Illum previous editions

illum 13 October 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/191655

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

Il-Ħadd 13 ta' Ottubru 2013 | illum 13 Għawdex: Int djamant minn John Busuttil Jum l-Indja f'Għawdex Interess mill-barranin ... ftit mill-Għawdxin … xejn mill-Ministeru IL-ĠIMGĦA l-oħra ddeċidejt li nattendi għal serata ta' żfin Indjan filġnien Villa Rundle. Dan iż-żfin folkloristiku kien qed jikkommemora Jum l-Indja f 'Malta fejn ilKummissarju Għoli Indjan għal Malta, Anil Kumar Trigunayat u l-konslu Malti għall-Indja Johann Cuschieri kienu preżenti għal din il-wirja mill-aktar spettakolari. Ġnien ċkejken iżda millaktar pittoresk inbidel flIndja, b'mużika li taffaxxinak u bi żfin eżotiku li jiħdok 'il bogħod mill-kultura tagħna u jdewqek ftit millkultura kbira bbażata fuq it-twemmin tal-Induiżmu. Filosofija ta' waħda milleqdem reliġjonijiet fid-dinja bbażata fuq mitoloġiji ta' alla Krishna li kien f 'qalb kull mara Indjana u alla Ganesha, nofsu bniedem u nofsu ljunfant. Din il-mitoloġija kienet imfissra minn Indjan li jaħdem fil-lukanda Kempinsky f 'Għawdex u ngħatat il-ħajja miż-żeffiena bravi li wkoll taw wirja ta' żfin ta' Bollywood li hi l-kelma Indjana għallindustrija tal-films li ġejja minn Bombay. Ħasra li din is-serata spettakolari kienet gawduta biss minn turisti u barranin li jgħixu Għawdex u minn ftit Għawdxin li kont tgħoddhom fuq id waħda. Bqajt ukoll diżappuntat li mill-Ministeru għal Għawdex ma kienx hemm rappreżentant wieħed, ħlief għal xi tliet persuni li jaħdmu mal-kultura u li grazzi għalihom l-organizzazzjoni kienet waħda mill-aqwa. Inħoss li avvenimenti bħal dawn kellhom ikunu rappreżentati minn xi ħadd għoli fil-Ministeru għal Għawdex u mhux Kummissarju Għoli Indjan għal Malta jitħalla waħdu ħlief għal martu u l-Konslu Malti għall-Indja, Johann Cuschieri u martu. Għawdex jinbidel f'żifna eżotika Indjana Dehra ġenerali waqt Jum l-Indja Avvenimenti kulturali f'Għawdex Illum il-Ħadd 13 ta' Ottubru Festa tal-Patroċinju tal-Madonna — Għasri Festa ta' Ġesù Nazzarenu - Xagħra Il-Fjakkolata – Santa Luċija Festa ta' Fatima tkun iċċelebrata fir-raħal ċkejken ta' Santa Luċija bi spettaklu ta' fjakkoli L-Erbgħa 16 ta' Ottubru Aperitivo con l'Artista: Għarb fis7.30 pm. Turisti ħafna...Għawdxin ftit li xejn Diversi artisti jaqsmu l-ideat dwar l-arti, il-kreattività u l-ħolm tagħhom. L-artisti minn kullimkien huma mistiedna fir-Rokna tal-Kreattività, 8, Triq l-Għarb, Għarb Il-Ġimgħa 18 ta' Ottubru The Wonder of Neolithic Malta: Għarb Preżentazzjoni ta' fotografija u lecture minn Daniel Cilia dwar it-tempji megalitiċi f'Malta u Għawdex, firRokna tal-Kreattività, 8, Triq l-Għarb, Għarb Is-Sibt 19 ta' Ottubru Gozo Fashion Show: Pjazza San Franġisk fis-7.30 pm. Serata ta' moda li jinkludu kollezzjonijiet tal-ħarifa u xitwa minn disinjaturi individwali u ditti rinomati. Jieħdu sehem ukoll kantanti lokali. Sinfonija tad-Dwal: Kerċem fit-8pm. Serata spettakolari li tinkludi wirja ta' logħob tan-nar u dwal b'divertiment mill-Gozo Youth Wind Band fil-pjazza tar-raħal.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 October 2013