MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 22 November 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547681

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 15

10 aħbarijiet IL-ĦADD 22 TA' NOVEMBRU 2026 • illum opinjoni X 'jista' jinbidel għal għaqda taż-żgħażagħ meta jkollha l-opportu- nità taħdem ma' għaq- da f 'pajjiż ieħor? Tista' titgħallem kif tilħaq żgħażagħ li s-soltu ma jiħdux sehem fl-attivitajiet tagħha, tħarreġ lill-voluntiera tagħha jew tadatta idea li ħadmet band'oħra għall-ħtiġijiet tal-ko- munità tagħha. Huwa għalhekk li nagħti importanza lill-programm Erasmus+, programm li f 'Malta huwa kkordinat mill-Aġenzija tal-Programmi tal-Unjoni Ewro- pea (EUPA). Bħala Gvern irridu li ż-żgħażagħ u l-għaqdiet tagħna jkollhom aktar opportunitajiet konkreti fejn jistgħu jimirħu barra minn pajjiżna u jwasslu l-għarfien li jiksbu lura hawnhekk. Dan jitlob biex l-informazzjoni tasal ukoll għand dawk li qatt ma applikaw għall- fondi Ewropej. Għaqda żgħira li taf sew il-ħtiġijiet tal-lokalità tagħha jista' jkollha idea tajba daqs organizzazzjoni b'esperjenza fi proġetti internazzjonali. Irridu li dik l-għaqda tkun taf minn fejn għandha tibda u għand min tista' ddur għall-għajnuna. Il-Kummissjoni Ewropea tagħti lill-għaqdiet lokali mezzi biex iwettqu l-ideat tagħhom permezz tal-Programm Erasmus+ u l-Korp Ewropew għas-Solidarjetà u bħala Gvern ninsabu kommessi li nwasslu aktar minn dawn l-opportunitajiet liż-żgħażagħ u lill- għaqdiet tagħna. Din is-sena rajna kemm qed jikber l-interess f 'dawn l-opportunitajiet. Sal-għeluq tat-tieni rawnd tal-2026, l-EUPA irċeviet 277 applikazzjoni għall- programm Erasmus+ fl-oqsma taż-żgħażagħ u l-isport. Dan l-ammont huwa rekord għal Malta u jirrappreżenta żieda ta' aktar minn 6% fuq il-261 applikazzjoni li waslu fit-tliet rawnds tas-sena preċedenti. B'hekk qed naraw kif dis-sena, sal-ewwel żewġ rawnds biss irnexxielna naqbżu t-total tas- sena 2025. Fis-settur tal-isport, l-EUPA rċeviet sittax-il applikazzjoni fl-ewwel żewġ rawnds ta' din is-sena meta mqabbla ma' disa' applikazzjonijiet matul l-2025. Għal għaqda sportiva, programm bħal Erasmus+ jista' jfisser ħafna affarijiet pożittivi. Dawn jista' jkollhom opportunitajiet biex il-kowċis u l-membri tal-klabb jitgħallmu minn organizzazzjonijiet li jaffaċċjaw sfidi simili għal tagħhom. Eżempju ta' dan jista' jkun meta għaqda tkun tixtieq tiaħ l-attivitajiet tagħha għal aktar parteċipanti, għalhekk tista' titgħallem minn għaqdiet li diġà adattaw it-taħriġ tagħhom għal persuni bi ħtiġijiet differenti. L-EUPA qed tara wkoll aktar proposti li jirriflettu prijoritajiet Ewropej bħall-inklużjoni, is- sostenibbiltà, it-trasformazzjoni diġitali u l-parteċipazzjoni ċivika. Għalija, dawn il-prijoritajiet jieħdu tifsira meta għaqda torbothom ma' problema li qed tiltaqa' magħha. Jekk grupp jinduna li ċerti żgħażagħ it li xejn jieħdu sehem fl-attivitajiet tiegħu, l-ewwel pass hu li jisma' mingħandhom x'qed iżommhom lura. B'hekk ikun jista' jfassal l-attivitajiet magħhom, iqis il-ħinijiet u l-postijiet li jaqblu magħhom u jagħtihom rwol fit- tmexxija tal-proġett. Il-koperazzjoni tagħti wkoll lill-għaqdiet Maltin iċ-ċans li jaqsmu dak li diġà jagħmlu tajjeb. Għaqda li rnexxielha żżomm liż-żgħażagħ involuti billi tathom sehem fit-tmexxija tal-attivitajiet tista' taqsam dik l-esperjenza ma' sħabha barra minn Malta. Min- naħa tagħhom, l-imsieħba jistgħu juruha kif iħarrġu lill-voluntiera biex imexxu gruppi ġodda. B'dan il-mod, is-sħubija twessa' l-għarfien taż-żewġ għaqdiet u tista' twassal għal ħidma oħra flimkien wara li jintemm l-ewwel proġett. Biex idea tajba ssir proposta, l-għaqdiet irid ikollhom l-għarfien dwar fejn jistgħu jsibu l-appoġġ u kif għandhom japplikaw għall- programmi Ewropej. Hawnhekk tidħol il-ħidma tal-EUPA, li tgħin lill-organizzazzjonijiet jimu l-programm u jiżviluppaw il- proposti tagħhom. Għalhekk inħeġġeġ lill- għaqdiet taż-żgħażagħ u lill- organizzazzjonijiet sportivi li għandhom idea għal proġett biex jikkuntattjaw lill-EUPA. Il-punt tat-tluq jista' jkun sfida li ilhom jiltaqgħu magħha fil-ħidma tagħhom ta' kuljum, bħal kif se jħarrġu voluntiera ġodda jew kif se jżommu liż-żgħażagħ involuti fl- attivitajiet tagħhom. Minn hemm jistgħu jaraw liema opportunitajiet joffri l-programm u kif il- koperazzjoni ma' sħab Ewropej tista' tgħinhom isibu soluzzjoni li taħdem fil-komunità tagħhom. Bħala Ministru responsabbli mill-Fondi Ewropej, inħares lejn dan ir-rekord bħala bażi li fuqha nistgħu nkomplu nibnu. Irrid li s-sena d-dieħla naraw aktar applikazzjonijiet u li fosthom ikun hemm proposti minn għaqdiet li qed jagħmlu dan il-pass għall-ewwel darba. Bħala Gvern, se nkomplu naħdmu biex l-opportunitajiet Ewropej jaslu għand aktar għaqdiet u biex dawn isibu l-appoġġ meħtieġ biex jiżviluppaw il-proġetti tagħhom. Il-valur ta' din il-ħidma jidher wara li jintemm il-proġett, meta l-voluntiera u l-membri tal- organizzazzjoni jibqgħu jużaw dak li tgħallmu, il-klabbs iżommu l-attivitajiet tagħhom miuħa għal aktar parteċipanti u ż-żgħażagħ jieħdu rwol akbar fid-deċiżjonijiet tal-għaqdiet tagħhom. Hekk irrid li nkomplu nużaw il-fondi Ewropej, biex dak li l-għaqdiet tagħna jitgħallmu u jibnu mas-sħab tagħhom fl-Ewropa jkompli jagħti l-frott fil- komunitajiet tagħna. Issa huwa l-waqt li tieħdu dan il-pass. L-ewwel sejħa ta' applikazzjonijiet għall-2027 hija miuħa. "Għaqda li rnexxielha żżomm liż-żgħażagħ involuti billi tathom sehem fit-tmexxija tal-attivitajiet tista' taqsam dik l-esperjenza ma' sħabha barra minn Malta" Ministru għall-Fondi Ewropej, Djalogu Soċjali u Protezzjoni tal-Konsumatur KEITH AZZOPARDI TANTI Opportunitajiet akbar għaż-żgħażagħ u għall-isport f 'Malta permezz ta' Erasmus+ Għal għaqda sportiva, programm bħal Erasmus+ jista' jfisser ħafna affarijiet pożittivi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 22 November 2026