Illum previous editions

illum 13 October 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/191655

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

6 illum | Il-Ħadd 13 ta' Ottubru 2013 FL-2012 Nirvana fetħet protest ġudizzjarju kontra l-konsulent privat tagħha b'akkużi li għamilha djanjosi ħażina fil-bidu tal-proċess. Il-konsulent tagħha kien qallha li m'għandha xejn ta' barra minn hawn. Fil-protest, Nirvana li għandha żewġ subien, qalet li fl-ewwel viżta tagħha flaħħar tas-sena 2010, il-konsulent qallha li l-bidla f 'sidirha kienet waħda normali u aċċettabbli. Madanakollu, f 'April tal-2011, hi marret lura għand il-konsulent sabiex terġa' tiġi eżaminata. F'dan l-istadju l-konsulent kien issuġġerixxa li jkun aħjar li jsir mammogram sabiex ikollha riżultati aħjar. Fil-fatt kien irriżulta li kellha kanċer u kien diġà fi stadju avvanzat. F'ittra mibgħuta fil-5 ta' Diċembru tal2011, il-konsulent kien qal lil Nirvana li ma kienx responsabbli ta' dan li ġara. Nirvana żammet lill-konsulent responsabbli ta' dan in-nuqqas serju ħafna. L-avukati Adrian Delia u Kris Scicluna kienu ffirmaw il-protest ġudizzjarju. F'kummenti mal-gazzetta ILLUM, Mario Azzopardi qal "Mhux faċli titkellem dwar mara żagħżugħa, omm ta' żewġt itfal, li wara sentejn ta' lotta qalila kontra l-kanċer u wara l-aħħar ġimgħat ta' agunija u sofferenza, ċediet ħajjitha. Aktar diffiċli meta dik il-mara tkun it-tifla ta' ħuk. Rajtha fl-aħħar ġimgħat, litteralment siegħa jew tnejn qabel tlaqt għallAwstralja, issuq karozza safra tgħajjat, kontradizzjoni fiha nfisha. Għarfitni hi, mhux jien. U bqajt hemm, bħal statwa, ma nistax nemmen li sbuħitha kienet devastata u mittiekla b'dak il-mod oxxen. Oxxen u assurd, kattiv u sagrilegu," kompla jgħid Azzopardi. "Ħija Joe u martu Anna ma kienx hemm x'm'għamlux biex isalvawha, u l-istess ħbieb intimi tagħha." "Nirvana (isimha kont għażiltulha jien u spiċċa biex issarraf f 'ironija kattiva) kienet mara ta' personalità kreattiva u intelliġenti, kif kienet uriet meta għal xi żmien kienet tippreżenta programm fuq l-istazzjon nazzjonali" qal Mario Azzopardi. "Ċediet il-lotta fiżika finali, imma l-ispirtu tagħha jibqa' jabita f 'dawk li ħabbewha b'għożża, biex b'hekk, ilmewt tiċċaħħad mid-dominju tagħha. Għamilt żmien twil nittama, b'mod sigriet, f 'miraklu, imma l-miraklu ma seħħx. Forsi għax il-mirakli jridu fidi ferma li jien m'għandix." "Illum il-kliem għandhom piż itqal mis-soltu. Tgħid l-affarijiet b'severità jew b'illużjoni, meta ssejjaħ lil Nirvana llum trid tifhem, qabel xejn, x'ifisser ir-riħ li jqanqal iż-żifna tagħna lkoll, bil-kadenzi u bir-reverenza li tixraq lil mara-omm li interrompiet il-mixja tagħha wara ritwal ta' tbatija xxoqq il-għadam" temm jgħid Azzopardi. Ritratt: Denise Scicluna Nirvana b'kawża ta' protest ġudizzjarju kontra l-konsulent privat tagħha

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 October 2013