MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 22 November 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547681

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 15

05 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 22 TA' NOVEMBRU 2026 Kważi 7,000 każ irreġistrat f 'sena waħda mid-dar. Il-fatt li l-vjolenza psikoloġika hija tant mifruxa juri kemm huwa importanti li l-għarfien dwar il-vjolenza domestika jmur lil hinn mill-feriti fiżiċi. Persuna tista' tkun qed tbati minn abbuż serju anki jekk ma jkollha l-ebda sinjal viżibbli ta' ġrieħi. L-età u n-nazzjonalità tal-vittmi L-akbar grupp ta' każijiet irreġistrati fl- 2025 kien dak ta' persuni bejn it-30 u d-39 sena, li ammontaw għal 28.5% tal-każijiet kollha. 24.1% oħra kienu jinvolvu persuni ta' 50 sena jew aktar. Din id-data turi li l-vjolenza domestika mhijiex problema li tolqot biss żgħażagħ jew koppji li jkunu għadhom kemm bdew relazzjoni. Tista' taffettwa persuni f 'diversi stadji tal-ħajja, inklużi dawk li jkunu ilhom snin twal f 'relazzjoni jew f 'ambjent familjari abbużiv. Fir-rigward tan-nazzjon- alità, 82% tal-każijiet kienu jinvolvu ċittadini Maltin. Madankollu, il-persentaġġ ta' persuni barranin kien ogħla f 'ċerti servizzi. Fil-każ tax-xelters għall-vittmi tal-vjo- lenza domestika, 42.1% tal-persuni li għamlu użu minnhom kienu barra- nin. Fil-każ tal-Victim Support Malta, il-pro- porzjon kien ta' 24.2%. Dan juri li l-vittmi barra- nin jistgħu jaf- faċċjaw sfidi partikolari, fosthom dipendenza finanzjarja fuq is-sieħeb jew sieħba tagħhom, ostakli lingwistiċi, nuqqas ta' network familjari f 'Malta u inċertezza dwar id-drittijiet tagħhom. Għal dawn il-persuni, il-possibbiltà li jitilqu minn relazzjoni abbużiva tista' tkun aktar ikkumplikata, u għalhekk huwa essenzjali li s-servizzi jkunu aċċessibbli għal kulħadd, irrispettiva- ment min-nazzjonalità jew l-istatus soċjali. In-Nofsinhar tal-Port bl-ogħla rati L-NSO jipprovdi wkoll tqassim ġeo- grafiku tal-użu mis-servizzi u tar-rap- porti lill-Pulizija. Id-distrett tan-Nofsinhar tal-Port irreġistra l-ogħla rata ta' użu mis-servizzi tal-Unità dwar il-Vjolenza Domestika, bi 11.7 tan-nisa għal kull 1,000 resident mara u 2.8 tal-irġiel għal kull 1,000 resident raġel. L-istess distrett irreġistra wkoll l-ogħla rata ta' rapporti lill-Pulizija, b'9.4 rapporti minn nisa għal kull 1,000 resident mara u 3.3 rapporti minn irġiel għal kull 1,000 resident raġel. Min-naħa l-oħra, Għawdex u Kemmuna kellhom l-inqas rati ta' użu mis-servizzi ta' Appoġġ, filwaqt li Għawdex u d-distrett tat-Tramuntana tal-Port kellhom l-inqas rati ta' rapporti lill-Pulizija. Dawn id-differenzi ma jfissrux neċessar- jament li l-vjolenza domestika hija aktar jew inqas preżenti f 'ċerti lokalitajiet. Ir-rap- porti jistgħu jkunu influwenzati mid-daqs tal-popolazzjoni, mill-aċċess għas-servizzi u mir-rieda tal-vittmi li jirrapportaw dak li jkunu għaddejjin minnu. Aktar interventi ma' dawk li jwettqu l-abbuż Aspett ieħor li joħroġ mir-rapport huwa l-għadd ta' persuni li għamlu użu minn programmi mmirati lejn dawk li jwettqu l-vjolenza domestika. Matul l-2025, 622 persuna għamlu użu minn wieħed jew aktar minn dawn is-serviz- zi. Dan ifisser żieda minn 535 fl-2024 u 390 fl-2023. Fi kliem ieħor, f 'sentejn kien hemm żieda ta' kważi 60% fin-numru ta' persuni li rrikorrew għal dawn il-programmi. Minn dawk li għamlu użu mis-servizzi fl-2025, 93.1% kienu rġiel. Fost dawn il-programmi hemm Stop! – servizz tal-Aġenzija Appoġġ li qabel kien magħruf bħala Managing Abusive Behaviour Service u li għandu l-għan li jgħin lill-per- suni li jkunu wettqu abbuż f 'relazzjonijiet intimi jagħrfu, jimu u jbiddlu l-imġiba tagħhom. Ir-rapport jinkludi wkoll is-servizz Child to Parent Violence, li huwa mmirat lejn tfal li jkunu qed iwettqu vjolenza fuq il-ġenituri jew fuq dawk li jieħdu ħsiebhom. F'dan is- servizz, in-nisa kienu jirrappreżentaw 21.9% tal-utenti. Dawn il-programmi huma parti impor- tanti mill-ġlieda kontra l-vjolenza domestika, għaliex il-protezzjoni tal-vittmi trid tkun akkumpanjata minn intervent li jindirizza wkoll l-imġiba tal-aggressuri. Madankollu, l-għadd ta' persuni li jirrikorru għal dawn is-servizzi waħdu ma jgħidx kemm minn- hom jirnexxilhom ibiddlu l-imġiba tagħhom jew jevitaw li jerġgħu jwettqu abbuż. Momentum jipproni miżuri ġodda Il-partit Momentum qed jipproponi proċeduri aktar mgħaġġla fil-Qorti, koordi- nazzjoni aħjar bejn l-istituzzjonijiet u aktar responsabilità min-naħa tal-awtoritajiet biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza domes- tika f 'Malta. Il-partit saħaq ukoll fuq il-ħtieġa ta' finanz- jament sostenibbli għall-organizzazzjonijiet li joffru għajnuna lill-vittmi, filwaqt li sostna li l-pajjiż irid jimxi lil hinn minn sistema li tir- reaġixxi għall-każijiet ta' abbuż u jibda jiffoka aktar fuq il-prevenzjoni tagħhom. Dawn il-proposti ħarġu waqt diskussjoni organizzata minn Momentum bħala parti mill-inizjattiva Vision Circle, li laqqgħet esperti, edukaturi, professjonisti fil-qasam soċjali, attivisti u membri tal-pubbliku. Matul id-diskussjoni, il-parteċipanti rrikonoxxew il-progress li sar f 'dawn l-aħħar snin fil-leġiżlazzjoni u fl-għarfien pubbliku dwar il-vjolenza domestika, iżda esprimew tħassib dwar id-differenza li għadha teżisti bejn il-protezzjoni prevista mil-liġi u l-esper- jenzi reali tal-vittmi. Fost il-problemi identifikati kien hemm il-proċeduri twal biex jiġu rrappurtati każijiet ta' abbuż, id-dewmien fil-Qrati u n-nuqqas ta' koordinazzjoni bejn il-Qrati Kriminali u dawk tal-Familja. Issemmew ukoll id-dipendenza finanzjar- ja u l-istigma soċjali bħala fatturi li jistgħu jagħmluha aktar diffiċli għall-vittmi biex ifittxu l-għajnuna jew joħorġu minn relazz- jonijiet abbużivi. Waħda mill-proposti ewlenin li ħarġu mid-diskussjoni kienet l-introduzzjoni ta' edukazzjoni obbligatorja u kontinwa fl-iskejjel dwar ir-relazzjonijiet b'saħħithom, il-kunsens, l-intelliġenza emozzjonali u s-sigurtà diġitali. Il-parteċipanti saħqu li din l-edukazzjoni għandha tkun adattata għall-etajiet differenti tat-tfal u ż-żgħażagħ, sabiex il-prevenzjoni tal-vjolenza tibda minn stadju bikri. Id-diskussjoni indirizzat ukoll forom ta' abbuż li qed joħolqu sfidi ġodda, fosthom il-kontroll koerċittiv, il-fastidju u l-inseg- wiment permezz tat-teknoloġija, kif ukoll il-kontenut dannuż fuq l-internet li jista' jinfluwenza b'mod negattiv liż-żgħażagħ. Momentum enfasizza wkoll il-ħtieġa ta' taħriġ obbligatorju u kontinwu għall-uffiċ- jali tal-Pulizija, il-professjonisti tas-saħħa, l-edukaturi u l-membri tal-ġudikatura biex ikunu jistgħu jindirizzaw każijiet ta' vjolenza domestika b'mod aktar effettiv. "Il-ġlieda kontra l-vjolenza domestika teħtieġ aktar minn liġijiet" Charlene Fabri, waħda mill-organizzaturi tal-attività, saħqet li l-ġlieda kontra l-vjolen- za domestika ma tistax tiddependi biss fuq il-leġiżlazzjoni. Hija qalet li hemm bżonn bidla fil-kultura tas-soċjetà, intervent bikri, professjonisti mħarrġa kif suppost u istituzzjonijiet li jqiegħdu s-sigurtà u d-dinjità tal-vittmi fuq quddiem. Il-proposti mressqa waqt id-diskussjoni se jiġu kkunsidrati minn Momentum bħala parti mill-ħidma tiegħu biex ifassal qafas ta' politika aktar komprensiv dwar il-vjolenza domestika u l-vjolenza abbażi tal-ġeneru. Fl-2025, 74% tal- persuni li għamlu użu mis-servizzi kienu nisa, filwaqt li 26% kienu rġiel. Fi kliem ieħor, minn 3,843 persuna, madwar tlieta minn kull erbgħa kienu nisa.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 22 November 2026