Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/186927
jaturi tal-Ħajja Il-Ħadd 06 ta' Ottubru 2013 | illum 9 fajjel ġwejjed għal ħajja mqanqla magħhom." Mistoqsi x'ried ifisser li jħossu maħnuq hu wieġeb: "F'relazzjoni ta' 10 snin, jekk pittirt, 30 kwadru. Issa qed inpitter bil-mass production. Din hi d-dinja tiegħi fejn ma rrid inwieġeb għal ħadd. U għalhekk għażilt li nibqa' 'single'". Il-mistoqsija naturali ġiet awtomatika. Xi tfisser l-arti għal Mark? "Droga naturali" weġibni bla tlaqliq ta' xejn, "Titfgħek f 'dimensjoni oħra. Bejn moħħok u jdejk toħloq mirakli żgħar. Is-sens ta' pjaċir u libertà li tagħtik l-arti lanqas mara ma tista' tagħtihulek. Kull biċċa arti li nbigħ, filwaqt li nħoss li qed niġi rikonoxxut, inħossni li qed nitlef parti minni għax kull biċċa arti nqisha bħala wild tiegħi. Imbagħad ngħid bejni u bejn ruħi, 'u iva qed nagħti għal adozzjoni lil min qed japprezzahom. Bil-fors li rrid inbigħhom għax irrid ngħix'." Imma kif bdiet din l-imħabba lejn l-arti. "Meta kont Form 1 kont dħalt f 'kompetizzjoni tal-iskola u pinġejt kartolina tal-Milied bil-water colour għallVatikan u r-rettur tal-iskola Mount Carmel kien bagħat għalija u qalli li rbaħna din il-kompetizzjoni. Din l-aħbar sawret fija aktar ħeġġa biex inpinġi. ''Iżda fit-tielet sena kien hemm għalliem tal-arti li kien jirredikolani u jqattagħli x-xogħol tiegħi quddiem kulħadd għax kien jgħid li jien mhux dixxiplinat fl-arti li nagħmel. Kien anke qal lill-ommi biex ma tonfoqx flus għalija u ma tħallasx eżamijiet. Min-naħa tiegħi tlabt lil ommi bil-ħniena biex temmen fija u hekk għamlet." U fil-fatt għadda mill-eżami b'pitturi 'still life' u fuq stil rinaxximentali u kien ġab 'A' fl-'A' level. "Ommi riedet ittemmagħlu r-riżultat lill-għalliem iżda jien għidtilha biex tinjorah. Minn hemm 'il quddiem ma ħaristx lura u bdejt nesebixxi f 'lukandi u swali." Laqgħa ma' Liana Caruana Curran kienet il-bidu tassuċċess tiegħu. Kien għoġobha l-istil ta' Mark u rranġatlu biex jesebixxi fil-Mużew tal-Arti meta kellu biss 28 sena. Kien l-iżgħar artist li qatt esebixxa f 'dan il-mużew. "Kont għamilt 25 kwadru u minnhom bgħet 22 bi flus tajba. Immaġina fl-1992 tbigħ 22 kwadru b'Lm500-il wieħed." Iżda hawn bdew il-problemi għal Mark. "B'dawk il-flus kollha bdejt nara kbir. Ħajti spiċċat: nisa, alkoħol u divertiment bla rażan. Il-pittura għalija saret ħajja 'slow' wisq imqabbla malħajja mgħaġġla u bla rażan li bdejt ngħix." Għalhekk Mark qabad ilfotografija tal-moda għax din kompliet tlaqqgħu ma' nisa sbieħ u hawnhekk kellu suċċess ukoll fejn anke siefer ma' fotografu internazzjonali talVogue u kien assistent miegħu. Hemmhekk kien ra lil xi ħadd b'video camera u tħajjar li jibda jieħu l-video films. Iltaqa' ma' Neville Attard u kien qallu biex imur jaħdem mal-iSmash TV għax dan kellu kameras moderni ħafna diġitali li kienu uniċi dak iż-żmien għal Malta. Mark kellu kuntatt ma' ditta Awstraljana bil-prodotti tax-xagħar 'Fudge' u kien ġibdilhom dokumentarju ta' nofs siegħa, sitt reklami ta' nofs minuta-il wieħed u feature "L-arti ttik pjaċir li lanqas mara ma tista' tagħtihulek" ta' 10 minuti. Dak iż-żmien kien jikri l-apparat mingħand Smash bi ftit u kien jitħallas l-belli liri mid-ditti barranin. U minn hemm beda jaħdem mal-iSmash jiffilmjaw spettakli tal-moda u kien jaqla' flus tajba. "Iżda bħal dejjem meta wieħed jibda jarak taqla' l-flus tibda dieħla l-għira" qalli Mark, "Il-flus iġegħluk tagħmel l-għedewwa għax kien hemm min bdiet tweġġgħu żaqqu u għalhekk spiċċajt minn Smash u ftaħt production house għal rasi. Kont ambizzjuż ħafna u kelli ħabiba Maltija li kienet tgħix Monaco u mort ngħix magħha hemm fejn erġajt bdejt inpinġi u anke ppruvajt inġib bands minn hemm iżda ma rnexxilix. Ġejt lura Malta u ħdimt music videos ta' Jodie Fiteni u William Mangion u rbaħt l-Malta Music Awards bihom. "Hawnhekk tfaċċa Mario Morales li kont iffilmjajtlu xi reklami. Kienet ġietu l-idea li jibda telebejgħ u spiċċajna flimkien l-iSmash TV erġajna. Hu jbigħ u jien niffilmja. Konna bdejna b'10 arloġġi u t-telefon ma kienx waqaf u kellna madwar 300 ordni għall-arloġġi u ma konniex nafu x'se nagħmlu. Mario kien mar Sqallija fil-weekend u ġabhom miegħu biex laħħaqna mattalba enormi li aħna qatt ma ħlomna. "It-telebejgħ kien fenomenu ġdid għal Malta li aħna ma konniex ippreparati għalih fejn għal darb'oħra l-flus jagħmuk. Infridna wara sitt xhur u hu telaq minn Smash. U Smash TV poġġa lili bħala preżentatur tattelebejgħ. Kienet xi ħaġa ġdida għalija għax jien dejjem wara l-kameras ħdimt. U għamilt ħames snin sħaħ nagħmel it-telebejgħ. Kien xogħol li ma kontx inħobb nagħmlu iżda minnu kilna erba' familji." Sadattant Mark kellu esperjenza qarsa ħafna meta spiċċa jqatta' xi żmien żgħir f 'Division 4 tal-ħabs ta' Kordin minħabba fl-2001 kien nesa jagħti r-returns tal-Vat u wara 10 snin tiela' u nieżel il-Qorti il-penali telgħulu għal €10,000 li nbidlu fi żmien il-ħabs għax ma kellux biex iħallashom. Tlabtu jgħidli x'tgħallem minn din l-esperjenza. "Tgħallimt ngħix bla lira, bla mobile u ma' nies li jiġu miegħek għax jarawk differenti minnhom. Tgħallimt ukoll li l-kriminali mhux Kordin qegħdin imma xi mkien ieħor." F'dawn l-aħħar disa' snin Mark beda jaħdem disinjatur ma' ditta tal-għamara u reġa' beda jpitter b'mod regolari. Jaħdem ħafna xogħol kummerċjali mibni fuq l-arti astratta, "u mhux b'dixxiplina naturali," issokta Mark. Innutajt ukoll li f 'kull biċċa pittura li kellu, kollha kien hemm l-oranġjo fiha. "Innutajt, sieħbi? L-oranġjo hu l-kulur tal-ġenn u jekk ma tkunx miġnun ma tkunx artist," temm Mark. Dak il-ħin ġewh xi klijenti u dan il-gwerrier ieħor tal-ħajja qabad diskussjoni magħhom u miegħi dwar il-pitturi li huma l-mimmi t'għajnejh. Qabel tlaqt irregalali pittura bilwatercolours tal-Imdina l-post fejn twelidt u wegħidtu li se nagħmilha parti mid-dar tiegħi. Qalli wkoll li qed jaħdem fuq maratona tal-pitturi f 'Villa Madama f 'Ħ'Attard fejn il-bejgħ tal-pitturi se jmur kollu għal għan karitattiv.