Illum previous editions

illum 6 October 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/186927

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

ħareġ 'il barra? Il-Ħadd 06 ta' Ottubru 2013 | illum 5 li f'pajjiżhom jindaħlu politikament mal-Kummissarju tal-Pulizija sabiex ma jiħux azzjoni kontra nies wara ndħil politiku kif għamiltu intom bil-Kummissarju tal-Pulizija fuq il-każ ta' John Dalli." B'risposta għall-punt imqajjem mill-Prim Ministru l-Kap talOppożizzjoni kompla jgħid: "Sur President, issostanzjajtha diversi drabi fit-taħdidiet tiegħi, nista' nkompli imma mhuwiex is-suġġett tal-lum. Nista' nkompli ngħidhielu imma lbieraħ, kieku qagħad attent dwar dak li għedt jien u kieku qagħad attent dwar dak li qal l-eks-Kummissarju John Rizzo fil-Qorti taħt ġurament, il-Prim Ministru bħali kien jasal għall-unika konklużjoni loġika li għandna Kummissarju talPulizija li l-lealtà tiegħu mhijiex lejn il-pajjiż imma lejn il-Prim Ministru li ħatru." Il-Prim Ministru hawnhekk saħaq li: "Il-Kap tal-Oppożizzjoni għamel allegazzjoni ċara u gravi ħafna li jien indħalt lill-Kummissarju talPulizija, nitolbu jissostanzjaha issa jew jirtiraha." La darba ma ġietx issostanzjata jew irtirata din l-allegazzjoni gravi allura l-Prim Ministru rrikorra għal għodda demokratika sabiex jiġi mistħarreġ jekk dik l-allegazzjoni infondata magħmula waqt sessjoni parlamentari tammontax għal ksur ta' privileġġ. Huwa prinċipju ġenerali illi min jallega irid jipprova, u allura fin-nuqqas ta' sostenn ta' tali allegazzjoni, l-iSpeaker ma kellux triq oħra għajr illi jilqa' t-talba tal-Prim Ministru. Ix-xenarju kien ikun differenti li kieku l-oppożizzjoni ssostanzjat l-allegazzjoni tagħha, kellha kull opportunità li tagħmel. F'dan il-każ, dan ma seħħx. 2. Il-mekkaniżmu kif ravviżat fil-ksur ta' privileġġ ilu fisseħħ għal deċenji sħaħ u ġie skattat kull meta membru talparlament ħass li kellu jiskatta dan il-mekkaniżmu. Ikun inġust illi wieħed jinterpreta r-ruling tal-iSpeaker bħala sarima ma' ħalq l-oppożizzjoni. Qari ta' dan ir-ruling juri illi hu ruling studjat u motivat sewwa u jirrifletti r-regoli tal-parlament illi ilhom jiġu implimentati leġislatura wara l-oħra fil-parlament Malti. Ma jirriżultax illi kien hemm xkiel għall-oppożizzjoni sabiex tissustanzja l-allegazzjoni tagħha allura r-risposta għad-domanda tiegħek hija le. Cyrus Engerer - Kandidat Billi jsabbat saqajh u jitlaq 'il barra l-Kap tal-Oppożizzjoni qed iġiegħlna nsaqsu dwar ilkredenzjali demokratiċi tiegħu l-ewwel u qabel kollox. F'demokrazija hemm regoli li kulħadd irid joqgħod għalihom inkluż l-istess Kap talOppożizzjoni. Cyrus Engerer - Kandidat għallElezzjoni tal-Parlament Ewropew f'isem il-PL - "Numru ta' MPs tiegħu stess ma qablux mad-deċiżjoni mgħaġġla tiegħu għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew f'isem il-PL 1. L-arroganza qatt ma naqbel magħha. L-allegazzjonijiet ta' Simon Busuttil tant kienu bla bażi li meta kien mitlub jissostanzja, m'għamilx hekk. Iddeċieda li sempliċiment jitfa' t-tajn u jaħrab jiġri biex ma jinqabadx. Dan ġab Iill-Partit Nazzjonalista f'sitwazzjoni mbarazzanti ħafna u deher ċar, għal min kien preżenti fil-Parlament li numru ta' MPs tiegħu stess ma qablux maddeċiżjoni mgħaġġla tiegħu. 2. L-Ispeaker mexa malproċeduri parlamentari. Qabel id-deċiżjoni tiegħu talab lil Simon Busuttil jissostanzja l-akkuża li kien għamel. IdDeċiżjoni tal-Ispeaker ingħatat fid-dawl li Simon Busuttil ma ssostanzjax l-allegazzjonijiet li għamel. Simon Busuttil ingħata wkoll l-opportunità biex jirtira din l-allegazzjoni peress li ma riedx jissostanzjaha. Huwa ma ssotanzjax u lanqas rtira, u għalhekk ingħata r-ruling. Is-sarima għamilha ma' ħalq l-oppożizzjoni Simon Busuttil stess meta talab lil MPs Nazzjonalisti joħorġu mill-Parlament flok jiddiskutu r-riżultati li kiseb il-Gvern matul ix-xhur tas-Sajf biex il-familji Maltin u Għawdxin ikollhom iktar flus fil-but, fejn poġġa IillMalta fuq il-mappa tad-dinja, inkluż fis-settur tal-enerġija u fejn salva l-Enemalta u l-impjieg tal-ħaddiema tagħha. David Agius - Whip talOppożizzjoni, PN M.P. 1. Din kienet deċiżjoni tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista kollu. Ħareġ millParlament il-grupp flimkien u kulħadd fil-grupp iffirma l-mozzjoni biex tiġi riveduta r-ruling tal-iSpeaker. Ma jistax ikun li dak l-istess kliem li qal il-kap talOppożizzjoni darbtejn barra 'l Parlament u l-Prim Ministru David Agius - Whip tal-Oppożizzjoni, PN M.P. - "Mill-Oppożizzjoni li ser inkunu aħna li nħarsu d-Demokrazija f'pajjiżna" ma jieħu l-ebda azzjoni, issa li l-istess diskors ikun ingħad fil-Parlament, iqum l-Prim Ministru u jitlob lill-ispeaker biex juża standing order biex jipprova jagħlaq ħalq l-Oppożizzjoni. Ħriġna 'l barra millParlament biex nuru li ħadd mhu ser jirrombla minn fuq l-Oppożizzjoni. Il-poplu Malti ngħata messaġġ ċar millOppożizzjoni li ser inkunu aħna li nħarsu d-Demokrazija f'pajjiżna li qed tkun m'hedda b'deċiżjonijiet li qed jieħu l-Prim Ministru Laburista Joseph Muscat. L-Oppożizzjoni Nazzjonalista wriet li ser tkun b'saħħitha quddiem attitudni antidemokratika mhux biss blattitudni tagħna għal dak li għandhu x'jaqsam mal-mod kif inġibu ruħna fil-Parlament imma anke permezz ta' protesta simbolika li għamilna meta ħriġna mill-Parlament u wrejna d-diżapprovazzjoni tagħna għal dak li qed jagħmel il-Prim Ministru Laburista meta qed jipprova juża standing order biex mingħalih jagħlaq ħalq l-Oppożizzjoni u jagħlaq ħalq il-Kap tal-Oppożizjoni. 2. Iva għaliex il-mozzjoni BSL Carmelo Abela - Whip tal-Gvern, PL M.P. - "Id-deċiżjoni qed tiddefendi Membru li ġie infamat b'allegazzjoni mhux minnha" tfisser li issa ħadd minna d-Deputati fil-Parlament ma jista' jagħti ġudizzju politiku fuq dak li jkun għaddej f'pajjiżna. Dan aħna ma naqblux miegħu u infatti ressaqna mozzjoni biex din r-ruling tiġi riveduta. Barra minn hekk kienu bosta deputati li reġgħu qalu barra mill-Parlament l-istess diskors li qal il-Kap tal-Oppożizzjoni fil-Parlament u ħadd għadu ma ħa l-ebda azzjoni. Dan ifisser li l-għan tal-Prim Ministru Laburista kien biex iwaqqafna u jgħalqilna ħalqna fil-Parlament. Naċċertak li l-Grupp Parlamentari hu wieħed magħqud wara t-tmexxija talPartit u ser inkomplu naħdmu biex lill-Poplu Malti ngħidulu l-verità u nikxfu dak kollu li jkun hemm bżonn kemm barra l-Parlament kif ukoll filParlament. Carmelo Abela - Whip talGvern, PL M.P. 1. Il-Kap tal-Oppożizzjoni għażel li jħaddan politika negattiva u li jipprova jfixkel il-ħidma ta' Gvern li ġie elett ftit tax-xhur ilu u b'maġġoranza ta' voti mhux żgħira. Għaldaqstant jiena ma nistax naqbel ma' politika negattiva u ta' tfixkil. Britannia Tours 2. Kull membru parlamentari għandu mhux biss dmirijiet imma anke drittijiet. Biex jiġu mħarsa dawn id-drittijiet hemm regoli. Meta dawn ir-regoli ma jiġux osservati kull membru għandu d-dritt li jiġbed l-attenzjoni tal-President tal-Kamra ħalli d-diskors jiġi ċċarat aħjar jew inkella jiġi rtirat sakemm ma jkunx hemm provi ċari ta' dak li jkun qed jgħid. Il-Kap tal-Oppożizzjoni għażel li jakkuża lill-Prim Ministru b'indħil meta la ġab provi u lanqas issostanzja diskorsu. Kien dmir tal-Prim Ministru li jiġbed l-attenzjoni għal dan u jitlob ruling mingħand l-iSpeaker. Fid-dawl taċċirkustanzi, l-iSpeaker, l-għada, u mhux dakinhar ħalli l-Kap tal-Oppożizzjoni nnifsu jkun jista' jibqa' għaddej bl-intervent tiegħu, u dan seħħ wara li kien l-istess Prim Ministru li talab li jsir dan, ta r-ruling li ta ġaladarba l-Kap tal-Oppożizzjoni ma kellux provi tal-insinwazzjoni tiegħu. Jekk xi ħadd għalaq ħalq xi ħadd, kien l-istess Kap talOppożizzjoni li minflok baqa' fil-Parlament telaq 'il barra. Id-deċiżjoni ta' l-iSpeaker qed tiddefendi membru li ġie infamat b'allegazzjoni mhux minnha u li għaliha l-Kap talOppożizzjoni ma ġab l-ebda prova. F'dan il-każ allura l-Prim Ministru ġie attakkat u mhux il-Kap tal-Oppożizzjoni. … your holiday starts here! BLACK FOREST ROMANTIC ROAD CHRISTMAS MARKETS BELGIAN Visiting Schwenningen, Dorothenhutte, Stasbourg, Triberg, Furtwangen, Titisee, Hamburg, Colmar, Uberlingen, Birnau, Petersburg, Constance, Stuttgart, Europa Theme Park Visiting Neu Ulm, Ulm, Blauberen, Fussen, Munich, Lindau, Neuschwanstein Castle, Bregenz, Augsburg, Landsberg am Lech, Nordlingen, Rothenburg ob der Touber and Dinkelsbuhl PLUS A TOUCH OF FRANCE Visiting Ostende, Bruges, Ghent, Lille, Antwerp & Brussels WHITE CHRISTMAS MAGIC 7-14 December (8/13 Dec. Public Holidays) FROM ¢539 8-14 December (8/13 Dec. Public Holidays) FROM ¢569 WINTER WONDERLAND CHRISTMAS MARKETS 8-14 December (8/13 Dec. Public Holidays) FROM ¢529 All prices are based on Triple Sharing and include Flights, Hotel, Transfers, Services of Tour Leader and all Taxes (Terms and Conditions apply) Valletta - Head Office - Tel: 2123 8039, 2124 5418, 2124 1904 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 6 October 2013