Illum previous editions

illum 29 September 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/181767

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

6 illum | Il-Ħadd 29 ta' Settembru 2013 Ix-xagħar... jew in-nuqqas tiegħu JEAN PIERRE CASSAR ID-DEHRA esterna iktar ma jmur qed tingħata importanza, mingħajr ebda differenza fis-sess. Illum kulħadd konxju ta' kif jidher, u lanqas tista' ma tkunx daqskemm hawn prodotti u mezzi li jgħinuk tidher aħjar, jew jistgħu jġibuk tidher kif kont qabel. Dan il-ġurnal tkellem ma' Lawrence Calleja, koordinatur tal-Follicle Unit Extraction u infermier fit-teatru ta' St. James Transforma fejn tkellem dwar it-trapjanti tax-xagħar u x'jikkawża persuni biex jagħmlu dawn it-trapjanti. Li x-xagħar jeħfief, mhix xi ħaġa li tista' tiġi evitata faċilment. Statistiċi juru li tnejn minn kull tliet irġiel jaqagħlhom xagħarhom tul ħajjithom. Uħud jibdew minn età żgħira bl-iktar età komuni tkun dik ta' 17-il sena. Mill-banda l-oħra, 36% tan-nies għandhom ċans li jeħfifilhom xagħarhom l-iktar komuni jseħħ bejn l-40 u l-50 sena. Calleja, li ilu jaħdem f'dan il-qasam disa' snin, tkellem dwar id-diversi raġunijiet li jikkawżaw il-150,000 xagħarha li għandna f'rasna li jiddgħajfu u jibdew jonqsu biż-żmien. Raġuni ewlenija hija l-fattur ġeneriku, li wieħed ma jistax Lawrence Calleja, koordinatur talFollicle Unit Extraction f'St. James Transforma. jevita jekk tkun tiġri fil-vini tal-familja li jeħfief ix-xagħar biż-żmien, l-istress huwa l-kawża sekondarja li jikkawża li tiddgħajjef il-basla, jew anke xi trawma fost kundizzjonijiet oħra. Id-dieta wkoll taffetwa li jeħfief ix-xagħar, l-iktar xi dieta stretta fejn jonqsu n-nutrijenti u tista' anke tmewwet il-basla. Fost ilkażi hemm il-vittmi ta' anoressja u bulimja. L-alkoħol b'ammont kbar u d-drogi, b'mod speċjali l-kokaina, iżidu d-dgħufija talbasla u jikkaġunaw li x-xagħar jaqa' ta' età żgħira ħafna. Vittmi ta' persuni li kienu, jew jabbużaw, mill-kokaina saħansitra trapjant tax-xagħar ma jkunx jista' jsir hekk kif il- Laqgħat ta' Informazzjoni fuq Effiċjenza fl-Enerġija fis-Settur Domestiku L-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi se żżomm 3 laqgħat ta' informazzjoni fuq is-suġġett ghal publiku in ġenerali. Il-laqgħat ser isiru bil-Malti kif indikat hawn taħt: Innizzjattivi fl-Effiċjenza fl-Enerġija fid-djar It-Tlieta 1 ta' Ottubru: Victoria Hotel, Sliema mill-5.00pm sa 7.45pm. Effiċjenza fl-Enerġija fil-Bini It-Tnejn 7 ta' Ottubru: Victoria Hotel, Sliema mill-5.00pm sa 7.45pm. Sorsi ta' Enerġija Rinovabli fid-djar L-Erbgħa 30 ta' Ottubru: Victoria Hotel, Sliema mill-5.00pm sa 7.45pm. Min hu interessat li jattendi dawn il-laqgħat li se jsiru bla ħlas, huwa mitlub li jirriserva post billi jċempel fuq 22955121 jew jibgħat e-mail fuq events@mra.org.mt. basla tinqered minħabba dawn is-sustanzi. Fattur interessanti hu li meta mara tgħaddi minn tqala, ikollha tibdil ta' ormoni, u b'hekk jista' jikkawża li jista' Pazjent Malti li għamel transplant, hawn jidher qabel u wara tal-proċess. jeħfief ix-xagħar ukoll. Dan huwa faċilment ikkurat permezz ta' vitamini u jerġa' jiġi lura kollox għan-normal la darba l-omm twelled. Persuna li juża prodotti tax-xagħar bħal wax u gel u anke jkollu tendenzi ġenetiċi li jeħfieflu xagħru jrid joqgħod attent aktar u jaħsel xagħru ta' spiss biex ineħħi l-kimiċi li jimblukkaw l-arja lix-xagħar. Uħud jgħidu wkoll li meta persuni jilbsu skufji u brieret jistgħu jikkawżaw ix-xagħar li jeħfief, Lawrence iżda jgħid li la darba x-xagħar tkun esposta għall-arja, m'għandu jkun hemm l-ebda problemi. Millbanda l-oħra jgħid li lanqas mhu tajjeb li tibqa' b'maktur jew skufja għal 24 siegħa għax tista' ddgħajjef il-basla. Calleja jiltaqa' ma' diversi persuni b'każi differenti u huwa xhud tal-irwol importanti li x-xagħar jilgħab fil-ħajja tal-Maltin. Iltaqa' ma' każijiet ta' suwiċidju li jaffetwaw il-klijent, dipressjonijiet u anke relazzjonijiet li tħassru minħabba n-nuqqas ta' xagħar! Lawrence Calleja kellu każi ta' persuni saħansitra 'l fuq minn 70 sena, kemm nisa u anke rġiel, li rnexxew. B'każijiet oħra ta' tfal ta' 14 u 15-il sena li jaqalgħhom xagħarhom minħabba d-diżordni msejħa Trichotillomania, fejn xi persuni jiġbdu u jaqalgħu xagħarhom stess l-iktar minħabba raġunijiet ta' stress u nervi. It-trapjant irid isir permezz tal-istess persuna, jiġifieri, fil-proċedura, meta jinqalgħu basal ħajjin u jiġu miżrugħin fil-kumplament tal-qurriegħa li hija iktar bla xagħar, il-basal iridu jkunu tal-istess persuna. Ilbasal jinqalgħu minn fuq wara tar-ras, f'każijiet rari, fi trapjanti fuq l-irġiel jittieħdu wkoll ilbasal mis-sider. It-trapjant isir f'ġurnata waħda u l-massimu ta' xagħar li jista' jinqala' hu ta' 3,000. Dak ix-xagħar li jinqala' irid jerġa' jinżera' fl-istess ġurnata. X'għamlu ż-ż JEAN PIERRE CASSAR ISSA nistgħu ngħidu li s-sajf wasal fi tmiemu. L-istudenti rritornaw għal bankijiet tal-iskola, waqt li ż-żgħażagħ minn għada jibdew l-Università u jirritornaw fl-iskejjel postsekondarji. Fl-aħbarijiet rajna diversi żgħażagħ li wettqu xi att kriminali matul ix-xhur tas-sajf, drogi, serq u ġlied. Iżda ftit nafu x'jagħmlu mijiet ta' żgħażagħ Maltin oħra bis-sajf tagħhom. Chantelle, Russell, Ylenia, Raphael u Ben tkellmu ma' din il-gazzetta bl-esperjenzi tagħhom fil-volontarjat fis-sajf 2013. CHANTELLE CAMILLERI — L-Indja FESTA ta' kuluri. Ross. Ħwawar jaħarqu. Baqar mexjin bil-lajma f 'nofs ta' triq. Faqar u lussu maġenb xulxin. Tfal, volontrjat u ferħ. Dawn huma kollha frażijiet li jiġu f 'moħħi meta naħseb fl-esperjenza li għamilt fl-Indja, flimkien mal-għarus tiegħi Shawn. Kienet it-tieni darba li ħdimna b'mod volontarju fl-Indja, għax is-sodisfazzjon li nħossu meta nferrħu tfal li ġejjin minn sitwazzjonijiet ta' faqar u problemi kbar huwa inkredibbli. Ma ninsew qatt tifel ta' sitt snin, li meta jarana kien jiġi jiġri fuqna jgħannaqna u jaqbdilna jdejna. Wara, sirna nafu li dan it-tfajjel kellu ommu mejta, u missieru abbandunah. Għalina kien ta' unur kbir li mqar għal xahar, lil dan it-tifel stajna ntuh imħabbitna u nġiegħluh jitbissem permezz tallogħob u l-krafts li konna nagħmlu lilu u lil sħabu, li kellhom stejjer simili bħal tiegħu. Mumenti oħrajn li nibqgħu ngħożżu huma l-konverżazzjonijiet li kellna man-nies tal-villaġġ, aħna u ngħinuhom jippakkjaw il-basal biex ibigħuh fis-suq. Fost ħafna mossi, u taħwid ta' Ingliż u Kannada (illingwa li jitkellmu fl-istat li konna fih), tgħallimna ħafna affarjiet dwar il-kulturi ferm differenti ta' xulxin. Skoprejt, pereżempju, li mara dejjem mistennija tilbes il-ġojjellerija, anke biex tippakkja l-basal jinten f 'għalqa mimlija tajn. Mhux ta' b'xejn berrquli l-ewwel darba li rawni, b'xagħri mtella' u bla ħjiel ta' aċċessorji! Min-naħa tagħhom, l-Indjani tgħidx kemm stagħġbu li jien u Shawn ilna seba' snin għarajjes, iżda għadna mhux miżżewġin, hemmhekk iż-żwieġ bejn koppja jkun miftihem bejn il-familji, u ħafna drabi l-għarajjes lanqas ikunu jafu lil xulxin! Grazzi għat-tfal, u n-nies tal-lokal, jien u Shawn rajna b'għajnejna l-verità li l-kuntentizza mhix riżultat ta' kemm wieħed għandu possessjonijiet, iżda ta' kemm wieħed ikun grat għal dak li għandu. Issa li qegħdin lura Malta, se nippruvaw ngħixu dan li tgħallimna... filwaqt li diġà bdejna noħolmu fuq l-esperjenza volontarja li jmiss.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 September 2013