Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/181767
12 illum | Il-Ħadd 29 ta' Settembru 2013 MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI IL-MEDIA ta' Murdoch, ftit jiem qabel l-elezzjonijiet federali fl-Awstralja tas-7 ta' Settembru, il-ġurnalist veteran Lawrence Dimech, ibbażat f'Sydney, iċċirkola malkomunità Maltija-Awstraljana dokument tal-Organizzazzjoni Avaaz, kumpanija globali li għandha msieħba fi ħdanha mal-25 miljun ruħ globalment. L-Avaaz takkuża lill-media tal-biljunarju Rupert Murdoch li għamlet minn kollox biex fl-elezzjonijiet federali taċċerta li jitla' gvern ta' koalizzjoni Nazzjonal-Liberali. Il-ħafna Maltin li tkellimt magħhom urew li kienu maqsumin. Is-sentiment ġenerali tħoss li għadu wieħed Laburist, imma anki dawk b'sentimenti Xellugin ħassewhom bejn ħaltejn jivvutawx lil Kevin Rudd. Qaluli li kien hemm wisq taqlib fil-partit tiegħu, wisq lotta interna għall-poter u wisq żbalji minn Rudd, li digà kien Prim Ministru. Iżda l-Maltin li waslu fl-Awstralja fil-ħamsinijietsittinijiet tas-seklu li għadda, xorta waħda għadhom iħossu sentimenti qawwija ta' lealtà lejn il-Partit Laburista u, aktar stramba minn hekk, lejn Dom Mintoff. Dan element ieħor fejn fost il-Maltin tal-Awstralja tibqa' tippersisti n-nostalgija, marreliġjon, il-każin u l-marċ, salpolitika. Din hi nostalġija kważi patoloġika. Fil-każ tat-tieni generazzjoni, il-preferenzi, talinqas minn dak li stqarrew miegħi Maltin li tkellimt magħhom, marru għand il-Liberal-Nazzjonali. Dawn huma l-Maltin li ċċaqilqu minn żoni miżgħudin bil-Maltin, bħal St. Albans u Sunshine, u rrisetiljaw ruħhom fi nħawi godda, bħal Caroline Springs u Taylors' Lakes. Qed nitkellem dwar Victoria, imma nassumi u nimmaġina li f'Sydney s-sitwazzjoni ma kinetx differenti wisq. Infatti, Dimech jopera minn Sydney. X'qed jistenna l-elettorat Awstraljan Jumejn qabel l-elezzjonijiet federali fl-Awstralja, f'sondaġġ tal-ABC 1, żewg miljun ruħ (14% tal-elettorat) qalu li ma kinux deċiżi lil min se jivvutaw. F'intervisti li saru fit-triq, fi Newcastle, NSW, ħafna wrew il-fehma li huma diżappuntati bil-politiċi tagħhom u l-mod li jigdbu lill-elettorat. Jumejn qabel l-elezzjoni, l-istess stazzjon wera li wieħed minn kull ħamsa taż-żgħażagħ ma kinux jafu lil min se jivvutaw. L-istess sitwazzjoni kienet prevalenti fost dawk ta' 55 sena Il-fastidju TONI ABELA Maltin fl-Awstralja, b'sentimenti Xellugib, bejn ħaltejn jdwar Kevin Rudd 'l fuq, li huma preokkupati dwar il-pensjonijiet tagħhom. Dawk intervistati fi NSW qalu li l-prijoritajiet u l-ansjetajiet taħhom huma f'din l-ordni: l-ekonomija, is-saħħa, l-edukazzjoni, ir-refugjati, it-tibdil fil-klima u l-fiduċja filpolitiċi (jew in-nuqqas tagħha). Min-naħa l-oħra, f'Victoria, iċ-ċittadini kkwotaw dawn il-prijoritajiet li għandu jkollu l-Prim Ministru elett: l-istabbilita u l-iżvilupp, ilbżonn li l-policy serja tiġi qabel il-personalità, l-assigurazzjoni li l-Awtsralja tibqa' il-"Lucky Country", edukazzjoni ta' kwalità, is-saħħa u l-bżonnijiet ta' dawk l-aktar vulnerabbli, l-aktar fejn jidħlu nies b'diżabbiltà. Sa jumejn qabel l-elezzjoni, ħafna kienu qed jgħidu li ma jridux jivvutaw jew li se jivvutaw lill-Ħodor bħala protesta. Fl-Awstralja, hemm dak li jissejjaħ "Donkey Voting", jigifieri meta l-eletturi jħassru l-vot jew jitfgħuh vojt. Skont l-SBS (is-servizz tal-media talkomunitajiet etniċi) dan jgħodd għal madwar 790,000 votant/a jew 5.55% tal-elettorat kollu. Il-biża' mill-ġdid Meta kont qed naqra partijiet minn dan ir-rapport ippubblikat f 'gazzetta talkomunità, ħsibt kemm l-appell biex il-politika reali tiġi qabel il-personalità talpolitiċi tgħodd għal Malta wkoll. F"Malta jidher li għad hemm il-bżonn talingrandiment tal-politiċi, partikolarment tal-mexxejja. Il-poplu għad għandu l-bżonn li jarahom akbar milli huma, dominanti, bħallpatruni tal-rħula u s-subborgi. Din narrativa interessanti li l-Maltin gabuha magħhom hawn ukoll, fl-Awstralja, fejn l-istatwi tal-qaddisin u l-marċi tal-banda għadhom jiddominaw qaddisin bħalma jiddominaw f 'Malta. F'Malta, il-gwaj hu li meta jitfaċċa politiku li jrid jagħmel l-affarijiet b'mod differenti, is-sistema tradizzjonali timpedih, tkun trid tniżżlu għall-kmandamenti u l-preċetti tagħha. Anki dak il-bżonn ta' "invellar" populist ġie trasportat fl-Awstralja. Minn dak li sibt u qed insib hawn, kull min jipprova jagħmel xi ħaġa differenti jsib ruħu jikkumbatti ma' mewġa wara l-oħra ta' oppożizzjoni, fatt li wassal biex il-komunità Maltija sfat priva kulturalment u lingwistikament. Saħansistra bil-media "tagħha" fil-periklu li tingħalaq għal kollox. Fi kliem ieħor, il-MaltinAstraljani għandhom biża' patologiku minn dak li hu kulturalment u jippreferu l-ghetto, fejn darba f 'sena jistgħu joħorgu l-patrun parrokkjali tagħhom ninniċċa. Cameron imblukkat Din id-darba l-Parlament Ingliża mblokka l-inkurżjoni militari tal-Ingilterra, dejjem il-kelb tal-but tal-Istati Uniti, fis-Sirja. Il-poplu Ingliż tgħallem il-lezzjoni tal-gideb li kien ivvinta Tony Blair dwar l-armi tal-qerda tal-massa li suppost kellu Saddam Hussein fl-Iraq. Il-poplu Ingliż tgħallem kif politiċi insensati deffsuh fi gwerer bla ħtiega u mġienen. Illum huma biss 10% talIngliżi li jissapportjaw xi forma ta' intervent militari ieħor. Il-fillieri ta' twiebet ta' żwieġhom jew uliedhom, jaslu miż-żoni ta' gwerra, bħall-Iraq u l-Afghanistan, ikomplu jsaħħulhom il-fehma ta' kif ittradewhom il-politiċi tagħhom. I d-dinja tal-internet u media soċjali biddlet id-dinja li ngħixu fiha. Talinqas għal nies taletà tiegħi. Dawk li dan il-fenomenu ma twelidtx magħhom iħossuhom emigranti f 'dinja li sirna nafu f 'nofs ħajjitna. Għal dawk bħat-tfal tiegħi li twieldu bil-laptop f 'idejhom, dawn huma iċ-ċittadini ta' din id-dinja l-ġdida. Mingħajr ma noqgħod nagħmel ħafna prietki blinternet id-dinja nxtorbot. Wieħed li qiegħed iċ-Ċina titkellem miegħu qisu qiegħed wara kantuniera. Dan it-tibdil ġab miegħu benefiċċji kbar għall-umanità iżda bħal kull ħaġ'oħra tajba hemm fuq innaħa l-oħra l-parti mudlama. Il-mewt ta' tliet żgħażagħ Ingliżi li kkommettew suwiċidju minħabba n-naħa sewda ta' dan il-fenomenu tattekonolgija ħasdet lid-dinja. Dawn li nafu bihom għaliex min jaf kemm kien hawn imwiet oħrajn anonimi bħal persuna li tkun qatlithom. Jiena bħala avukat rajt familji jitkissru minħabba l-fastidju fuq l-internet. Għalhekk ħadt gost meta Drama fi S I l-Ġimgħa li għaddiet fi Stokkolma sar avveniment li hawn Malta qajla tajna kasu. L-istess tista' tgħid għall-kumplament tad-dinja, minkejja li dan l-avveniment kien jinvolvi 110 pajjiż u mijiet ta' xjenzati. Tneħħi xi ġurnal partikolari li ta prominenza kbira lillkonferenza tal-aħbarijiet li saret fi Stokkolma, it-tnedija talewwel parti tal-ħames rapport (AR5) tal-Intergovernmental Panel on Climate Change li aġġorna r-riżultati xjentifiċi dwar il-bidla fil-klima ma ntlaqax b'xi eċċitament kbir minkejja l-istennija li kien hemm. Anzi pjuttost donnu l-kwistjoni tal-bidla fil-klima issa ndrat sew u waqgħet fuq kulħadd apatija kbira għax din qisha problema li ħadd ma jista' jsolviha waħdu u għalhekk, wieħed jistenna li ħaddieħor isolvihielu. Sakemm il-kundizzjonijiet jibqgħu tollerabbli, ħadd m'hu ser iħabbel wisq rasu jekk iħoss ftit aktar sħana mis-soltu. L-aktar l-aktar, wieħed jixgħel l-arja kundizzjonata li kontijiet tad-dawl u mhux kontijiet taddawl, kulħadd draha sew. Immorru naqra lura u nfakkar waħda x'kont ktibt kważi erba' snin ilu fis-27 ta' Diċembru 2009 fl-artiklu "Il-Klima ta' Bidla" li deher fuq dan il-ġurnal. Dak iż-żmien kont qed nikteb dwar JOE ELLIS is-summit ta' Copenhagen li pprova, imma ma rnexxilux, jadotta trattat suċċessur għal dak ta' Kyoto: "Fl-Earth Summit li sar f'Rio de Janiero fl-1992, ġiet adottata l-UN Framework Convention on Climate Change (UNFCC) li hi l-Konvenzjoni Kwadru tal-Ġnus Maqgħuda dwar itTibdil tal-Klima. L-għan ta' din il-konvenzjoni hu li jistabilizza l-livell tal-gassijiet serra flatmosfera sabiex ma jkunx hemm bdil fil-klima minħabba l-intervent uman. "Illum, l-192 pajjiż li ltqagħu f'Kopenhagen aderixxew għal din il-Konvenzjoni, jiġifieri tistà tgħid il-kommunità internazzjonali kollha kemm hi. Il-Konvenzjoni ma stabbilitx kemm il-pajjiżi membri jridu jnaqqsu l-livell ta' gassijiet li jipproduċu. Imma din ilKonvenzjoni mill-1995 'l hawn laqqgħet il-pajjiżi membri kull sena sabiex jiddiskutu