% qalu li ma jafdaw lil ebda wieħed mit-tnejn. L-istħarriġ juri wkoll differenzi skont is-sess u l-edu- kazzjoni. Il-PN għandu vantaġġ ta' 2.4 punti fost in-nisa, filwaqt li l-PL għandu vantaġġ ta' 10.2 punti fost l-irġiel. Fost dawk b'edukazzjoni terzjarja, il-PN jinsab 10.8 pun- ti fuq il-PL, filwaqt li l-Labour għandu l-vantaġġ qawwi fost dawk b'edukazzjoni primarja u sekondarja. L-istħarriġ sar bejn l-4 u d-19 ta' Novembru fuq kampjun ta' 847 persuna, b'marġni ta' żball ta' 3.4 punti perċentwali. Tfal li jgħixu fil-kura alternattiva jingħataw appoġġ minn professjonisti KIF QALU LI JIVVUTAW FIR-REĠJUN TAT-TRAMUNTANA TAL-PORT KIF QALU LI JIVVUTAW FIR-REĠJUN TAX-XLOKK PN PN 42.5% 25.6% 33.3% 52.4% PL PL

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 22 November 2026