Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/191655
ka ta' Tony Zarb Il-Ħadd 13 ta' Ottubru 2013 | illum 15 kontra. Jgħid li wara li l-ħaddiema tkellmu mal-Ministru tal-Enerġija Konrad Mizzi issa qed jaraw xaqq ta' dawl għax għandhom stampa ċara ta' x'inhu għaddej, u li l-impjieg tagħhom hu sigur. Baġit Fil-baġit li jmiss qed jissemmew diversi żidiet fit-taxxi. Il-GWU taqbel ma' dan it-tip ta' pjan? "Irridu naraw x'ħa joħroġ filbaġit ma naħsibx li għandna nkunu prużuntużi. Però l-unjin ma taqbilx żgur ma' taxxi diretti. Żieda fittaxxi indiretti jiddependi fuq xiex, għax jekk fuq jottijiet mod u jekk fuq affarijiet li jolqtu l-ħaddiema mod ieħor. Jien nemmen li min għandu l-lussu jista' jiflaħ ftit ieħor." Zarb isostni li fil-baġit li jmiss, l-aktar ħaġa importanti għallħaddiem hu l-konferma tarroħs tad-dawl u ilma għax ikun solliev qawwi għall-ħaddiem u l-pensjonant. Jgħid li filwaqt li l-baġit irid jara kif ħa jinħoloq aktar xogħol fil-pajjiż, m'għandux ikun hemm aktar taxxi diretti għax il-ħaddiem mhux b'saħħtu biżżejjed biex jiflaħ aktar piżijiet finanzjarji. "Allaħares ilGWU ma tibqax militanti" Prekarjat F'dawn l-aħħar snin il-GWU tat spinta lill-ġlieda kontra l-prekarjat. Is-segretarju ġenerali tal-unjin jikkonferma kif wara kampanja ta' 'name & shame' fil-gazzetti talGWU kontra kumpaniji li jħaddmu bil-prekarjat, numru minnhom marru għand il-GWU u laħqu ftehim kollettiv magħhom. Mistoqsi kemm il-gvern il-ġdid qed jikkopera mal-ġlieda tagħhom fuq il-prekarjat, Zarb jargumenta li l-GWU ma tindaħalx lill-Gvern fuq lil min jagħti l-kuntratti, iżda titkellem fuq kumpaniji li jħaddmu b'kundizzjonijiet prekarji biex twassal il-messaġġ tagħha. Ġimgħat ilu, l-għaqda ta' min iħaddem (MEA) kienet sostniet li l-problema tal-prekarjat kienet esaġerata u li ma kienx hemm bżonn ta' liġijiet ġodda iżda ta' infurzar tal-liġijiet preżenti. Imma Tony Zarb jaħseb li hemm bżonn it-tnejn li huma. "Nafu b'diversi ċirkustanzi fejn il-liġijiet mhumiex stretti biżżejjed, eżempju l-ħaddiema jitħallsu bilpaga minima mbagħad jintalbu jagħtu lura xi €20 jew €30. Dan ma jinqabadx mil-liġi. Għalhekk hemm bżonn tat-tnejn: kemm liġijiet ġodda u kemm infurzar." 70 sena ta' storja Il-kungress tal-GWU tal-ġimgħa l-oħra fakkar is-70 anniversarju mittwaqqif ta' din l-unjin. Zarb jgħid li f 'dawn is-sebgħin sena, il-GWU irnexxielha ttella' l-ħaddiema missitwazzjoni tal-faqar. "Wara l-gwerra kien hawn faqar esaġerat imma mhux biss, ilħaddiem kien mitluq għal rasu u mhux magħqud, mhux organizzat f 'unjin. Bil-prinċipji tas-solidarjetà u ġustizzja soċjali li l-unjin għadha tgħożż sal-lum, neħħejna l-faqar mill-familji. Issa hu inkwetanti li l-faqar qed jerġa' jgħolli rasu u hemm numru kbir ta' nies fir-riskju ta' faqar. "Aħna dejjem imxejna 'l quddiem biex il-faqar jonqos, għax diffiċli tneħħih kollu. Aħna nemmnu li jekk il-prekarjat mhux ħa jinqered, il-faqar ikompli jgħolli rasu għax ħaddiema b'kundizzjonijiet prekarji qed jersqu aktar lejn il-faqar. L-istess jgħodd għall-pensjonanti. €500 fix-xahar impossibli li jgħixu!" itemm jgħid Tony Zarb.